+1. Determinazzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti
---+31. Il-valutazzjoni tal-elementi oġġettivi stipulati fit-Titolu II ta’ dawn il-Linji Gwida …
---+32. Ta’ min jinnota li, kuntrarju għall-proċedura standard tal-SREP applikata għall-gruppi bankarji …

1. Determinazzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti

1. Determinazzjoni magħmula mill-awtorità kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
31. Il-valutazzjoni tal-elementi oġġettivi stipulati fit-Titolu II ta’ dawn il-Linji Gwida …

Il-valutazzjoni tal-elementi oġġettivi stipulati fit-Titolu II ta’ dawn il-Linji Gwida ġeneralment titwettaq mill-awtorità kompetenti matul l-SREP imwettaq b’konformità mal-Linji Gwida dwar l-SREP. L-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP ser jiġu riflessi fil-valutazzjoni globali tal-SREP appoġġjata mill-punteġġ globali tal-SREP assenjat lil istituzzjoni. Skont l-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP, l-awtorità kompetenti għandha tibbaża d-determinazzjoni tagħha li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli fuq dawn li ġejjin:

  • a. Punteġġ globali tal-SREP ta’ ‘F’ assenjat lil istituzzjoni abbażi tal-kunsiderazzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida dwar l-SREP; jew
  • b. Punteġġ globali tal-SREP ta’ ‘4’ assenjat lil istituzzjoni abbażi tal-kunsiderazzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida dwar l-SREP u n-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri superviżorji applikati b’konformità mal-Artikoli 104 u 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew mal-miżuri ta’ intervent bikri applikati b’konformità mal-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.
32. Ta’ min jinnota li, kuntrarju għall-proċedura standard tal-SREP applikata għall-gruppi bankarji …

Ta’ min jinnota li, kuntrarju għall-proċedura standard tal-SREP applikata għall-gruppi bankarji transkonfinali u għall-entitajiet tagħhom (li skont il-Linji Gwida dwar l-SREP tirrikjedi diskussjoni u koordinazzjoni tal-eżiti tal-valutazzjoni tal-SREP fil-qafas tal-kulleġġi tas-superviżuri qabel l-iffinalizzar tagħhom), l-awtorità kompetenti għandha, wara li tikkunsidra li tassenja punteġġ ta’ ‘F’ lil istituzzjoni, skont l-Artikolu 81 tad-Direttiva 2014/59/UE, tinvolvi ruħha mal-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE mingħajr diskussjoni jew koordinazzjoni minn qabel fi ħdan il-kulleġġ superviżorju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/