+Artikolu 489 Strumenti ibridi b’sejħa u inċentiva ta’ fidi
---+Artikolu 489 1.
---+Artikolu 489 2.
---+Artikolu 489 3.
---+Artikolu 489 4.
---+Artikolu 489 5.
---+Artikolu 489 6.

Artikolu 489 Strumenti ibridi b’sejħa u inċentiva ta’ fidi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 489 1.
Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 51 u 52, matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 484(4) li fit-termini u l-kondizzjonijiet tagħhom jinkludu sejħa b’inċentiv sabiex jiġu mifdija mill-istituzzjoni ►C2  għandhom ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu. ◄
Artikolu 489 2.

L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel l-1 ta’ Jannar 2013 biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 jintlaħqu mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 489 3.

L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali bir-rikonoxximent tagħhom imnaqqas skont l-Artikolu 484(4) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom u wara dik id-data għandhom jikkwalifikaw bħala elementi Ta' Grad 1 Addizzjonali mingħajr limitu sakemm:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-elementi;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 jintlaħqu mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.

Artikolu 489 4.

L-istrumenti ma għandhomx jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikolu 484(4), minn 1 ta’ Jannar 2014 fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi bejn il-31 ta’ Diċembru 2011 u l-1 ta’ Jannar 2013;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.

Artikolu 489 5.

L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali bir-rikonoxximent tagħhom imnaqqas skont l-Artikolu 484(4) sad-data tal-maturità effettiva tagħhom, u ma għandhomx jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali wara dik id-data, fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi fl-1 ta’ Jannar 2013 jew wara biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.

Artikolu 489 6.

L-istrumenti għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali skont l-Artikolu 484(4) fejn jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni setgħet twettaq sejħa b’inċentiv ta’ fidi qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2011 biss;

(b) 

l-istituzzjoni ma wettqitx is-sejħa fid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti;

(c) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52 ma ntlaħqux mid-data tal-maturità effettiva tal-istrumenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit