+Artikolu 473a 7.

Artikolu 473a 7.

Fejn istituzzjoni tinkludi fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha ammont f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stipulati f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li jużaw xi waħda minn dawn l-entrati li ġejjin billi ma tiħux kont tal-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni, li inkludiet fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha, ikollhom fuq dawn l-entrati:

(a) 

l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);

(b) 

il-valur tal-iskopertura kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 111(1) fejn l-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu li bihom għandu jitnaqqas il-valur tal-iskopertura għandhom jiġu multiplikati bil-fattur ta’ skalar (sf) li ġej:

image

fejn:

ABSA = l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1;

RASA = l-ammont totali tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu;

(c) 

l-ammont ta’ entrati tal-Grad 2 ikkalkulat f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 62.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit