+Artikolu 495c Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi ta' kiri bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu
---+Artikolu 495c 1.
---+Artikolu 495c 2.

Artikolu 495c Arranġamenti tranżizzjonali għal skoperturi ta' kiri bħala teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 495c 1.

B'deroga mill-Artikolu 230, il-valur applikabbli ta' Hc li jikkorrispondi għal “kollateral fiżiku ieħor” għall-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 199(7) meta l-assi mikrija tikkorrispondi għat-tip ta' “kollateral fiżiku ieħor” ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata, għandu jkun il-valur ta' Hc għal "kollateral fiżiku ieħor previst fl-Artikolu 230(2), it-Tabella 1, immultiplikat bil-fatturi li ġejjin:

(a) 

50 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2027;

(b) 

80 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2028 sal-31 ta' Diċembru 2028;

(c) 

100 % matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2029 sal-31 ta' Diċembru 2029.

Artikolu 495c 2.
L-EBA għandha tħejji rapport dwar il-kalibrazzjonijiet xierqa tal-parametri tar-riskju assoċjati mal-iskoperturi ta' kiri skont l-Approċċ IRB, u tal-piżijiet tar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, u b'mod partikolari dwar l-LGDs u l-Hc previsti fl-Artikolu 230. L-EBA għandha b'mod partikolari tinkludi fir-rapport tagħha data dwar in-numri medji ta' inadempjenzi u t-telf realizzat osservati fl-Unjoni għal skoperturi assoċjati ma' tipi differenti ta' proprjetajiet mikrija u tipi differenti ta' istituzzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta' kiri.

L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027.

Abbażi ta' dak ir-rapport, u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2028.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit