+141. Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - …
|
141. Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - …
Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - provvedimenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu qed issegwi l - politiki u l - prattiki konsistenti mal - prinċipji tal - kejl tal - ECL deskritti f’dawn il -linji gwida, inklużi, iżda mhux limitati għal, dawn li ġejjin: - a. il- proċeduri użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex tkejjel l - ECL ikunu robusti u f’waqthom u jqisu kriterji bħal valutazzjonijiet aġġornati ta’ mitiganti tar - riskju tal - kreditu (u, b’mod partikolari, kollateral, ir- riskju residwu wara li jitqiesu l - mitiganti, il - korrelazzjoni ta’ dak ir - riskju mal - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarji u l - impatt potenzjali f’termini tal - effettività tal - protezzjoni), stimi tal - flussi ta’ flus ibbażati fuq valutazzjonijiet ta’ fatturi speċifiċi għall - mutwatarji u kundizzjonijiet makroekonomiċi attwali u futuri, flimkien ma’ informazzjoni oħra li tħares ‘il quddiem li taffettwa l - kapaċità tal - ġbir mistennija tal - iskopertura tal - għoti ta’ self tal- istituzzjoni ta’ kreditu;
- b. il- qafas u l- metodoloġija għall - istabbiliment ta’ provvedimenti, jekk jiġux determinati kollettivament jew individwalment, ikunu robusti;
- c. il- provvedimenti aggregati fuq skoperturi ta’ għoti ta’ self ikunu xierqa skont ir - rekwiżiti kontabilistiċi xierqa u fir -rigward tal- iskopertura tar - riskju tal - kreditu fil - portafoll tal - istituzzjoni ta’ kreditu;
- d. l- impossibbiltà tal - ġbir tiġi rikonoxxuta fil - perjodu xieraq permezz ta’ provvedimenti jew tħassir; u
- e. irrispettivament mill - metodu li jintuża biex jiġi ddeterminat l - ECL, i l- proċessi interni tal - istituzzjoni ta’ kreditu għall - kejl tal - ECL iqisu r - riskju tal - kreditu li l - istituzzjoni ta’ kreditu ħadet u l - bidliet fir - riskju tal - kreditu tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self tal - istituzzjoni ta’ kreditu.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|