+7.1 Informazzjoni dwar il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-iffinanzjar u l-likwidità
---+40. Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas …
---+41. Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment sħiħ ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas …
|
7.1 Informazzjoni dwar il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-iffinanzjar u l-likwidità
7.1.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
40. Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas …
|
Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas robust u speċifiku għall-ġestjoni tar-riskju tal-iffinanzjar u l-likwidità, inkluż proċess għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ikkontrollar tar-riskji tal-iffinanzjar u l-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej: - a. deskrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ILAAP, inkluż ħarsa ġenerali u r-raġunament għal xi devjazzjonijiet mill-kamp ta' applikazzjoni prudenzjali tar-rekwiżiti tal-likwidità li jirrikonoxxu eżenzjonijiet possibbli;
- b. deskrizzjoni tal-istabbiliment tal-ILAAP fejn tiġi spjegata r-relazzjoni bejn il-komponenti kollha tiegħu u jiġi pprovdut raġunament dwar kif dak l-istabbiliment jiżgura li l-istituzzjoni għandha aċċess għal likwidità suffiċjenti;
- c. il-kriterji applikati mill-istituzzjoni għall-għażla ta' xprunaturi tar-riskji sinifikanti għar-riskju tal-iffinanzjar u l-likwidità, inkluż l-għażla ta' muniti sinifikanti għall-monitoraġġ tal-likwidità u l-pożizzjoni tal-iffinanzjar;
- d. il-kriterji applikati mill-istituzzjoni għall-għażla tas-suppożizzjonijiet u l-għodod adegwati għall-ILAAP, bħall-metodu tal-kejl u l-ipproġettar tal-flussi tal-flus ta' assi, passivi u oġġetti barra l-karta tal-bilanċ attwali u futuri tul orizzonti ta' żmien adegwati.
7.1.2 Dokumentazzjoni operazzjonali
|
|
41. Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment sħiħ ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas …
|
Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment sħiħ ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas robust u speċifiku għall-ġestjoni tar-riskju tal-iffinanzjar u l-likwidità, inkluż proċess għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ikkontrollar tar-riskji tal-iffinanzjar u l-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej: - a. valutazzjoni tal-flussi ta' likwidità intragrupp u pożizzjonijiet tal-iffinanzjar, inkluż xi impedimenti regolatorji jew legali possibbli għat-trasferiment tal-likwidità (fis-sub-)grupp;
- b. raġunament għall-għażla tal-ixprunaturi tar-riskji sinifikanti u ħarsa ġenerali kwantitattiva ta' dawn l-ixprunaturi tar-riskji, aġġornata bi frekwenza adegwata;
- c. ħarsa ġenerali kwantitattiva tal-profil tal-finanzjament u l-istabbiltà perċeputa tiegħu fil-muniti sinifikanti kollha;
- d. evidenza tal-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali minimi u addizzjonali relatati mal-likwidità u r-riskju tal-finanzjament, b'mod konformi mal-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż it-tbassir tal-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti f'xenarji differenti tul orizzont ta' żmien adegwat fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kopertura tal-ILAAP.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|