+7.7 Informazzjoni dwar il-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità
---+54. Dwar l-istabbiliment tal-ippjanar ta' kontinġenza tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti …
---+55. Dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kontinġenza tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti …

7.7 Informazzjoni dwar il-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità

7.7.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
54. Dwar l-istabbiliment tal-ippjanar ta' kontinġenza tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti …

Dwar l-istabbiliment tal-ippjanar ta' kontinġenza tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. deskrizzjoni tal-linji ta' responsabbiltà għat-tfassil, il-monitoraġġ u l-eżekuzzjoni tal-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità;
  • b. deskrizzjoni tal-istrateġiji għall-indirizzar tan-nuqqasijiet tal-likwidità f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza;
  • c. deskrizzjoni ta' għodda biex tissorvelja l-kundizzjonijiet tas-suq li jippermettu lill-istituzzjonijiet jiddeterminaw fil-ħin jekk hix garantita l-eskalazzjoni u/jew l-eżekuzzjoni tal-miżuri;
  • d. deskrizzjoni tal-proċeduri tal-ittestjar, meta jkunu disponibbli (eż. eżempji ta' bejgħ jew tipi ta' assi ġodda, twegħid ta' kollateral mal-banek ċentrali, eċċ.).

7.7.2 Dokumentazzjoni operazzjonali

55. Dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kontinġenza tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti …

Dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kontinġenza tal-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. il-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità attwali;
  • b. informazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-ġestjoni possibbli inkluż il-valutazzjoni tal-fattibbiltà u l-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-likwidità f'xenarji ta' stress differenti;
  • c. il-fehma tal-maniġment dwar l-implikazzjonijiet tal-iżvelar pubbliku relatat mal-likwidità kollu magħmul mill-istituzzjoni għall-fattibbiltà u t-twaqqit tal-azzjonijiet amministrattivi inklużi fil-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità;
  • d. analiżi riċenti tal-ittestjar, inkluż konklużjonijiet dwar il-fattibbiltà tal-azzjonijiet tal-ġestjoni inklużi fil-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità;
  • e. deskrizzjoni tal-fehma interna dwar l-impatt tal-eżekuzzjoni tal-azzjonijiet amministrattivi inklużi fil-pjan ta' kontinġenza tal-likwidità, eż. dwar l-aċċess li għandha l-istituzzjoni għas-swieq rilevanti u fuq l-istabbiltà globali tal-profil ta' finanzjament fuq żmien qasir u żmien itwal.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/