+Artikolu 500b Esklużjoni temporanja ta’ ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta’ skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19
---+Artikolu 500b 1.
---+Artikolu 500b 2.

Artikolu 500b Esklużjoni temporanja ta’ ċerti skoperturi għal banek ċentrali mill-miżura ta’ skopertura totali fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 500b 1.

B’deroga mill-Artikolu 429(4), sas-27 ta’ Ġunju 2021, istituzzjoni tista’ teskludi mill-miżura ta’ skopertura totali tagħha l-iskoperturi li ġejjin għall-bank ċentrali tal-istituzzjoni, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

muniti u karti tal-flus li jikkostitwixxu munita legali fil-ġurisdizzjoni tal-bank ċentrali;

(b) 

assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq il-bank ċentrali, inkluż riżervi miżmuma fil-bank ċentrali.

L-ammont eskluż mill-istituzzjoni ma għandux jaqbeż l-ammont medju ta’ kuljum tal-iskoperturi elenkati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu matul l-aktar perijodu reċenti ta’ żamma tar-riżerva sħiħa tal-bank ċentrali tal-istituzzjoni.

Artikolu 500b 2.

Istituzzjoni tista’ teskludi l-iskoperturi elenkati fil-paragrafu 1 fejn l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tkun iddeterminat, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali rilevanti, u ddikjarat pubblikament li jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-esklużjoni sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ politiki monetarji.

L-iskoperturi li għandhom jiġu esklużi skont il-paragrafu 1 għandhom jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikunu denominati fl-istess munita bħad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni;

(b) 

il-maturità medja tagħhom ma taqbiżx b’mod sinifikanti l-maturità medja tad-depożiti meħuda mill-istituzzjoni.

Istituzzjoni li teskludi l-iskoperturi għall-bank ċentrali tagħha mill-miżura totali tal-iskopertura tagħha f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tiżvela wkoll il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja li kien ikollha li kieku ma teskludix dawk l-iskoperturi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit