+Artikolu 492 Divulgazzjoni tal-fondi proprji
---+Artikolu 492 1.
---+Artikolu 492 2.
---+Artikolu 492 3.
---+Artikolu 492 4.
---+Artikolu 492 5.
|
Artikolu 492 Divulgazzjoni tal-fondi proprji
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 492 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dan l-Artikolu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
|
|
Artikolu 492 2.
|
Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2015, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw sa fejn il-livell tal-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 u l-kapital ta' Grad 1 qabżu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 465.
|
|
Artikolu 492 3.
|
Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni addizzjonali li ġejja dwar il-fondi proprji tagħhom:
(a)
in-natura u l-effett fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, il-kapital ta' Grad 1 Addizzjonali, il-kapital ta' Grad 2 u l-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqis individwali applikati skont l-Artikoli 467 sa 470, 474, 476 u 479;
(b)
l-ammonti ta’ interessi minoritarji u l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u l-Grad 2, u d-dħul miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, maħruġa mis-sussidjarji li huma inklużi fil-kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, fil-kapital ta' Grad 1 Addizzjonali, fil-kapital ta' Grad 2 u fil-fondi proprji skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1;
(c)
l-effett fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, fuq il-kapital Ta' Grad 1 Addizzjonali, fuq il-kapital ta' Grad 2 u fuq il-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqis individwali applikati skont l-Artikolu 481;
(d)
in-natura u l-ammont tal-elementi li jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, elementi ta' Grad 1 u elementi ta' Grad 2 minħabba l-applikazzjoni tad-derogi speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2.
|
|
Artikolu 492 4.
|
Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-ammont ta’ strumenti li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, strumenti Ta' Grad 1 Addizzjonali u strumenti ta' Grad 2 minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 484.
|
|
Artikolu 492 5.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tispeċifika formoli uniformi għad-divulgazzjoni magħmula skont dan l-Artikolu. Il-formoli għandhom jinkludu l-elementi elenkati fil-punti (a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 437(1), kif emendati mill-Kapitoli 1 u 2 ta’ dan it-Titolu. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|