+10. Kwalunkwe tranżazzjoni (biex jiġi evitat kull dubju, inkluż, iżda mhux limitat għal, kwalunkwe …
|
10. Kwalunkwe tranżazzjoni (biex jiġi evitat kull dubju, inkluż, iżda mhux limitat għal, kwalunkwe …
Kwalunkwe tranżazzjoni (biex jiġi evitat kull dubju, inkluż, iżda mhux limitat għal, kwalunkwe emenda għad-dokumentazzjoni ta’ titolizzazzjoni u bidliet għall-kupuni, ir-rendimenti jew karatteristiċi oħrajn tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni) konkluża minn (i) istituzzjoni sponsor jew (ii) istituzzjoni oriġinatriċi jew (iii), soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 25, entità relatata mal-istituzzjoni oriġinatriċi fir-rigward ta’ titolizzazzjoni jew pożizzjonijiet tagħha wara l-għeluq ta’ tali titolizzazzjoni, li, skont it-termini tad-dokumentazzjoni ta’ titolizzazzjoni li kienu fis-seħħ qabel id-dħul f’tali tranżazzjoni, l-istituzzjoni oriġinatriċi jew, skont il-każ, l-istituzzjoni sponsor jew l-entità konnessa mal-istituzzjoni oriġinatriċi: - (a) mhija taħt l-ebda obbligu kuntrattwali li għandu jiġi konkluż; jew
- (b) mhijiex taħt obbligu kuntrattwali li għandu jiġi konkluż dwar it-terimini speċifiċi ta’ tali tranżazzjoni
għandha titqies li tkun ġiet konkluża lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti, id-dettalji tagħha għandhom jiġu notifikati skont il-paragrafu 26 u għandu jiġi vvalutat, skont il-paragrafu 11, jekk it-tranżazzjoni hijiex strutturata biex tipprovdi appoġġ jew le. Tranżazzjonijiet li, skont it-termini tad-dokumentazzjoni ta’ titolizzazzjoni li kienu fis-seħħ qabel id-dħul f’tali tranżazzjonijiet, l-istituzzjoni rilevanti hija taħt obbligu kuntrattwali li għandu jiġi konkluż dwar it-termini speċifiċi ta’ tali tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu appoġġ eżistenti u mhumiex soġġetti għall-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 248 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|