+26. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas fis - …
|
26. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas fis - …
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni għandhiex qafas fis - seħħ, proporzjonali għan - natura, l -iskala u l- kumplessità tal - attivitajiet tal- ICT tagħha, għat - tħejjija u l - iżvilupp tal- istrateġija tal -ICT tal- istituzzjoni. Fit - twettiq ta’ din il - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk: - a. il- maniġment superjuri5 tal- linja(i) tan - negozju ikunx involut b’mod adegwat fi d- definizzjoni tal- prijoritajiet strateġiċi tal -ICT tal- istituzzjoni u jekk, min - naħa l - oħra, il - maniġment superjuri tal - funzjoni tal - ICT huwiex konxju tal - iżvilupp, id -disinn u l- bidu ta’ strateġiji u inizjattivi tal - kummerċ ewlenin biex jiġi żgurat l -all injament kontinwu bejn is - sistemi tal - ICT, is- servizzi tal -ICT u l- funzjoni tal - ICT (jiġifieri dawk responsabbli għall - ġestjoni u l - istazzjonament ta’ dawn is - sistemi u s - servizzi), u l - istrateġija tan - negozju tal - istituzzjoni, u li l- ICT ikunu aġġornati b’mod effettiv;
- b. l- istrateġija tal - ICT hix dokumentata u appoġġjata bi pjanijiet ta’ implimentazzjoni konkreti, b’mod partikolari fir -rigward tal- istadji importanti u l -ippjanar tar- riżorsi (inklużi riżorsi finanjarji u umani) biex jiġi żgurat li jkunu realistiċi u jippermettu l -wasla tal- istrateġija tal -ICT;
- c. l- istituzzjoni taġġornax l - istrateġija tal - ICT tagħha perjodikament, b’mod partikolari fit -tibdil tal- istrateġija tan - negozju, biex jiġi żgurat l - allinjament kontinwu bejn l - għanijiet, il - pjanijiet u l-a ttivitajiet fuq żmien medju u fit -tul tal-ICT u tan- negozju; u
- d. il- korp maniġerjali tal - istituzzjoni japprovax l - istrateġija tal - ICT, il - pjanijiet ta’ implimentazzjoni u jimmonitorjax l - implimentazzjoni tagħha.
2.2.2 Implimentazzjoni tal-istrateġija tal-ICT
5 Il- maniġment superjuri u l - korp maniġerjali kif definiti fid - Direttiva 2013/36/UE tas - 26 ta’ Ġunju 2013 fl -Artikolu 3 (7) “korp maniġerjali”, u l -Artikolu 3 (9) “maniġment superjuri”.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|