+Artikolu 431 Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni
---+Artikolu 431 1.
---+Artikolu 431 2.
---+Artikolu 431 3.
---+Artikolu 431 4.
---+Artikolu 431 5.
|
Artikolu 431 Rekwiżiti u politiki ta' divulgazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 431 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni msemmija fit-Titoli II u III f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Titolu, soġġett għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 432.
|
|
Artikolu 431 2.
|
L-istituzzjonijiet li jkunu ngħataw il-permess mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-Parti Tlieta għall-istrumenti u l-metodoloġiji msemmijin fit-Titolu III ta' din il-Parti għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni stabbilita fih.
|
|
Artikolu 431 3.
|
Il-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri għandu jadotta politiki formali biex jikkonforma mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti f'din il-Parti u jdaħħal fis-seħħ u jsostni proċessi, sistemi u kontrolli interni biex jivverifika li d-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ikunu adatti u konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din il-Parti. Mill-inqas membru wieħed tal-korp maniġerjali jew il-maniġment superjuri għandu jiċċertifika bil-miktub li l-istituzzjoni rilevanti għamlet id-divulgazzjonijiet meħtieġa taħt din il-Parti f'konformità mal-politiki formali u l-proċessi, is-sistemi u l-kontrolli interni. L-attestazzjoni bil-miktubu l-elementi ewlenin tal-politiki formali tal-istituzzjoni biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni għandhom ikunu inklużi fid-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet. L-informazzjoni li għandha tiġi divulgata f'konformità ma' din il-Parti għandha tkun soġġetta għall-istess livell ta' verifika interna bħal dak applikabbli għar-rapport maniġerjali inkluż fir-rapport finanzjarju tal-istituzzjoni. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom ukoll politiki fis-seħħ biex jivverifikaw li d-divulgazzjonijiet tagħhom jikkomunikaw il-profil tar-riskju tagħhom b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq. Meta l-istituzzjonijiet isibu li d-divulgazzjonijiet meħtieġa skont din il-Parti ma jikkomunikawx il-profil tar-riskju b'mod komprensiv lil parteċipanti tas-suq, għandhom jiddivulgaw pubblikament l-informazzjoni flimkien mal-informazzjoni meħtieġa li tkun divulgata taħt din il-Parti. Madankollu,, l-istituzzjonijiet għandhom jenħtieġu jiddivulgaw biss informazzjoni li tkun sinifikattiva u mhux riżervata jew kunfidenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 432.
|
|
Artikolu 431 4.
|
Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi kollha għandhom ikunu akkumpanjati minn narrattiva kwalitattiva u kwalunkwe informazzjoni supplimentari oħra li tista' tenħtieġ sabiex l-utenti ta' dik l-informazzjoni jifhmu d-divulgazzjonijiet kwantitattivi, filwaqt li tiġi nnotata b'mod partikolari kwalunkwe bidla sinifikanti fi kwalunkwe divulgazzjoni partikolari meta mqabbel mal-informazzjoni li tinsab fid-divulgazzjonijiet preċedenti.
|
|
Artikolu 431 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom, jekk jintalbu, jispjegaw id-deċiżjonijiet ta' klassifikazzjoni tagħhom lill-SMEs u lil applikanti korporattivi oħra għal self, filwaqt li jipprovdu spjegazzjoni bil-miktub meta jintalbu jagħmlu dan. Il-prezzijiet amministrattivi ta' dik l-ispjegazzjoni għandhom ikunu proporzjonali mad-daqs tas-self.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|