+Artikolu 473a 9.

Artikolu 473a 9.

Istituzzjoni għandha tiddeċiedi jekk tapplikax l-arranġamenti stipulati f’dan l-Artikolu matul il-perijodu tranżizzjonali u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu.

Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 4, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha sal-1 ta’ Frar 2018. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A4,SA, A4,IRB, image, image, t2 u t3 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti, hija tista’ tbiddel id-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw pubblikament kwalunkwe deċiżjoni meħuda f’konformità ma’ dan is-subparagrafu

Istituzzjoni li tkun iddeċidiet li tapplika l-arranġamenti tranżizzjonali stipulati f’dan l-Artikolu tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-paragrafu 2, f’liema każ għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bid-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. F’tali każ, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi A2,SA, A2,IRB u t1 imsemmija fil-paragrafu 1 għal żero. Istituzzjoni tista’ tirrevoka d-deċiżjoni tagħha matul il-perijodu tranżizzjonali sakemm tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA tal-inqas kull sena dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu mill-istituzzjonijiet taħt is-superviżjoni tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit