+4.3 Linji gwida speċifiċi għall - istituzzjonijiet ta’ kreditu li japplikaw l-IFRS 9
---+86. Skont il - paragrafi 5.5.5 tal -IFRS 9, “jekk, fid -data tar- rappurtar, ir - riskju tal - …
---+87. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw approċċ attiv biex jivvalutaw u jkejlu l - …
---+88. L-IFRS 9 jiddefnixxi ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar bħala “il - porzjon tat - telf …
---+89. L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37, ma jiddefinixxix inadempjenza, iżda jeħtieġ li …
---+90. Skont l - Artikolu 178(1) tar - Regolament (UE) 575/2013, event ta’ inadempjenza jitqies li …
---+91. Fil- formulazzjoni tal - istima tal - ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar, l - …
---+92. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu toriġina skoperturi b’riskju tal - kreditu għoli (li, fil - …
---+93. Anki jekk żieda fir - riskju tal - kreditu ma tiġix iġġudikata li tkun sinifikanti …
---+94. Fejn isseħħ valutazzjoni kollettiva, l - iskoperturi fi ħdan dak il - grupp għandhom jaderixxu …
---+95. L- iskoperturi tal - għoti ta’ self m’għandhomx jiġu aggruppati b’mod li jgħatti l - …
---+96. L-IFRS 9, il- paragrafu 5.5.4, jiddikjara li “l - għan tar - rekwiżiti tal - indeboliment huwa …
---+97. Ir- raġunament għal dan l - approċċ hu li l - affidabbiltà kreditizja tal - kontroparti, u …
---+98. Sabiex jikkunsidraw jekk skopertura sofrietx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu u fil …
---+99. Il- proċessi tal - isitituzzjonijiet ta’ kreditu fis - seħħ għandhom jippermettulhom …
---+100. Kif innutat fil - paragrafu B5.5.17 tal -IFRS 9 dwar il- valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti …
---+101. Sabiex il - provvedimenti jiġu rikonoxxuti fuq bażi f'waqtha f’konformità mar - rekwiżiti tal …
---+102. L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.2, jiddikjara li telf ta’ kreditu mistenni tul il - ħajja …
---+103. Għalhekk, sabiex l - objettiv tal -IFRS 9 jiġi ssodisfat f’manjiera robusta, l - …
---+104. L-i stituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu analiżi ta’ dan it - tip mhux biss fil - …
---+105. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom politika ċara li tinkludi kriterji żviluppati …
---+106. Fl- iżvilupp tal - approċċ tagħhom biex jiddeterminaw żieda sinifikanti fir - riskju tal - …
---+107. L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux …
---+108. Meta jivvalutaw jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura …
---+109. L- identifikazzjoni preċiża tal - ixprunaturi tar - riskju tal- kreditu, u d - dimostrazzjoni …
---+110. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iħarsu lil hinn minn kemm “klassifikazzjoniet” …
---+111. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu li hemm ċerti ċirkostanzi li fihom ċaqliqa …
---+112. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll ikunu konxji li jista’ jkun hemm xi ċirkostanzi …
---+113. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu kunsiderazzjoni bir - reqqa u piż sħiħ lil …
---+114. Meta istituzzjoni ta’ kreditu tivvaluta li kien hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - …
---+115. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tagħmel il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju …
---+116. F’konformità mal - paragrafu B5.5.1 tal -IFRS 9 dwar il- valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti …
---+117. Konsistenti mal - paragrafu B5.5.6 tal -IFRS 9 u mal - paragrafu IE39 tal-Gwida dwar …
---+118. “Sinifikanti” m’għandhiex titqabbel ma’ sinifikat statistiku, li jfisser li l - approċċ tal - …
---+119. “Sinifikanti” ukoll m’għandhiex tiġi ġġudikata f’termini tal - impatt fuq id - …
---+120. Skont l -IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9, il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju …
---+121. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivvalutaw b’mod rigoruż il - kwalità tal - approċċ …
---+122. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu attenti għal kwalunkwe possibbiltà ta’ …
---+123. L-IFRS 9, fil - paragrafi 5.5.12 u B5.5.25 - B5.5.27, jistabbilixxi r - rekwiżiti għall - …
---+124. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li l - modifiki jew l - innegozjar mill - …
---+125. Meta jiddeterminaw jekk hemmx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura ta’ …
---+126. Skoperturi ta’ għoti ta’ self trasferiti għal ECL tul il - ħajja li sussegwentement jiġu …
---+127. L-IFRS 9 jinkludi numru ta’ espedjenti prattiċi, bl - għan li jiġi ffaċilitat il - piż tal - …
---+128. Il- paragrafi hawn taħt jindirizzaw l - espedjenti prattiċi li ġejjin: is - sett ta’ …
---+129. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħmlu użu limitat minn dawk l - espedjenti prattiċi …
---+130. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tuża dawn l - espedjenti prattiċi, il - ġustifikazzjonijiet …
---+131. L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.15, jiddikjara li “entità għandha tikkunsidra informazzjoni …
---+132. Skont il - paragrafu 5.5.10 tal -IFRS 9, “entità tista’ tassumi li r - riskju tal - kreditu …
---+133. F’dak il- kuntest, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom dejjem jirrikonoxxu bidliet fl - …
---+134. Sabiex tintwera t - tifsira ta’ riskju tal - kreditu baxx fl -IFRS 9, il- paragrafu B5.5.22, l …
---+135. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fis - seħħ proċessi ta’ valutazzjoni u ta’ …
---+136. Kull dikjarazzjoni li s - suppożizzji skaduta b'aktar minn 30 ġurnata hi kkonfutata fuq il - …
---+137. F’dan ir-rigward, l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhomx jużaw informazzjoni rilevanti li …
---+138. Fil- każijiet limitati fejn l - informazzjoni skaduta hi l - aqwa kriterju disponibbli għal …

4.3 Linji gwida speċifiċi għall - istituzzjonijiet ta’ kreditu li japplikaw l-IFRS 9

Din it- taqsima tagħti linji gwida dwar aspetti tar - rekwiżiti tal - ECL fit - taqsimiet tal - indeboliment tal-IFRS 9 — (i) il- provvediment kontra t - telf f’ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar; (ii) il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu; u (iii) l - użu ta’ espedjenti prattiċi — li mhumiex komuni għal oqfsa kontabilistiċi oħra tal - ECL u għandhom jinqraw flimkien mat - taqsimiet l - oħra ta’ dawn il -linji gwida.

4.3.1 Provvediment kontra t-telf f’ammont li jilħaq l-ECL fuq 12-il xahar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
86. Skont il - paragrafi 5.5.5 tal -IFRS 9, “jekk, fid -data tar- rappurtar, ir - riskju tal - …

Skont il - paragrafi 5.5.5 tal -IFRS 9, “jekk, fid -data tar- rappurtar, ir - riskju tal - kreditu fuq strument finanzjarju ma jkunx żdied b’mod sinifikanti mir - rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel il - provvediment kontra t - telf għal dak l - istrument finanzjarju f’ammont li jilħaq it - telf ta’ kreditu mistenni fuq 12 - il xahar”. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikejlu l- ECL għal kull skopertura ta’ għoti ta’ self u provvediment ta’ żero għandu jkun rari għaliex l - istimi tal - ECL huma ammont imwieżen bil - probabbiltà li dejjem għandu jirrifletti l - possibbiltà li jseħħ telf ta’ kreditu (ara l - paragrafi 5.5.17 u 5.5.18 tal -IFRS 9). Minkejja dan, provvediment ta’ żero jista’ jseħħ, pereżempju, għal self kollateralizzat bis - sħiħ (madankollu l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kawti meta jiżviluppaw stimi tal - valur kollaterali, għaliex il - valutazzjoni tal - kollateral fl - oriġini tista’ tinbidel matul il - ħajja tas - self).

87. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw approċċ attiv biex jivvalutaw u jkejlu l - …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jadottaw approċċ attiv biex jivvalutaw u jkejlu l - ECL fuq 12- il xahar li jippermetti bidliet biex ir - riskju tal - kreditu jiġi identifikat f’manjiera f’waqtha u b’hekk jippermetti r - rikonoxximent f'waqtu ta’ dawk il - bidliet fl - ECL. Skont il - Prinċipju 6, l-istimi tal - ammont u taż - żmien tal - ECL fuq 12 - il xahar għandhom jirriflettu l - ġudizzju tal - kreditu għaqli tal - maniġment superjuri, u jirrappreżentaw stima mwieżna bil - probabbiltà imparzjali tal - ECL bil - kunsiderazzjoni ta’ firxa ta’ riżultati possibbli.

88. L-IFRS 9 jiddefnixxi ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar bħala “il - porzjon tat - telf …

L-IFRS 9 jiddefnixxi ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar bħala “il - porzjon tat - telf ta’ kreditu mistenni tul il - ħajja li jirrappreżenta t - telf ta’ kreditu mistenni li jirriżulta minn events ta’ inadempjenza fuq strument finanzjarju li huma possibbli fi żmien it -12- il xahar wara d -data tar- rappurtar”14 . Għal dawn l - iskopijiet, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jeħtieġ jinnutaw li ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar mhuwiex l - unika telf mistenni fit -12- il xahar li ġejjin; anzi, skont l - IFRS 9, il- paragrafu B5.5.43, huma n - nuqqasijiet ta’ flus mistennija matul il - ħajja tal - iskopertura ta’ għoti ta’ self jew il - grupp tal - iskoperturi ta’ għoti ta’ self, minħabba events ta’ telf li jistgħu jseħħu fit -12- il xahar li ġejjin. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu jeħtieġ ukoll jinnutaw li, skont l -IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9, biex jivvalutaw jekk strument finanzjarju għandux imur għal miżura tal - ECL tul il - ħajja, jeħtieġ li tiġi kkunsidrata l - bidla fir -r iskju li sseħħ inadempjenza matul il - ħajja mistennija tal - istrument finanzjarju. F'ċerti ċirkostanzi, l -IFRS 9 jippermettu li bidliet fir - riskju li sseħħ inadempjenza matul it -12- il xahar li ġejjin jintużaw biex issir din il - valutazzjoni; madankollu, dan mhux dejjem jista’ jkun xieraq, u għandha tingħata attenzjoni partikolari lill - eżempji stabbiliti fl -IFRS 9, il- paragrafu B5.5.14.


14 Ara l-IFRS 9, l- Appendiċi A, Termini definiti.

89. L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37, ma jiddefinixxix inadempjenza, iżda jeħtieġ li …

L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37, ma jiddefinixxix inadempjenza, iżda jeħtieġ li istituzzjonijiet ta’ kreditu jiddefinixxu inadempjenza b’manjiera konsistenti ma’ dik użata għall - ġestjoni interna tar- riskju tal - kreditu. L -IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37, jinkludi wkoll suppożizzjoni konfutabbli li inadempjenza ma sseħħx iktar tard minn 90 ġurnata mid - data ta’ skadenza. Meta jkunu qed jadottaw definizzjoni ta’ inadempjenza għal skopijiet kontabilistiċi, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu ggwidati mid - definizzjoni użata għal skopijiet regolatorji li tingħata fl - Artikolu 178 tar- Regolament (UE) 575/201315 , li tinkludi kemm:

  • a. kriterju kwalitattiv li permezz tiegħu “l - istituzzjoni tikkunsidra li l - obbligant aktarx mhux ser iħallas l - obbligi tal - kreditu tiegħu lill - istituzzjoni, lill - impriża omm jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha bis - sħiħ, mingħajr ma l - istituzzjoni tirrikori għal azzjonijiet bħar - realizzazzjoni tat - titolu” (events ta’ “improbabbiltà tal - ħlas”); u
  • b. indikatur oġġettiv fejn “l - obbligant huwa moruż aktar minn 90 ġurnata fuq kull obbligu ta’ kreditu materjali lill - istituzzjoni ta’ kreditu, lill - impriża omm jew lil kwalunkwe sussidjarja tagħha”, ekwivalenti għas - suppożizzjoni konfutabbli fl -IFRS 9, il- paragrafu B5.5.37.

15 L- EBA ippubblikat abbozz tal -Linji Gwida dwar l- applikazzjoni tad - definizzjoni ta’ inadempjenza skont l - Artikolu 178 tar- Regolament 575/2013.

90. Skont l - Artikolu 178(1) tar - Regolament (UE) 575/2013, event ta’ inadempjenza jitqies li …

Skont l - Artikolu 178(1) tar - Regolament (UE) 575/2013, event ta’ inadempjenza jitqies li jkun seħħ fir - rigward ta’ obbligant partikolari meta kwalunkwe wieħed mill - kriterji fil - paragrafi 4(a) u (b) jiġu ssodisfati, jew meta jiġu ssodisfati t - tnejn. F'dan il - kuntest, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jidentifikaw inadempjenza, skont il - kriterju tal - “improbabbiltà tal - ħlas” tal - obbligant, qabel l - iskopertura ssir delinkwenti mal - kriterju ta’ 90 ġurnata wara d -data tal-iskadenza. F’konformità mal - approċċ segwit għall - iskopijiet regolatorji, il - lista ta’ elementi li tingħata fl - Artikolu 178(3) tar - Regolament (UE) 575/2013 bħala indikazzjonijiet tal - improbabbiltà tal - ħlas għandha tiġi implimentata b’mod li jiżgura l - iskoperta f’waqtha ta’ events ta’ “improbabbiltà tal - ħlas” li jikkawżaw nuqqasijiet ta’ flus eventwali. Fir -rigward tal-kriterju fil - paragrafu 4(b), minkejja li għal skopijiet regolatorji fil - każ ta’ obbligi ta’ entitajiet tal- bejgh bl - imnut u tas - settur pubbliku, l - awtoritajiet kompetenti, għall - figura ta’ 90 ġurnata, jistgħu jissostitwixxu figura sa 180 ġurnata għal prodotti differenti, kif tikkunsidra xieraq għall - kundizzjonijiet lokali (ara l -Art ikolu 178(1)(b) tar - Regolament (UE) 575/2013), din il - possibbiltà m’għandhiex tinqara bħala eżenzjoni mill - applikazzjoni tas - suppożizzjoni konfutabbli ta’ 90 ġurnata fl -IFRS9, il- paragrafu B5.5.37, għal dawk l - iskoperturi.

91. Fil- formulazzjoni tal - istima tal - ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar, l - …

Fil- formulazzjoni tal - istima tal - ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw informazzjoni raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, kif imsemmi fid - Definizzjonijiet u fil - Prinċipju 6 ta’ dawn il- linji gwida, li jaffettwaw ir - riskju tal - kreditu, speċjalment informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jeżerċitaw ġudizzju tal - kreditu għaqli biex jikkunsidraw kemm informazzjoni kwalitattiva kif ukoll informazzjoni kwantitattiva li tista’ taffettwa l - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu tal - istituzzjoni ta’ kreditu. L -IFRS 9 jipprovdi li entità m’għandhiex għalfejn tagħmel tfittxija eżawrjenti għall - informazzjoni meta tkejjel ammont li jilħaq ECL fuq 12 - il xahar. Madankollu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinkorporaw b’mod attiv l - informazzjoni li tista’ taffettwa l - istima tal - ECL, u l - istituzzjonijiet ta’ kreditu m’għandhomx jeskludu jew jinjoraw informazzjoni rilevanti li hi raġonevolment disponibbli.

92. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu toriġina skoperturi b’riskju tal - kreditu għoli (li, fil - …

Fejn istituzzjoni ta’ kreditu toriġina skoperturi b’riskju tal - kreditu għoli (li, fil - kuntest ta’ dan il - paragrafu, m’għandhomx jinftiehmu bħala li jfissru l - kontra ta’ skoperturi “b’riskju tal - kreditu baxx” kif deskritt mill -IFRS 9, il- paragrafu 5.5.10) u l - provvedimenti tagħhom jitkejlu fil - bidu fl - ECL fuq 12 - il xahar, l - istituzzjoni ta’ kreditu għandha timmonitorja dawn l - iskoperturi mill - qrib għal żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu biex jiġi żgurat ċaqliq f'waqtu tal - iskopertura għall - kejl tal - ECL tul il - ħajja, biex jitqies li skoperturi b’riskju għoli aktarx juru aktar volatitilà u jesperjenzaw żieda aktar rapida fir - riskju tal - kreditu.

93. Anki jekk żieda fir - riskju tal - kreditu ma tiġix iġġudikata li tkun sinifikanti …

Anki jekk żieda fir - riskju tal - kreditu ma tiġix iġġudikata li tkun sinifikanti, istituzzjoni ta’ kreditu għandha taġġusta l - istima tagħa tal- ECL fuq 12 - il xahar biex b’mod xieraq tirrifletti bidliet fir - riskju tal - kreditu li seħħew. Dawn l - aġġustamenti għandhom isiru ferm qabel ma jiċċaqilqu l - iskoperturi, jew individwalment jew kollettivament, għal kejl tal - ECL tul il - ħajja u filwaqt li t itqies kwalunkwe migrazzjoni tar - riskju tal - kreditu li seħħet.

94. Fejn isseħħ valutazzjoni kollettiva, l - iskoperturi fi ħdan dak il - grupp għandhom jaderixxu …

Fejn isseħħ valutazzjoni kollettiva, l - iskoperturi fi ħdan dak il - grupp għandhom jaderixxu għar - rekwiżiti stabbiliti fil - Prinċipju 3 ta’ dawn il- linji gwida. B’mod partikolari, fejn informazzjo ni ssir disponibbli għall - istituzzjoni ta’ kreditu li tindika li hi meħtieġa segmentazzjoni ulterjuri jew differenti fi ħdan grupp ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, il - grupp għandu jinqasam f’sottogruppi u l - kejl tal - ammont li jilħaq l - ECL fuq 12 - il xahar għandu jiġi aġġornat b’mod separat għal kull sottogrupp jew, fil - każ ta’ ċirkostanzi tranżitorji, għandu jiġi applikat aġġustament temporanju (ara l - Prinċipju 3 ta’ dawn il- linji gwida u r - rekwiżiti dettaljati tiegħu fuq l - użu ta’ aġġustamenti temporanji). Fejn issir disponibbli informazzjoni li tindika li sottogrupp partikolari sofra żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, l - ECL tul il - ħajja għandu jiġi rikonoxxut fir - rigward ta’ dak is - sottogrupp.

95. L- iskoperturi tal - għoti ta’ self m’għandhomx jiġu aggruppati b’mod li jgħatti l - …

L- iskoperturi tal - għoti ta’ self m’għandhomx jiġu aggruppati b’mod li jgħatti l - identifikazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu fuq bażi f'waqtha (ara wkoll il - Prinċipji 3 u 4 ta’ dawn il- linji gwida għal rekwiżiti addizzjonali li jirrigwardaw l - aggruppar u l - valutazzjonijiet kollettivi tal- ECL) . 4.3.2 Valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir-riskju tal-kreditu

96. L-IFRS 9, il- paragrafu 5.5.4, jiddikjara li “l - għan tar - rekwiżiti tal - indeboliment huwa …

L-IFRS 9, il- paragrafu 5.5.4, jiddikjara li “l - għan tar - rekwiżiti tal - indeboliment huwa li jiġi rikonoxxut telf ta’ kreditu mistenni tul il - ħajja għall - istrumenti finanzjarji kollha li għalihom k ien hemm żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu mir - rikonoxximent inizjali — sew jekk jiġu vvalutati fuq bażi individwali jew kollettiva — meta wieħed iqis l - informazzjoni kollha raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta, inkluża dik li tħares ’il quddiem.”

97. Ir- raġunament għal dan l - approċċ hu li l - affidabbiltà kreditizja tal - kontroparti, u …

Ir- raġunament għal dan l - approċċ hu li l - affidabbiltà kreditizja tal - kontroparti, u għalhekk l - ECL antiċipat fir - rikonoxximent inizjali, jitqies fl - ipprezzar tal - kreditu f'dak il - ħin. Għalhekk, jirriżulta li żieda wara l - oriġini fir - riskju tal - kreditu tista’ ma tiġix ikkumpensata bis - sħiħ mir - rata tal- imgħax imposta, u, bħala konsegwenza, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw bir - reqqa jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu16 . Jekk dan ikun il- każ, l - iskopertura tal - għoti ta’ self għandha tkun soġġetta għal kejl tal - ECL tul il - ħajja.


16 L-IFRS 9 jeħtieġ li l - entitajiet jikkunsidraw firxa wiesgħa ta’ fatturi fil - valutazzjoni għal żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, u l - ipprezzar jista’ jkun wieħed minn dawk il - fatturi.

98. Sabiex jikkunsidraw jekk skopertura sofrietx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu u fil …

Sabiex jikkunsidraw jekk skopertura sofrietx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu u fil - kejl ta’ ECL fuq 12 - il xahar u ECL tul il - ħajja meħtieġa, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fis - seħħ governanza, sistemi u kontrolli sodi, skont il - prinċipji speċifikati f'dawn il -linji gwida. Sakemm ma jkunux stabbiliti diġà, l - istituzzjonijeit ta’ kreditu għandhom jimplimentaw sistemi li jkunu kapaċi jimmaniġġjaw u b’mod sistematiku jivvaluta w l- ammonti kbar ta’ informazzjoni li ser ikunu meħtieġa biex jiġi ġġudikat jekk skoperturi ta’ għoti ta’ self jew gruppi ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self partikolari jurux żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, u biex jitkejjel l- ECL tul il - ħajja, fejn dak ikun il - każ. Impriżi omm u sussidjarji soġġetti għad - Direttiva 2013/36/UE għandhom jiżguraw li l - approċċ ikun konsistenti fil - grupp. B’mod partikolari, dan għandu jinkludi l - implimentazzjoni ta’ proċessi biex jiġi żgurat li previżjonijiet tal- kundizzjonijiet ekonomiċi f’ġurisdizzjonijiet u f’setturi ekonomiċi differenti jiġu riveduti u approvati mill - maniġment superjuri ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, u li l - proċess, il - kontrolli u s - suppożizzjonijiet ekonomiċi madwar il - previżjonijiet u r -rabta ta’ daw n mal - aspettattivi tat - telf ta’ kreditu jkunu konsistenti fil - grupp. Il - ħtieġa għall - konsistenza m’għandhiex tiġi interpretata bħala rekwiżit li l - prattika għandha tkun identika fi grupp. Anzi, fi ħdan qafas konsistenti jista’ jkun hemm differenzi f’ġurisdizzjonijiet u fi prodotti, skont, pereżempju, id - disponibbiltà tad - data. Dawn id- differenzi għandhom ikunu dokumentati u ġustifikati sew.

99. Il- proċessi tal - isitituzzjonijiet ta’ kreditu fis - seħħ għandhom jippermettulhom …

Il- proċessi tal - isitituzzjonijiet ta’ kreditu fis - seħħ għandhom jippermettulhom jiddeterminaw fuq bażi f’waqtha u olistika jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu sussegwenti għar - rikonoxximent inizjali ta’ skopertura ta’ għoti ta’ self sabiex skopertura individwali, jew grupp ta’ skoperturi b’karatterisitiċi tar - riskju tal - kreditu simili, jiġu ttrasferiti għall - kejl tal - ECL tul il - ħajja malli riskju tal - kreditu jiżdied b’mod sinifanti, skont ir - rekwiżiti kontabilistiċi tal - indeboliment tal -IFRS 9.

100. Kif innutat fil - paragrafu B5.5.17 tal -IFRS 9 dwar il- valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti …

Kif innutat fil - paragrafu B5.5.17 tal -IFRS 9 dwar il- valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal- kreditu mir - rikonoxximent inizjali, il - firxa ta’ informazzjoni li ser teħtieġ li tiġi kkunsidrata biex issir din id - determinazzjoni hi wiesgħa. F'termini wiesa’, din ser tinkludi informazzjoni dwar il- kundizzjonijiet makroekonomiċi, u s - settur ekonomiku u r - reġjun ġeografiku rilevanti għal mutwatarju partikolari jew għal grupp ta’ mutwatarji b’karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma, flimkien ma’ karatterisitiċi strateġiċi, operazzjonali u oħrajn speċifiċi għall - mutwatarju. Karatterisitika kritika hi l - kunsiderazzjoni meħtieġa tal - informazzjoni kollha li tħares ‘il quddiem raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta li hi disponibbli mingħajr spejjeż u sforzi żejda (ara wkoll il - paragrafu 131 ta’ dawn il- linji gwida dwar is - sett ta’ informazzjoni li għandu jintuża), flimkien ma’ informazzjoni dwar il - kundizzjonijiet attwali u data storika.

101. Sabiex il - provvedimenti jiġu rikonoxxuti fuq bażi f'waqtha f’konformità mar - rekwiżiti tal …

Sabiex il - provvedimenti jiġu rikonoxxuti fuq bażi f'waqtha f’konformità mar - rekwiżiti tal - IFRS 9, l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom:

  • a. jiġbru data u jgħaddu projezzjonijiet għall - ixprunaturi ewlenin tar - riskju tal - kreditu fl - iskoperturi u l - portafolli tal - għoti ta’ self tagħhom; u
  • b. ikunu kapaċi jikkwantifikaw ir - riskju tal - kreditu f’kull skopertura jew portafoll ta’ għoti ta’ self tagħhom skont din id - data u dawn il - projezzjonijiet.
102. L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.2, jiddikjara li telf ta’ kreditu mistenni tul il - ħajja …

L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.2, jiddikjara li telf ta’ kreditu mistenni tul il - ħajja ġeneralment hu mistennija li jiġi rikonoxxut qabel ma strument finanzjarji jiskadi u li “tipikalment, ir - riskju tal- kreditu jiżdied b’mod sinifikanti qabel ma strument finanzarju jiskadi jew qabel ma jiġu osservati fatturi oħra speċifiċi għall - mutwatarju li għadhom lura (pereżempju modifika jew ristrutturar)”. Għalhekk, l - analiżi tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandha tqis il - fatt li d - determinanti tat - telf ta’ kreditu ħafna drabi jibdew jiddeterjoraw żmien konsiderevoli (xhur jew, f’ċerti każi, snin) qabel titfaċċa kwalunkwe evidenza oġġettiva ta’ delinkwenza fl - iskoperturi tal - għoti ta’ self affettwati. L - isitituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu konxji li d - data ta’ delinkwenza ġeneralment tħares lura, u waħedha rari ser tkun xierqa fl - implimentazzjoni ta’ approċċ tal - ECL. Pereżempju, f’portafolli tal - bejgħ bl - imnut żviluppi negattivi f’fatturi makroekonomiċi u f’attributi tal - mutwatarji ġeneralment ser iwasslu għal żieda fil - livell tar - riskju tal - kreditu ferm qabel din tidher f’informazzjoni li għadha lura bħad - delinkwenza.

103. Għalhekk, sabiex l - objettiv tal -IFRS 9 jiġi ssodisfat f’manjiera robusta, l - …

Għalhekk, sabiex l - objettiv tal -IFRS 9 jiġi ssodisfat f’manjiera robusta, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll jikkunsidraw ir - rabtiet bejn fatturi makroekonomiċi u attributi tal - mutwatarji għal - livell tar - riskju tal - kreditu f’portafoll ibbażat fuq informazzjoni raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta. Għal dak l - għan, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jibdew b’analiżi dettaljata tal - mudelli storiċi u tax - xejriet attwali, li jippermettu l - identifikazzjoni tal -aktar xprunaturi tar - riskju tal- kreditu rilevanti. Il - ġudizzju tal - kreditu għaqli għandu jiffaċilita l - inkorporazzjoni tal - kundizzjonijiet attwali u previsti li aktarx jaffettwaw dawk l - ixprunaturi tar - riskju, in - nuqqasijiet ta’ flus mistennija u għalhekk l - aspettattivi tat - telf.

104. L-i stituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu analiżi ta’ dan it - tip mhux biss fil - …

L-i stituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu analiżi ta’ dan it - tip mhux biss fil - kuntest ta’ portafolli ta’ krediti individwalment żgħar, bħal skoperturi ta’ karti ta’ kreditu, iżda anki għal skoperturi ta’ għoti ta’ self kbar immaniġġjati individwalment. Pereżempju, għal self ta’ proprjetà kummerċjali fuq skala kbira, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu s - sensittività konsiderevoli tas - suq tal - proprjetà kummerċjali f’ħafna ġurisdizzjonijiet għall - ambjent makroekonomiku ġenerali, u għandhom jikkunsidraw li jużaw informazzjoni bħal - livelli tar - rati ta’ imgħax jew ir - rati ta’ postijiet battala biex jiddeterminaw jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu.

105. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom politika ċara li tinkludi kriterji żviluppati …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom politika ċara li tinkludi kriterji żviluppati sew dwar x’jikkostitwixxi żieda “sinifikanti” fir - riskju tal - kreditu għal tipi differenti ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self. Dawn il - kriterji u r - raġunijiet għaliex dawn l - approċċi u d - definizzjonijiet jitqiesu xierqa għandhom jiġu żvelati skon t l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar , il- paragrafu 35F. L - IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9 jeħtieġ li, meta tkun qed tagħmel il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, “entità għandha tuża l - bidla fir - riskju ta’ inadempjenza li jseħħ matu l il-ħajja mistennija tal - istrument finanzjarju minflok il - bidla fl - ammont ta’ telf ta’ kreditu mistenni”. Għal dawn l - iskopijiet, l - istituzzjonijet għandhom jagħmlu din il - valutazzjoni f'termini tar - riskju li sseħħ inadempjenza u mhux tat - telf ta’ kreditu mistenni (jiġifieri qabel il - kunsiderazzjoni tal - effetti ta’ mitiganti tar - riskju tal - kreditu bħal kollateral jew garanziji).

106. Fl- iżvilupp tal - approċċ tagħhom biex jiddeterminaw żieda sinifikanti fir - riskju tal - …

Fl- iżvilupp tal - approċċ tagħhom biex jiddeterminaw żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw kull waħda mis -16- il kategorija ta’ indikaturi fl -IFRS 9 (sakemm dawn ikunu rilevanti għall - istrument finanzjarju li qed jiġi vvalutat) kif stabbilit fil - paragrafi B5.5.17(a) - (p) u, barra minn hekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw jekk hemmx informazzjoni ulterjuri li għandha titiqies. Dawn l - indikaturi (kemm fl -IFRS 9 u kemm f'dawn il - linji gwida) m'għandhomx jitqiesu bħala “lista ta’ kontroll”. Xi wħud jistgħu jkunu aktar rilevanti minn oħrajn biex jiġi vvalutat jekk tip partikolari ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self jurix żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu. Fl - istess waqt, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari joqogħdu attenti li jevitaw ir - riskju li żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu ma tiġix rikonoxxuta fil - pront meta fil - fatt tkun preżenti. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu m’għandhomx jirrestrinġu żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal sitwazzjonijiet fejn strument finanzjarju jiġi antiċipat biex isir indebolit bil- kreditu (jiġifieri t - tielet stadju tar - rekwiżiti għall - indeboliment tal -IFRS 9). Anzi, il - mutwatarji jistgħu juru żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu mingħajr evidenza li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self relatati aktarx jiġu indeboliti. Il - fatt l i r- riskju tal - kreditu żdied b’mod sinifikanti ma jfissirx neċessarjament li l- inadempjenza hi probabbli — biss li hi aktar probabbli milli fir - rikonoxximent inizjali. Dan il - punt jiġi enfasizzat mis - simetrija tal - mudell tal -IFRS 9: hu possibbli li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self jiċċaqilqu għal ECL tul il - ħajja iżda li sussegwentement jitreġġgħu lura għal ECL fuq 12 -il xahar jekk il - limitu ta’ żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu ma jibqax jiġi ssodisfat.

107. L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux …

L- isituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il - lista mhux eżawrjenti li ġejja ta’ indikaturi fil - valutazzjoni ta’ żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu:

  • a. deċiżjoni mill - maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu b’tali mod li, jekk toriġina mill - ġdid skopertura ta’ għoti ta’ self eżistenti fid -data tar- rappurtar, l - element tal - prezz tal - iskopertura tal - għoti ta’ telf li jirrifiletti r - riskju tal - kreditu tal - iskopertura jkun sinifikament ogħla minn kemm kien meta s - self fil - fatt oriġina, minħabba żieda fir - riskju tal -kr editu tal - mutwatarju speċifiku jew il - kategorija tal - mutwatarji mill - bidu;
  • b. deċiżjoni mill - maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu biex jissaħħaħ il - kollateral u/jew ir- rekwiżiti tal - patt għal skoperturi ta’ għoti ta’ self ġodda li jkunu simili għal skoperturi ta’ għoti ta’ self li diġà ġew oriġinati, minħabba bidliet fir - riskju tal - kreditu ta’ dawk l - iskoperturi mir - rikonoxximent inizjali;
  • c. deklassifikazzjoni ta’ mutwatarju minn aġenzija tal - klassifikazzjoni tal - kreditu rikonoxxuta, jew fi ħdan sistema tal - klassifikazzjoni tal - kreditu interna ta’ istituzzjoni ta’ kreditu;
  • d. għal skoperturi ta’ għoti ta’ self produttivi soġġetti għal monitoraġġ u reviżjoni individwali, sommarju tal - valutazzjoni tal - kreditu/indikatur tal - kwalità tal - kreditu intern li hu aktar dgħajjef mir - rikonoxximent inizjali;
  • e. deterjorament ta’ determinanti rilevanti tar - riskju tal - kreditu (eż. flussi ta’ flus futuri) għal obbligant individwali (jew grupp ta’ obbliganti); u
  • f. aspettattiva ta’ modifika minħabba diffikultajiet finanzjarji, inklużi dawk li jikkwalifikaw bħala tolleranza skont ir - Regolament (UE) 2015/227.

Filwaqt li l - implimentazzjoni tal -IFRS 9 għandha tirrifletti prattiki tal - ġestjoni tar - riskju tal - kreditu fejn ikun possibbli, f’ċerti każijiet dak ma jkunx xieraq. Jekk, pereżempju, istituzzjoni ta’ kreditu timmaniġġja l - maġġor parti tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self bl - istess mod irrispettivament mir - riskju tal - kreditu — bl- eċċezzjoni biss ta’ krediti partikolarment qawwija jew dgħajfa — il- manjiera li fiha skopertura ta’ self tiġi mmaniġġjata aktarx ma tkunx indikatur sod ta’ jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu.

108. Meta jivvalutaw jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura …

Meta jivvalutaw jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura ta’ għoti ta’ self, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll iqisu l - fatturi li ġejjin li huma relatati mal - ambjent li fiha topera istituzzjoni ta’ kreditu jew mutwatarju:

  • a. deterjorament tal - prospettiva makroekonomika rilevanti għal mutwatarju jew għal grupp ta’ mutwatarji partikolari. Valutazzjonijiet makroekonomiċi għandhom ikunu biżżejjed rikki li jinkludu fatturi rilevanti għal mutwatarji sovrani, korporattivi, domestiċi jew tipi oħra ta’ mutwatarji. Barra minn hekk, għandhom jindirizzaw kwalunkwe differenzi reġjonali differenti fil - prestazzjoni ekonomika fi ħdan ġurisdizzjoni17 ; u
  • b. deterjorament tal - prospettivi għall - qasam jew l - industriji li fi ħdanhom jopera mutwatarju.

17 Ara l- Prinċipju 6 ta’ dawn il-linji gwida dwar il- kunsiderazzjoni ta’ informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi.

109. L- identifikazzjoni preċiża tal - ixprunaturi tar - riskju tal- kreditu, u d - dimostrazzjoni …

L- identifikazzjoni preċiża tal - ixprunaturi tar - riskju tal- kreditu, u d - dimostrazzjoni affidabbli tar- rabtiet bejn dawk l - ixprunaturi u l - livell tar - riskju tal - kreditu għandhom jitqiesu bħala kritiċi, għaliex bidla li tidher żgħira f’karatteristika kwalitattiva ta’ self potenzjalment tista’ tkun indikatur ewlieni ta’ żieda kbira fir - riskju li sseħħ inadempjenza. Barra minn hekk, skont l - IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9, is - sinifikat ta’ bidla fir - riskju tal - kreditu mir - rikonoxximent inizjali jiddependi fuq ir - riskju li sseħħ inadempjenza fir - rikonoxximent inizjali. F'dan ir- rigward, fejn istituzzjoni ta’ kreditu tuża bidliet fil - PD bħala mezz tal - identifikazzjoni ta’ bidliet fir - riskju li sseħħ inadempjenza, hi għandha tqis is - sinifikat ta’ bidla partikolari fil - PD espressa f’proporzjon (jew ir -rata tal- fluttwazzjoni) proporzjonali għall - PD fir - rikonoxximent inizjali (jiġifieri bidla fil - PD diviża mill - PD fir - rikonoxximent inizjali), filwaqt li tqis ukoll il - paragrafu B5.5.11 tal -IFRS 9. Madankollu, għandha wkoll titqies il - wisa’ tal - bidla fil - PD nfisha (jiġifieri l -P D fid -data tal- kejl bit - tnaqqis tal - PD fir - rikonoxximent inizjali).

110. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iħarsu lil hinn minn kemm “klassifikazzjoniet” …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iħarsu lil hinn minn kemm “klassifikazzjoniet” timplika deklassifikazzjoni għaliex il - bidla fil - PD għal ċaqliqa ta’ klassifikazzjoni waħda tista’ ma tkunx lineari (pereżempju, il - probabbiltà ta’ inadempjenza matul ħames snin ta’ skopertura bil- klassifikazzjoni BB hi madwar tliet darbiet dik ta’ waħda bil - klassifikazzjoni BBB, skont id - data u l - analiżi attwali applikabbli għal ċerti ġurisdizzjonijiet). Barra minn hekk, peress li s - sinifikat ta’ ċaqliqa ta’ klassifikazzjoni waħda tiddependi fuq il - granularità tas - sistema tal - klassifikazzjoni ta’ bank — u għalhekk il - ”wisa’” ta’ kull klassifikazzjoni — għandha tiġi definita segmentazzjoni inizjali xierqa biex jiġi żgurat li żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura ta’ għoti ta’ self individwali jew għal grupp ta’ skoperturi ta’ self ma titgħattiex fi ħdan qasam. F’dan ir -rigward, l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li s - sistemi tal-klassifikazzjoni tar - riskju tal - kreditu jinkludu numru suffiċjenti ta’ klassifikazzjonijiet biex jiddistingwu r - riskju tal - kreditu b’mod xieraq. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll ikunu konxji tal - fatt li żieda sinifikanti fir - riskju tal -kr editu tista’ sseħħ qabel ċaqlilqa fil - klassifikazzjoni tal - kreditu.

111. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu li hemm ċerti ċirkostanzi li fihom ċaqliqa …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu li hemm ċerti ċirkostanzi li fihom ċaqliqa negattiva fil - fatturi msemmija fil - paragrafi 107 u 108 hawn fuq jistgħu ma jindikawx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu. Pereżempju, jista’ jkun il - każ li l - probabbiltà ta’ inadempjenza ta’ skopertura ta’ għoti ta’ self ikklassifikata AA tkun baxxa, u mhux ħafna ogħla minn waħda kklassifikata AAA. Madankollu, huma vera ftit l - iskoperturi ta’ għoti ta’ self li għandhom riskju tal- kreditu li jidher baxx — u, kif innutat fil - paragrafu 110 , is - sensittività tal - probabbiltà tal - inadempjenza biex tikklassifika tista’ tiżdied ħafna hekk kif il - kwalità tal - klassifikazzjoni tonqos.

112. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll ikunu konxji li jista’ jkun hemm xi ċirkostanzi …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ukoll ikunu konxji li jista’ jkun hemm xi ċirkostanzi li fihom xi fatturi jiċċaqilqu f’direzzjoni negattiva iżda jistgħu jiġu kontrobilanċjati minn titjib f’oħrajn (ara l -Gwida dwar l- Implimentazzjoni tal -IFRS 9, l- Eżempju 2). Mdankollu, fid -dawl tal-importanza li jiġi skopert jekk kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimplimentaw proċessi ta’ governanza u ta’ kontroll li kapaċi jivvalidaw b’mod affidabbli kwalunkwe ġudizzju li fatturi li jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq ir - riskju tal - kreditu jiġu kontrobilanċjati minn fatturi li jistgħu jkollhom impatt favorevoli.

113. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu kunsiderazzjoni bir - reqqa u piż sħiħ lil …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu kunsiderazzjoni bir - reqqa u piż sħiħ lil deċiżjonijiet ta’ diskrezzjoni mill - korp maniġerjali jew mill - maniġment superjuri ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li jindikaw bidla fir - riskju tal - kreditu. Pereżempju, jekk minħabba tħassib dwar ir - riskju tal - kreditu tittieħed deċiżjoni biex jiġi intensifikat il - monitoraġġ ta’ mutwatarju jew ta’ kategorija ta’ mutwatarji, aktarx li din l - azzjoni ma kinitx tittieħed minn dak li ħa d - deċiżjoni li kieku ż - żieda fir - riskju tal - kreditu ma tqisitx bħala sinifikanti.

114. Meta istituzzjoni ta’ kreditu tivvaluta li kien hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - …

Meta istituzzjoni ta’ kreditu tivvaluta li kien hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal uħud, iżda mhux kollha, mill - iskoperturi għoti ta’ ta’ self tagħha lil kontroparti — pereżempju, minħabba differenzi fiż - żmien ta’ meta ngħata s - self — hi għandha tiżgura li l - iskoperturi ta’ self kollha jkunu identifikati fejn kien hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu.

115. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tagħmel il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju …

Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tagħmel il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu fuq bażi kollettiva (jiġifieri bħal bejgħ bl - imnut), id - definizjonijiet ta’ portafolli għandha tiġi riveduta regolarment biex jiġi żgurat li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self fi ħdanhom ikomplu jaqsmu karatteristiċi ta’ riskju f'termini tar - rispons tagħhom lil xprunaturi tar - riskju tal - kreditu. Tibdil fil - kundizzjonijiet ekonomiċi jista’ jeħtieġ raggruppament.

116. F’konformità mal - paragrafu B5.5.1 tal -IFRS 9 dwar il- valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti …

F’konformità mal - paragrafu B5.5.1 tal -IFRS 9 dwar il- valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu mir - rikonoxximent inizjali fuq bażi kollettiva, f’każijiet fejn jidher li, fi ħdan grupp ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, xi skoperturi ta’ għoti ta’ self esperjenzaw żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jittrasferixxu subsett jew proporzjon tal - grupp ta’ skoperturi ta’ self għal l- kejl tal - ECL tul il - ħajja anki jekk ma jkunx possibbli li dan jiġi identifikat fuq bażi ta’ skopertura ta’ għoti ta’ self individwali (ara l -IFRS 9, Eżempju Illustrattiv 5).

117. Konsistenti mal - paragrafu B5.5.6 tal -IFRS 9 u mal - paragrafu IE39 tal-Gwida dwar …

Konsistenti mal - paragrafu B5.5.6 tal -IFRS 9 u mal - paragrafu IE39 tal-Gwida dwar l-Implimentazzjoni għall -IFRS 9, jekk fuq il - bażi ta’ karatteristiċi tar - riskju tal - kreditu maqsuma ma jkunx possibbli li jiġi identifikat sottogrupp partikolari għal skoperturi ta’ għoti ta’ self li għalihom żdied b’mod sinifikanti r - riskju tal - kreditu, proporzjon xieraq tal - grupp ġenerali għandu jkun soġġett għal kejl tal - ECL tul il - ħajja.

118. “Sinifikanti” m’għandhiex titqabbel ma’ sinifikat statistiku, li jfisser li l - approċċ tal - …

“Sinifikanti” m’għandhiex titqabbel ma’ sinifikat statistiku, li jfisser li l - approċċ tal - valutazzjoni m’għandux ikun ibbażat biss fuq analiżi kwantitattiva. Fil - każ ta’ portafolli li għandhom numru kbir ta’ krediti individwalment żgħar, u sett rikk ta’ data storika rilevanti, tista’ tkun possibbli l - identifikazzjoni ta’ żidiet “sinifikanti” fir - riskju tal - kreditu parzjalment bl - użu ta’ tekniki statistiċi. Madankollu, għal skoperturi ta’ għoti ta’ self oħra, dan jista’ ma jkunx fattibbli.

119. “Sinifikanti” ukoll m’għandhiex tiġi ġġudikata f’termini tal - impatt fuq id - …

“Sinifikanti” ukoll m’għandhiex tiġi ġġudikata f’termini tal - impatt fuq id - dikjarazzjonjiet finanzjarji primarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. L - identifikazzjoni u d - divulgazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għandhom isiru, anki fejn żieda fir - riskju tal - kreditu definita f'termini ta’ probabbiltà ta’ inadempjenza aktarx ma taffettwax il - provvediment li sar — pereżempju, għax l - iskopertura tkun aktar minn kollateralizzata bis - sħiħ — biex l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu jistgħu jidentifikaw u jiddivulgaw dawn iż - żidiet li aktarx ikunu importanti għal utenti li qed ifittxu li jifhmu xejriet fir - riskju tal - kreditu intrinsiku tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

120. Skont l -IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9, il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju …

Skont l -IFRS 9, il- paragrafu 5.5.9, il - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu hi bbażata fuq it - tqabbil tar - riskju tal - kreditu fuq skoperturi fid -data tar- rappurtar relattivi għar - riskju tal - kreditu fir - rikonoxximent inizjali. L -IFRS 9, il- paragrafu BC 5.161, u l - Eżempju Illustrattiv 6 jirrappreżentaw eżempju tal - applikazzjoni ta’ dan il - prinċipju fl - Istandard, aktar milli eċċezzjoni għal dak il - prinċipju. Dan l - eżempju jissuġġerixxi li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu j istgħu jissettjaw riskju tal - kreditu massimu għal portafolli partikolari fir - rikonoxximent inizjali li jwasslu lil dak il - portafoll jiċċaqlaq għall - kejl tal - ECL tul il - ħajja meta r - riskju tal - kreditu jiżdied aktar mil - livell massimu. Din is - simplifikazzjoni hi rilevanti biss meta l - iskoperturi jinqasmu fuq bażi biżżejjed granulari b’tali mod li istituzzjoni ta’ kreditu tist’ turi li l - analiżi hi konsistenti mal - prinċipji tal -IFRS 9. B’mod speċifiku, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi juru li żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu ma seħħitx għal oġġetti fil - portafoll qabel ma ntlaħqet il - klassifikazzjoni massima tal - kreditu.

121. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivvalutaw b’mod rigoruż il - kwalità tal - approċċ …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivvalutaw b’mod rigoruż il - kwalità tal - approċċ tagħhom biex jivvalutaw jek k ir- riskju tal - kreditu żdiedx b’mod sinifikanti. Il - korp maniġerjali jew il - maniġment superjuri ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jikkunsidra jekk hemmx fatturi addizzjonali li għandhom jitqiesu fil - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu li jtejbu l - kwalità tal - approċċ tagħhom.

122. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu attenti għal kwalunkwe possibbiltà ta’ …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu attenti għal kwalunkwe possibbiltà ta’ introduzzjoni ta’ parzjalità li tipprevjeni l - għanijiet tal -IFRS 9 milli jintlaħqu. F’każijiet fejn l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jemmnu li l - approċċ tagħhom għall - implimentazzjoni aktarx introduċa parzjalità, huma għandhom jibdlu l - valutazzjoni tagħhom għall - parzjalità identifikata u għalhekk jiżguraw li l - għan tal - Istandard jintlaħaq (ara b’mod partikolari l -IFRS 9, il-paragr afi B5.5.1 - B5.5.6).

123. L-IFRS 9, fil - paragrafi 5.5.12 u B5.5.25 - B5.5.27, jistabbilixxi r - rekwiżiti għall - …

L-IFRS 9, fil - paragrafi 5.5.12 u B5.5.25 - B5.5.27, jistabbilixxi r - rekwiżiti għall - valutazzjoni ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skoperturi ta’ għoti ta’ self li l - flussi ta’ fluss kuntrattwali tagħhom ġew negozjati mil l- ġdid jew modifikati. B’mod partikolari, għal modifiki li ma jirriżultawx fl -irtirar tar- rikonoxximent skont l -IFRS 9, entità jeħtieġ tivvaluta jekk riskju ta’ kreditu żdiedx b’mod sinifikanti billi tqabbel (a) ir - riskju li sseħħ inadempjenza fid -data tar-rappurtar skont it - termini kuntrattwali modifikati ma’ (b) ir - riskju li sseħħ inadempjenza fir - rikonoxximent inizjali skont it - termini oriġinali u mhux modifikati.

124. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li l - modifiki jew l - innegozjar mill - …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li l - modifiki jew l - innegozjar mill - ġdid m a jgħattux żidiet fir - riskju tal - kreditu u b’hekk jikkawżaw li l - ECL jingħata stima baxxa u li jiddewwem it - trasferiment għal ECL tul il - ħajja tal - obbliganti li r - riskju tal - kreditu tagħhom naqas b’mod sinifikanti, jew li b’mod mhux xieraq jirriżultaw f’ċaqliqa mill - kejl tal - ECL tul il - ħajja lura għall - kejl tal - ECL fuq12 - il xahar.

125. Meta jiddeterminaw jekk hemmx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura ta’ …

Meta jiddeterminaw jekk hemmx żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għal skopertura ta’ għoti ta’ self modifikata, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw, u meta jiżviluppaw l - istimi tal - ECL għandhom iqisu, jekk dawn il - modifiki jew in - negozjati mill - ġdid tejbux jew tawx lura l - kapaċità tal - istituzzjoni tal - kreditu biex tiġbor l - imgħax u l - pagamenti prinċipali mqabbla mas - sitwazzjoni fir - rikonoxximent inizjali. Għandha tingħata wkoll kunsiderazzjoni lis - sustanza ta’ flussi ta’ flus kuntrattwali modifikati kif ukoll lill - implikazzjonijiet tal - modifiki għar - riskju tal - kreditu futur tal - iskopertura tal - għoti ta’ self (filwaqt li jitqies ir - riskju tal - kreditu tal - obbligant). Fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal dawn li ġejjin:

  • a. jekk il - modifika jew in - negozjar mill - ġdid tat - termini kuntrattwali u l - flussi ta’ flus li jirriżultaw humiex ta’ benefiċċju ekonomiku għall - obbligant, meta mqabbla mat - termini kuntrattwali oriġinali u mhux modifikati, u kif il - modifika taffettwa ekonomikament il - kapaċità tal - obbligant li jħallas lura d - dejn;
  • b. jekk jistgħux jiġu identifikati fatturi li jappoġġjaw il - valutazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tal - kapaċità tal - obbligant li jħallas lura d - dejn, inklużi ċirkostanzi li jwasslu għall - modifika, u l - prospetti futuri tal - obbligant bħala riżultat tal - modifiki, meta jitqiesu l - kundizzjonijiet attwali, il- previżjonijiet makroekonomiċi u l - prospetti għas - settur/l - industrija li fi ħdanha jopera l - obbligant, il - mudell tan - negozju tal - obbligant, u l - pjan (tal - ġestjoni) tan - negozju tal - obbligant li jiddeskrivi l - aspettattivi tal - obbligant tal - prestazzjoni, tar - reżiljenza finanzjarja u tal - flussi ta’ flus futuri tiegħu; u
  • c. jekk il -pjan tan- negozju tal - obbligant huwiex fattibbli, realizzabbli u konsistenti mal - iskeda tal - ħlas lura tal - imgħax u tal - prinċipali skont it - termini kuntrattwali modifikati tal - iskopertura tal - għoti ta’ self.
126. Skoperturi ta’ għoti ta’ self trasferiti għal ECL tul il - ħajja li sussegwentement jiġu …

Skoperturi ta’ għoti ta’ self trasferiti għal ECL tul il - ħajja li sussegwentement jiġu negozjati mill - ġdid jew modifikati, u ma jiġux irtirati, m’għandhomx jiċċaqilqu lura għall - kejl tal - ECL fuq 12- il xahar sakemm ma jkunx hemm biżżejjed evidenza li r - riskju tal - kreditu matul i l- ħajja tal - iskopertura ma żiedx b’mod sinifikanti meta mqabbel ma’ dak fir - rikonoxximent inizjali. Pereżempju, fejn istituzjoni ta’ kreditu tagħti diversi konċessjonijiet bħal tnaqqis fir -rata tal-imgħax jew posponimenti ta’ ħlas lura prinċipali lil obbliganti f’diffikultà finanzjarja, l - iskopertura tal - għoti ta’ self tista’ turi karatteristiċi ta’ riskju ta’ kreditu baxx anki jekk fil - verità l- obbligant jista’ jkompli jesperjenza diffikultà finanzjarja mingħajr prospetti realistiċi li jagħmel ħlas lura skedat matul it - terminu li fadal tal - iskopertura. Skont il - paragrafu B5.5.27 tal-IFRS 9 “l - evidenza li l - kriterji għar - rikonoxximent tal - ECL tul il - ħajja ma jintlaħqux aktar tista' tinkludi storja tal - prestazzjoni ta' pagamenti aġġornati u f'waqthom kontra t - termini kuntrattwali modifikati. Normalment, klijent irid juri mġiba tajba b’mod konsistenti ta' ħlas fuq perjodu ta' żmien qabel ma r - riskju ta' kreditu jitqies li naqas. Pereżempju, storja ta' ħlasijiet maqbuża jew inkompleti ġeneralment ma titħassarx billi sempliċiment isir ħlas wieħed fil - ħin wara modifika tat - termini kuntrattwali”.

4.3.3 Użu ta’ espedjenti prattiċi

127. L-IFRS 9 jinkludi numru ta’ espedjenti prattiċi, bl - għan li jiġi ffaċilitat il - piż tal - …

L-IFRS 9 jinkludi numru ta’ espedjenti prattiċi, bl - għan li jiġi ffaċilitat il - piż tal - implimentazzjoni għal firxa wiesgħa ta’ kumpaniji fir - rikonoxximent tal - fatt li l -IFRS 9 ser jintużaw minn varjetà ta’ entitajiet, inklużi entitajiet ‘il barra mill - industrija bankarja.

128. Il- paragrafi hawn taħt jindirizzaw l - espedjenti prattiċi li ġejjin: is - sett ta’ …

Il- paragrafi hawn taħt jindirizzaw l - espedjenti prattiċi li ġejjin: is - sett ta’ informazzjoni li entità teħtieġ tikkunsidra fil - kejl tal - ECL; l - eċċezzjoni għal skoperturi tar - riskju tal - kreditu “baxx”; u s - suppożizzjoni konfutabbli ta’ 30 ġurnata mid - data ta’ skadenza.

129. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħmlu użu limitat minn dawk l - espedjenti prattiċi …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħmlu użu limitat minn dawk l - espedjenti prattiċi għaliex għandhom il - potenzjal li jintroduċu parzjalità sinifikanti u għaliex — meta jitqies in - negozju tagħhom — l- ispiża biex tinkiseb l - informazzjoni rilevanti aktarx ma tinvolvix “spejjeż jew sforzi żejda”. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw il - ħtieġa li jagħmlu aġġustamenti meta jużaw espedjenti prattiċi biex jevitaw kwalunkwe parzjalità li tirriżulta, għaliex għandhom iqisu li l - għan tal -IFRS 9 hu li jagħtu stima tat - telf ta’ kreditu mistenni biex jirriflettu ammont imparzjali u mwieżen bil - probabbiltà li jiġi determinat bil - valutazzjoni ta’ firxa ta’ riżultati possibbli (IFRS 9, paragrafu 5.5.17).

130. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tuża dawn l - espedjenti prattiċi, il - ġustifikazzjonijiet …

Fejn istituzzjoni ta’ kreditu tuża dawn l - espedjenti prattiċi, il - ġustifikazzjonijiet għall - użu ta’ espedjenti prattiċi għandhom ikunu dokumentati b’mod ċar mill - istituzzjoni ta’ kreditu.

Is - sett ta’ informazzjoni

131. L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.15, jiddikjara li “entità għandha tikkunsidra informazzjoni …

L-IFRS 9, il- paragrafu B5.5.15, jiddikjara li “entità għandha tikkunsidra informazzjoni raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta li hi disponibbli mingħajr spejjeż u sforsi żejda” u li “entità m’għandhiex bżonn tagħmel tfittxija eżawrjenti għall - informazzjoni meta tkun qed tiddetermina jekk riskju ta’ kreditu żdiedx b’mod sinifikanti mir - rikonoxximent inizjali”. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu m’għandhomx jaqraw dawn id - dikjarazzjonijiet b’mod ristrett u għandhom jiżviluppaw sistemi u proċessi li jużaw l - informazzjoni kollha raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta li hi rilevanti għall - grupp ta’ skoperturi jew għal skopertura individwali, kif meħtieġ biex tinkiseb implimentazzjoni ta’ kwalità għolja, robusta u konsistenti tar - rekwiżiti kontabilistiċi. Madankollu, m’hemmx bżonn li jiġu introdotti piżijiet tal - ispejjeż u operazzjonali addizzjonali fejn ma jikkontribwixxux għal implimentazzjoni ta’ kwalità għolja tal -IFRS 9. Eżenzjoni “ta’ riskju tal -kr editu baxx”

132. Skont il - paragrafu 5.5.10 tal -IFRS 9, “entità tista’ tassumi li r - riskju tal - kreditu …

Skont il - paragrafu 5.5.10 tal -IFRS 9, “entità tista’ tassumi li r - riskju tal - kreditu fuq strument finanzjarju ma jkunx żdied b’mod sinifikanti mir - rikonoxximent inizjali jekk fid -data tar- rappurtar l - istrument finanzjarju jiġi determinati li jkollu riskju tal - kreditu baxx”. Minkejja li l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għalhekk għandhom l - għażla għal skoperturi “b’riskju tal - kreditu baxx” li ma jivvalutawx jekk ir - riskju tal - kreditu żdiedx b’mod sinifikanti mir - rikonoxximent inizjali, l - użu ta’ din l- eżenzjoni għandu jiġi limitat. B’mod partikolari, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iwettqu valutazzjoni f’waqtha ta’ żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għall - iskoperturi tal - għoti ta’ self kollha.

133. F’dak il- kuntest, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom dejjem jirrikonoxxu bidliet fl - …

F’dak il- kuntest, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom dejjem jirrikonoxxu bidliet fl - ECL fuq 12 - il xahar permezz tal - provvediment fejn ma jkunx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu u jmexxi l - iskoperturi tal - għoti ta’ self għall - kejl tal - ECL tul il - ħajja, jekk ikun hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu. Sabiex tinkiseb implimentazzjoni ta’ kwalità għolja tal - IFRS 9, kwalunkwe użu tal - eżenzjoni tar - riskju tal - kreditu baxx għandu jiġu akkumpanjat b’evidenza ċara li fid -data tar- rappurtar ir - riskju tal - kreditu jkun baxx biżżejjed li żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu mir - rikonoxximent inizjali ma setgħetx seħħet.

134. Sabiex tintwera t - tifsira ta’ riskju tal - kreditu baxx fl -IFRS 9, il- paragrafu B5.5.22, l …

Sabiex tintwera t - tifsira ta’ riskju tal - kreditu baxx fl -IFRS 9, il- paragrafu B5.5.22, l -IFRS 9, il-paragrafu B5.5.23, bħala eżempju jikkwota strument b’klassifikazzjoni esterna tal - “grad ta’ investiment”. Madankollu, l - iskoperturi tal - għoti ta’ self kollha li għandhom klassifikazzjoni tal- ”grad ta’ investiment” minn aġenzija tal - klassifikazzjoni tal - kreditu ma jistgħux jitqiesu ta’ riskju tal - kreditu baxx awtomatikament. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu primarjament għandhom joqogħdu fuq il - valutazzjonijiet tar - riskju tal - kreditu tagħhom stess biex jivvalutaw ir - riskju tal - kreditu ta’ skopertura ta’ għoti ta’ self, u mhux joqogħdu biss jew mekkanistikament fuq klassifikazzjonijiet li jingħataw minn aġenziji tal - klassifikazzjoni tal - kreditu (fejn dawn tal - aħħar ikunu disponibbli). Madankollu, klassifikazzjonijiet interni tal - kreditu ottimistiċi, meta mqabbla ma’ klassifikazzjonijiet esterni, għandhom jeħtieġu analiżi u ġustifikazzjonijiet addizzjonali mill - korp maniġerjali jew mill - maniġment superjuri ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

Suppożizzjoni konfutabbli skaduta b'aktar minn 30 ġurnata

135. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fis - seħħ proċessi ta’ valutazzjoni u ta’ …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fis - seħħ proċessi ta’ valutazzjoni u ta’ ġestjoni biex jiżguraw li żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu jiġu skoperti sew qabel ma l - iskoperturi jiskadu jew isiru delinkwenti. Minkejja li l - użu tas - suppożizzjoni konfutabbli skaduta b'aktar minn 30 ġurnata bħala miżura ta’ garanzija ta’ kontinġenza mhuwiex eskluż skont l -IFRS 9 flimkien ma’ indikaturi oħrajn ta’ qabel għall - valutazzjoni ta’ żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jevitaw li jużawha bħala indikatur primarju tat - trasferiment għal ECL tul il - ħajja.

136. Kull dikjarazzjoni li s - suppożizzji skaduta b'aktar minn 30 ġurnata hi kkonfutata fuq il - …

Kull dikjarazzjoni li s - suppożizzji skaduta b'aktar minn 30 ġurnata hi kkonfutata fuq il - bażi li ma kienx hemm żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu għandha tiġi akkumpanjata minn analiżi bir- reqqa li turi b’mod ċar li l - iskadenza ta’ 30 ġurnata mhijiex korrelatata ma’ żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu18 . Din l- analiżi għandha tikkunsidra kemm informazzjoni li tħares ‘il quddiem raġjonevoli u kemm dik li tista’ tiġi sostnuta li tista’ tikkawża li nuqqasijiet futuri ta’ flus ivarjaw mil l- esperjenza storika.


18 Pereżempju, f'ċerti ġurisdizzjonijiet hi prattika komuni għall - mutwatarji li jdewmu l - ħlas lura għal ċerti skoperturi, iżda l - istorja turi li dawk il - ħlasijiet nieqsa jiġu rkuprati bis - sħiħ fix - xhur ta’ wara.

137. F’dan ir-rigward, l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhomx jużaw informazzjoni rilevanti li …

F’dan ir-rigward, l- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhomx jużaw informazzjoni rilevanti li tħares ‘il quddiem li hi raġjonevoli u li tista’ tiġi sostnuta biex janalizzaw jekk hemmx relazzjoni sustantiva bejn din l - informazzjoni u bej n l- ixprunaturi tar - riskju tal - kreditu. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu m’għandhomx jużaw is - suppożizzjoni konfutabbli skaduta b'aktar minn 30 ġurnata sakemm ma jkunux urew li l - informazzjoni li tħares ‘il quddiem ma kellha l - ebda relazzjoni sostantiva mal - ixprunatur tar - riskju tal - kreditu jew li din l - informazzjoni ma tkunx disponibbli mingħajr spejjeż jew sforzi żejda.

138. Fil- każijiet limitati fejn l - informazzjoni skaduta hi l - aqwa kriterju disponibbli għal …

Fil- każijiet limitati fejn l - informazzjoni skaduta hi l - aqwa kriterju disponibbli għal istituzzjoni ta’ kreditu biex tiddetermina meta l - iskoperturi għandhom jiċċaqilqu għall - katerjorija tal - ECL tul il - ħajja, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill - kejl tagħhom tal - provvediment tal - ECL ta’ 12 - il xahar biex jiżguraw li l - ECL jinqabad kif xieraq skont l - għan t al- kejl tal -IFRS 9. Barra minn hekk, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom iqisu li affidabbiltà sinifikanti fuq informazzjoni li tħares lura ser tintroduċi parzjalità fl - implimentazzjoni ta’ mudell kontabilistiku tal - ECL u li għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l - għanijiet tar - rekwiżiti tal - indeboliment tal -IFRS 9 (jiġifieri li jirriflettu ECL li jissodisfa l - għanijiet tal - kejl iddikjarati u li jaqbdu kull żieda sinifikanti fir - riskju tal - kreditu).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/