+125. Meta jiddeterminaw jekk hemmx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura ta’ …

125. Meta jiddeterminaw jekk hemmx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura ta’ …

Meta jiddeterminaw jekk hemmx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura ta’ għoti ta’ self modifikata, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw, u meta jiżviluppaw l - istimi tal - ECL għandhom iqisu, jekk dawn il - modifiki jew in - negozjati mill - ġdid tejbux jew tawx lura l - kapaċità tal - istituzzjoni tal - kreditu biex tiġbor l - imgħax u l - pagamenti prinċipali mqabbla mas - sitwazzjoni fir - rikonoxximent inizjali. Għandha tingħata wkoll kunsiderazzjoni lis - sustanza ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali modifikati kif ukoll lill - implikazzjonijiet tal - modifiki għar - riskju tal - kreditu futur tal - iskopertura tal - għoti ta’ self (filwaqt li jitqies ir - riskju tal - kreditu tal - obbligant). Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal dawn li ġejjin:

  • a. jekk il - modifika jew in - negozjar mill - ġdid tat - termini kuntrattwali u l - flussi ta’ flus li jirriżultaw humiex ta’ benefiċċju ekonomiku għall - obbligant, meta mqabbla mat - termini kuntrattwali oriġinali u mhux modifikati, u kif il - modifika taffettwa ekonomikament il - kapaċità tal - obbligant li jħallas lura d - dejn;
  • b. jekk jistgħux jiġu identifikati fatturi li jappoġġjaw il - valutazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tal - kapaċità tal - obbligant li jħallas lura d - dejn, inklużi ċirkostanzi li jwasslu għall - modifika, u l - prospetti futuri tal - obbligant bħala riżultat tal - modifiki, meta jitqiesu l - kundizzjonijiet attwali, il- previżjonijiet makroekonomiċi u l - prospetti għas - settur/l - industrija li fi ħdanha jopera l - obbligant, il - mudell tan - negozju tal - obbligant, u l - pjan (tal - ġestjoni) tan - negozju tal - obbligant li jiddeskrivi l - aspettattivi tal - obbligant tal - prestazzjoni, tar - reżiljenza finanzjarja u tal - flussi ta’ flus futuri tiegħu; u
  • c. jekk il -pjan tan- negozju tal - obbligant huwiex fattibbli, realizzabbli u konsistenti mal - iskeda tal - ħlas lura tal - imgħax u tal - prinċipali skont it - termini kuntrattwali modifikati tal - iskopertura tal - għoti ta’ self.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/