+Artikolu 449a Divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG)
---+Artikolu 449a 1.
---+Artikolu 449a 2.
---+Artikolu 449a 3.
|
Artikolu 449a Divulgazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza (riskji tal-ESG)
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 449a 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar ir-riskji tal-ESG, b'distinzjoni bejn riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza, u r-riskji fiżiċi u r-riskji ta' tranżizzjoni għar-riskji ambjentali.
|
|
Artikolu 449a 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw informazzjoni dwar ir-riskji tal-ESG, inkluż:
(a)
l-ammont totali tal-iskoperturi għall-entitajiet tas-settur tal-fjuwils fossili;
(b)
kif l-istituzzjonijiet jintegraw ir-riskji tal-ESG identifikati fl-istrateġija u l-proċessi tan-negozju tagħhom, u l-governanza u l-immaniġġar tar-riskju.
|
|
Artikolu 449a 3.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika formati uniformi ta' divulgazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 434a, għar-riskji tal-ESG filwaqt li tiżgura li jkunu konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità u li jħarsuh, filwaqt li tevita d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni diġà stabbiliti f'liġi oħra tal-Unjoni applikabbli. Dawk il-formati m'għandhomx jeħtieġu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni lil hinn mill-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 430(1), il-punt (h), u b'mod partikolari għandhom iqisu d-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni u l-iskopertura relattiva ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi soġġetti għall-Artikolu 433b għar-riskji tal-ESG. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|