+Artikolu 449a 3.

Artikolu 449a 3.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika formati uniformi ta' divulgazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 434a, għar-riskji tal-ESG filwaqt li tiżgura li jkunu konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u li jħarsuh, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni diġà stabbiliti f'liġi oħra tal-Unjoni applikabbli. Dawk il-formati m'għandhomx jeħtieġu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni lil hinn mill-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430(1), il-punt (h), u b'mod partikolari għandhom iqisu d-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni u l-iskopertura relattiva ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi soġġetti għall-Artikolu 433b għar-riskji tal-ESG.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit