+Artikolu 494d Riversjoni għal approċċi inqas sofistikati

Artikolu 494d Riversjoni għal approċċi inqas sofistikati

Artikolu 494d

Riversjoni għal approċċi inqas sofistikati

B'deroga mill-Artikolu 149, mid-9 ta’ Lulju 2024 sal-10 ta’ Lulju 2027, istituzzjoni tista' terġa' lura għal approċċi inqas sofistikati għal waħda jew aktar mill-klassijiet tal-iskoperturi imsemmija fl-Artikolu 147(2), meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni kienet diġà teżisti fit-8 ta’ Lulju 2024 u kienet awtorizzata mill-awtorità kompetenti tagħha biex tittratta dawk il-klassijiet tal-iskoperturi skont l-Approċċ IRB;

(b) 

l-istituzzjoni titlob riversjoni għal approċċ inqas sofistikat darba biss matul dak il-perjodu ta' tliet snin;

(c) 

it-talba għar-riversjoni għal approċċ inqas sofistikat ma ssirx bil-ħsieb ta' involviment f'arbitraġġ regolatorju;

(d) 

l-istituzzjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti formalment li tixtieq riversjoni għal approċċ inqas sofistikat għal dawk il-klassijiet tal-iskoperturi mill-anqas sitt xhur qabel ma effettivament tagħmel riversjoni għal dak l-approċċ;

(e) 

l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat għat-talba tal-istituzzjoni għal tali riversjoni fi żmien tliet xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fil-punt (d).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit