+40. Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas …

40. Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas …

Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas robust u speċifiku għall-ġestjoni tar-riskju tal-iffinanzjar u l-likwidità, inkluż proċess għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ikkontrollar tar-riskji tal-iffinanzjar u l-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ILAAP, inkluż ħarsa ġenerali u r-raġunament għal xi devjazzjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni prudenzjali tar-rekwiżiti tal-likwidità li jirrikonoxxu eżenzjonijiet possibbli;
  • b. deskrizzjoni tal-istabbiliment tal-ILAAP fejn tiġi spjegata r-relazzjoni bejn il-komponenti kollha tiegħu u jiġi pprovdut raġunament dwar kif dak l-istabbiliment jiżgura li l-istituzzjoni għandha aċċess għal likwidità suffiċjenti;
  • c. il-kriterji applikati mill-istituzzjoni għall-għażla ta' xprunaturi tar-riskji sinifikanti għar-riskju tal-iffinanzjar u l-likwidità, inkluż l-għażla ta' muniti sinifikanti għall-monitoraġġ tal-likwidità u l-pożizzjoni tal-iffinanzjar;
  • d. il-kriterji applikati mill-istituzzjoni għall-għażla tas-suppożizzjonijiet u l-għodod adegwati għall-ILAAP, bħall-metodu tal-kejl u l-ipproġettar tal-flussi tal-flus ta' assi, passivi u oġġetti barra l-karta tal-bilanċ attwali u futuri tul orizzonti ta' żmien adegwati.

7.1.2 Dokumentazzjoni operazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/