+126. Skoperturi ta’ għoti ta’ self trasferiti għal ECL tul il - ħajja li sussegwentement jiġu …
|
126. Skoperturi ta’ għoti ta’ self trasferiti għal ECL tul il - ħajja li sussegwentement jiġu …
Skoperturi ta’ għoti ta’ self trasferiti għal ECL tul il - ħajja li sussegwentement jiġu negozjati mill - ġdid jew modifikati, u ma jiġux irtirati, m’għandhomx jiċċaqilqu lura għall - kejl tal - ECL fuq 12- il xahar sakemm ma jkunx hemm biżżejjed evidenza li r - riskju tal - kreditu matul i l- ħajja tal - iskopertura ma żiedx b’mod sinifikanti meta mqabbel ma’ dak fir - rikonoxximent inizjali. Pereżempju, fejn istituzjoni ta’ kreditu tagħti diversi konċessjonijiet bħal tnaqqis fir -rata tal-imgħax jew posponimenti ta’ ħlas lura prinċipali lil obbliganti f’diffikultà finanzjarja, l - iskopertura tal - għoti ta’ self tista’ turi karatteristiċi ta’ riskju ta’ kreditu baxx anki jekk fil - verità l- obbligant jista’ jkompli jesperjenza diffikultà finanzjarja mingħajr prospetti realistiċi li jagħmel ħlas lura skedat matul it - terminu li fadal tal - iskopertura. Skont il - paragrafu B5.5.27 tal-IFRS 9 “l - evidenza li l - kriterji għar - rikonoxximent tal - ECL tul il - ħajja ma jintlaħqux aktar tista' tinkludi storja tal - prestazzjoni ta' pagamenti aġġornati u f'waqthom kontra t - termini kuntrattwali modifikati. Normalment, klijent irid juri mġiba tajba b’mod konsistenti ta' ħlas fuq perjodu ta' żmien qabel ma r - riskju ta' kreditu jitqies li naqas. Pereżempju, storja ta' ħlasijiet maqbuża jew inkompleti ġeneralment ma titħassarx billi sempliċiment isir ħlas wieħed fil - ħin wara modifika tat - termini kuntrattwali”. 4.3.3 Użu ta’ espedjenti prattiċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|