|
+Artikolu 465 13. |
Artikolu 465 13.B'deroga mill-Artikolu 92(5), il-punt (a)(iii) jew (b)(ii), u mingħajr preġudizzju għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 92(3), it-tieni subparagrafu, għal skoperturi li huma ponderati għar-riskju bl-użu tas-SEC-IRBA jew l-Approċċ ta' Valutazzjoni Interna f'konformità mal-Artikolu 92(4), meta l-parti tal-ammont totali standardizzat tal-iskopertura ponderata għar-riskju għal riskju ta' kreditu, riskju ta' dilwizzjoni, riskju tal-kreditu tal-kontroparti jew għar-riskju tas-suq li jirriżulta min-negozju tal-portafoll tan-negozjar tiġi kkalkulata bl-użu tas-SEC-SA f'konformità mal-Artikolu 261 jew 262, l-istituzzjonijiet għandhom, sal-31 ta' Diċembru 2032, japplikaw il-fattur p li ġej:
(a)
p = 0,25 għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 262;
(b)
p = 0,5 għal pożizzjoni f'titolizzazzjoni li għaliha japplika l-Artikolu 261. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|