|
+Artikolu 492 3. |
Artikolu 492 3.Matul il-perijodu minn 1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017, l-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni addizzjonali li ġejja dwar il-fondi proprji tagħhom:
(a)
in-natura u l-effett fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, il-kapital ta' Grad 1 Addizzjonali, il-kapital ta' Grad 2 u l-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqis individwali applikati skont l-Artikoli 467 sa 470, 474, 476 u 479;
(b)
l-ammonti ta’ interessi minoritarji u l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali u l-Grad 2, u d-dħul miżmum u l-kontijiet tal-primjum tal-ishma relatati, maħruġa mis-sussidjarji li huma inklużi fil-kapital konsolidat ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, fil-kapital ta' Grad 1 Addizzjonali, fil-kapital ta' Grad 2 u fil-fondi proprji skont it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1;
(c)
l-effett fuq il-kapital ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, fuq il-kapital Ta' Grad 1 Addizzjonali, fuq il-kapital ta' Grad 2 u fuq il-fondi proprji tal-filtri u t-tnaqqis individwali applikati skont l-Artikolu 481;
(d)
in-natura u l-ammont tal-elementi li jikkwalifikaw bħala elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, elementi ta' Grad 1 u elementi ta' Grad 2 minħabba l-applikazzjoni tad-derogi speċifikati fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|