+Artikolu 468 Trattament temporanju ta' qligħ u telf mhux realizzat mkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor
---+Artikolu 468 1.
---+Artikolu 468 2.
---+Artikolu 468 3.
---+Artikolu 468 4.
---+Artikolu 468 5.
|
Artikolu 468 Trattament temporanju ta' qligħ u telf mhux realizzat mkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 468 1.
|
B'deroga mill-Artikolu 35, sal-31 ta' Diċembru 2025 (il-“perjodu tat-trattament temporanju”), l-istituzzjonijiet jistgħu jneħħu mill-kalkolu tal-elementi tagħhom ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 l-ammont A, iddeterminat f'konformità mal-formula li ġejja:
A
= a · f
fejn:
|
a
|
= l-ammont ta' qligħ u telf mhux realizzati akkumulati mill-31 ta' Diċembru 2019 li tqiesu bħala “bidliet fil-valur ġust ta' strumenti ta' dejn imkejla b'valur ġust permezz ta' introjtu komprensiv ieħor” fil-karta tal-bilanċ, li jikkorrispondu għal skoperturi għal gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta' dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta' dan ir-Regolament, għajr dawk l-assi finanzjarji b'indeboliment fil-kreditu kif iddefinit fl-Appendiċi A tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (l-“Anness relatat mal-IFRS 9”); u
|
|
f
|
= il-fattur applikabbli għal kull sena ta' rapportar matul il-perjodu tat-trattament temporanju f'konformità mal-paragrafu 2.
|
|
|
Artikolu 468 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-fattur f b'valur ugwali għal 1 sal-31 ta' Diċembru 2025 biex jikkalkulaw l-ammont A msemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 468 3.
|
Fejn istituzzjoni tiddeċiedi li tapplika t-trattament temporanju stabbilit fil-paragrafu 1, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mill-inqas 45 jum qabel id-data ta’ spedizzjoni għar-rappurtar tal-informazzjoni abbażi ta’ dak it-trattament. Soġġett għal permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, l-awtorità tista’ tbiddel id-deċiżjoni inizjali tagħha għal darba matul il-perijodu tat-trattament temporanju. L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw pubblikament jekk japplikawx dak it-trattament.
|
|
Artikolu 468 4.
|
Fejn istituzzjoni tneħħi ammont ta’ telf mhux realizzat mill-entrati tagħha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li huma kalkulati bl-użu ta’ kwalunkwe waħda mill-entrati li ġejjin:
(a)
l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);
(b)
l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu.
Meta jiġi kkalkulat mill-ġdid ir-rekwiżit rilevanti, l-istituzzjoni ma għandhiex tqis l-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni relatati ma’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali, għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta’ dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta’ dan ir-Regolament, għajr dawk l-assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness fir-rigward tal-IFRS 9, ikollhom fuq dawk l-entrati.
|
|
Artikolu 468 5.
|
Matul il-perijodi stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, minbarra li jiżvelaw l-informazzjoni meħtieġa fil-Parti Tmienja, l-istituzzjonijiet li ddeċidew li japplikaw it-trattament temporanju stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżvelaw l-ammonti ta’ fondi proprji, il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni u l-kapital tal-Grad 1, il-proporzjon totali tal-kapital, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, il-proporzjon tal-kapital tal-Grad 1, u l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li jkollhom f’każ li ma japplikawx dak it-trattament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|