+41. Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment sħiħ ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas …

41. Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment sħiħ ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas …

Dwar l-evidenzjar tal-istabbiliment sħiħ ta' proċess li jiżgura li l-istituzzjoni għandha qafas robust u speċifiku għall-ġestjoni tar-riskju tal-iffinanzjar u l-likwidità, inkluż proċess għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ikkontrollar tar-riskji tal-iffinanzjar u l-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. valutazzjoni tal-flussi ta' likwidità intragrupp u pożizzjonijiet tal-iffinanzjar, inkluż xi impedimenti regolatorji jew legali possibbli għat-trasferiment tal-likwidità (fis-sub-)grupp;
  • b. raġunament għall-għażla tal-ixprunaturi tar-riskji sinifikanti u ħarsa ġenerali kwantitattiva ta' dawn l-ixprunaturi tar-riskji, aġġornata bi frekwenza adegwata;
  • c. ħarsa ġenerali kwantitattiva tal-profil tal-finanzjament u l-istabbiltà perċeputa tiegħu fil-muniti sinifikanti kollha;
  • d. evidenza tal-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti prudenzjali minimi u addizzjonali relatati mal-likwidità u r-riskju tal-finanzjament, b'mod konformi mal-Artikolu 105 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż it-tbassir tal-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti f'xenarji differenti tul orizzont ta' żmien adegwat fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kopertura tal-ILAAP.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/