+Artikolu 248 Valur tal-iskopertura
---+Artikolu 248 1.
---+Artikolu 248 2.
---+Artikolu 248 3.
---+Artikolu 248 4.

Artikolu 248 Valur tal-iskopertura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 248 1.

Il-valur ta’ skopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a) 

il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-karta tal-bilanċ għandu jkun il-valur tal-kontabbiltà tagħha wara li jkun ġie applikat kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110;

(b) 

il-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li ma tidhirx fil-karta tal-bilanċ huwa l-valur nominali tagħha nieqes kwalunkwe aġġustament speċifiku għar-riskju tal-kreditu rilevanti fuq il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni skont l-Artikolu 110, immultiplikat bil-fattur ta’ konverżjoni rilevanti kif stabbilit f’dan il-punt. Il-fattur ta’ konverżjoni għandu jkun ta’ 100 %, ħlief fil-każ ta’ faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus. Sabiex jiġi determinat il-valur tal-iskopertura tal-porzjon mhux miġbud tal-faċilitajiet ta’ avvanz ta’ flus, jista’ jiġi applikat fattur ta’ konverżjoni ta’ 0 % għall-ammont nominali ta’ faċilità ta’ likwidità li jkun kanċellabbli inkondizzjonalment dment li r-ripagamenti tal-ġbid mill-faċilità jkunu superjuri għal kull pretensjoni oħra fuq il-flussi tal-flus li jirriżultaw mill-iskoperturi sottostanti, u l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li hija qed tapplika metodu konservattiv xieraq biex jitkejjel l-ammont tal-porzjon mhux miġbud;

(c) 

il-valur tal-iskopertura għar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fir-rigward ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn strument derivattiv elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat skont il-Kapitolu 6;

(d) 

istituzzjoni oriġinatriċi tista’ tnaqqas mill-valur tal-iskopertura ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tkun assenjata piż tar-riskju ta’ 1 250  % skont is-Subtaqsima 3 jew imnaqqsa mill-Grad 1 tal-Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju tal-kreditu fuq l-iskoperturi sottostanti skont l-Artikolu 110, u kull skont mhux rimborżabbli fil-prezz tax-xiri marbut ma’ dawn l-iskoperturi sottostanti sa fejn tali skonti kkawżaw it-tnaqqis tal-fondi proprji;

▼M13

(e) 

Il-valur tal-iskopertura ta’ marġni pożittiv sintetiku għandu jinkludi, kif applikabbli, l-elementi li ġejjin:

(i) 

kwalunkwe introjtu mill-iskoperturi titolizzati diġà rikonoxxuti mill-istituzzjoni oriġinatriċi fid-dikjarazzjoni tad-dħul tagħha fl-ambitu tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li l-istituzzjoni oriġinatriċi kuntrattwalment allokat għat-tranżazzjoni bħala marġni pożittiv sintetiku u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(ii) 

kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi fi kwalunkwe perjodu preċedenti u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(iii) 

kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku li jkun kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għall-perjodu attwali u li jkun għadu disponibbli biex jassorbi t-telf;

(iv) 

kwalunkwe marġni pożittiv sintetiku kuntrattwalment allokat mill-istituzzjoni oriġinatriċi għal perjodi futuri.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, kwalunkwe ammont ipprovdut bħala kollateral jew titjib tal-kreditu fir-rigward tat-titolizzazzjoni sintetika u li jkun diġà soġġett għal rekwiżit ta’ fondi proprji skont dan il-Kapitolu ma għandux jiġi inkluż fil-valur tal-iskopertura.

▼M5

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika x’jikkostitwixxi metodu konservattiv xieraq għall-kejl tal-ammont tal-porzjon mhux miġbud imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Jannar 2019.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 248 2.
Meta istituzzjoni jkollha żewġ pożizzjonijiet sovraposti jew aktar f’titolizzazzjoni, hija għandha tinkludi waħda biss mill-pożizzjonijiet fil-kalkolu tagħha tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju.

Fejn il-pożizzjonijiet huma parzjalment sovraposti, l-istituzzjoni tista’ taqsam il-pożizzjoni f’żewġ partijiet u tirrikonoxxi s-sovrapożizzjoni fir-rigward ta’ parti waħda biss f’konformità mal-ewwel subparagrafu. Alternattivament, l-istituzzjoni tista’ tittratta l-pożizzjonijiet daqslikieku kienu sovraposti b’mod sħiħ billi tespandi għall-finijiet tal-kalkolu tal-kapital, il-pożizzjoni li tipproduċi l-ogħla ammonti ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju.

L-istituzzjoni tista’ tirrikonoxxi wkoll sovrapożizzjoni bejn ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji f’riskju għall-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u r-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar, diment li l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula u tqabbel ir-rekwiżiti tal-fondi proprji għall-pożizzjonijiet rilevanti.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, żewġ pożizzjonijiet għandhom jitqiesu bħala sovraposti meta jkunu fi tpaċija reċiproka b’tali mod li l-istituzzjoni tkun tista’ tipprekludi t-telf li jirriżulta minn pożizzjoni waħda billi tesegwixxi l-obbligi meħtieġa taħt il-pożizzjoni l-oħra.

Artikolu 248 3.
Meta l-punt (d) tal-Artikolu 270c japplika għal pożizzjonijiet fl-ABCP, l-istituzzjoni tista’ tuża l-piż tar-riskju assenjat lil faċilità ta’ likwidità sabiex tikkalkula l-ammont ta’ skopertura ponderata għar-riskju għall-ABCP, dment li l-faċilità tal-likwidità tkopri 100 % tal-ABCP maħruġa mill-programm ABCP u l-faċilità tal-likwidità tikklassifika pari passu mal-ABCP b’mod li jifformaw pożizzjoni sovraposta. L-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti meta tkun applikat id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu. Sabiex tiddetermina l-kopertura ta’ 100 % stabbilita f’dan il-paragrafu, l-istituzzjoni tista’ tqis faċilitajiet ta’ likwidità oħrajn fil-programm ABCP, dment li huma jifformaw pożizzjoni sovraposta mal-ABCP.
Artikolu 248 4.
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika kif l-istituzzjonijiet oriġinaturi jridujiddeterminaw il-valur tal-iskopertura msemmi fil-punt (da) tal-paragrafu 1, b’kont meħud tat-telf rilevanti mistenni li jkun kopert mill-marġni pożittiv sintetiku.

L-EBA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2021.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit