+4.4 Valutazzjoni superviżorja tal -prattiki tar- riskju tal -k reditu, li jkopru telf ta’ kreditu mistenni u adegwatezza tal -kapital
---+139. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu …
---+140. Biex jagħmlu dawn il - valutazzjonijiet, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu l - …
---+141. Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - …
---+142. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiskrutinizzaw l - użu ta’ espedjenti prattiċi msemmija …
---+143. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw ix - xogħol li sar minn awdituri interni u esterni …
---+144. Fil- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - livell ta’ provvedimenti għal skoperturi ta’ għoti …
---+145. Fit- twettiq tal - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …
---+146. Fil- valutazzjoni tal - adegwatezza tal -kapital, l- awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+147. Fejn l - awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet meta jivvalutaw il -prattiki tar- …
---+148. B’mod partikolari, sal - punt fejn in - nuqqasijiet tal - valutazzjoni tar - riskju tal - …

4.4 Valutazzjoni superviżorja tal -prattiki tar- riskju tal -k reditu, li jkopru telf ta’ kreditu mistenni u adegwatezza tal -kapital

4.4.1 Prinċipju 1 — Valutazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju tal-kreditu

L- awtoritajiet kompetenti perjodikament għandhom jivvalutaw l - effettività tal -prattiki tar- riskju tal- kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
139. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu adottaw u aderixxew għall - prattiki sodi tar - riskju tal - kreditu deskritti f'dawn il -linji gwida. Il-valutazzjoni tal - awtoritajiet kompetenti għandha tinkludi, iżda ma tkunx limitata għal, jekk:

  • a. il- funzjoni tar - reviżjoni tar - riskju tal - kreditu interna tal - istituzzjoni ta’ kreditu hix robusta u tinkludix l - iskoperturi tal - għoti ta’ self kollha;
  • b. il- kwalità tal - proċessi u s - sistemi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għall - identifikazzjoni, il - klassifikazzjoni, il - monitoraġġ u l - indirizzar ta’ bidliet fir - riskju tal - kreditu għall - iskoperturi tal - għoti ta’ self kollha f’manjiera f'waqtha hix adegwata, u l - ġudizzju tal - kreditu għaqli tal - maniġment jikkunsidrax il - kundizzjonijiet attwali u informazzjoni li tħares ‘il quddiem, inklużi fatturi makroekonomiċi, u jekk hix dokumentata sew;
  • c. il- proċessi tal - istituzzjoni tal - kreditu jirriflettux l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni ta’ kreditu b’mod li jiżgura li l - iskoperturi tal - għoti ta’ self li fuqhom żdied ir - riskju tal - kreditu mill - oriġini jew mix - xiri għal livell li jaqbeż l - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni tal - kreditu jiġu identifikati fil - pront u mmonitorjati kif xieraq, u l - istimi tal - provvediment tal - ECL jirriflettu b’mod xieraq iż - żidiet fir - riskju tal - kreditu ta’ dawn l - iskoperturi kif jiġu identifikati żidiet. Fejn istituzzjoni ta’ kreditu toriġina jew tixtri skopertura ta’ għoti ta’ self li fuqha r - riskju tal - kreditu fl - akkwist jaqbeż l -aptit tar- riskju tal - istituzzjoni u li għalhekk jirrappreżenta eċċezzjoni għall - politiki u għall - istandards tas - self tal - istituzzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l - istituzzjoni stabbilietx u taderixxix għal proċessi u kontrolli xierqa għal: l - identifikazjoni, i r-reviżjoni, l - approvazzjoni u d - dokumentazzjoni inizjali ta’ dawn l - iskoperturi; ir - rappurtar ta’ dawn l- eċċezzjonijiet tal - politika lill - maniġment superjuri u, għal skoperturi sinifikanti individwalment, lill - korp maniġerjali; u l - monitoraġġ xieraq ta’ d awn l- iskoperturi wara r - rikonoxximent inizjali. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il - proċessi u l- kontrolli tal - istituzzjoni ta’ kreditu jidentifikawx b’mod separat l - istimi tal - provvediment tal - ECL relatati mal - iskoperturi konsistenti mal - aptit għar - riskju tal - istituzzjoni tal - kreditu u dawk relatati ma’ skoperturi ta’ għoti ta’ self b’riskju akbar;
  • d. informazzjoni xierqa dwar ir - riskju tal - kreditu ta’ skoperturi ta’ għoti ta’ self, bidliet fir - riskju tal- kreditu, il - provvediment tal - ECL relatat u bidliet fl - istimi tal - provvediment jingħatawx lill - korp maniġerjali u lill - maniġment superjuri tal - istituzzjoni ta’ kreditu fuq bażi regolari (pereżempju, kull kwart ta’ sena jew, jekk mixtieq, fuq bażi iktar frekwenti);
  • e. previżjonijiet inklużi fil - valutazzjonijiet u fil - kejl tar - riskju tal - kreditu ma jkunux biss raġjonevoli u li jistgħu jiġu sostnuti, iżda jkunux konsistenti wkoll ma’ previżjonijiet użati għal skopijiet oħra mill - istituzzjoni ta’ kreditu, li kollha jsiru disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti; u
  • f. il- politiki u l - proċeduri tal - istituzzjoni ta’ kreditu għall - validazzjoni tal - preċiżjoni u l - konsistenza tal - mudelli tal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu interni jkunux robusti.
140. Biex jagħmlu dawn il - valutazzjonijiet, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu l - …

Biex jagħmlu dawn il - valutazzjonijiet, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jipprovdu informazzjonali supplimentali, mhux pubblikament żvelata, permezz ta’ rappurtar superviżorju regolari, rappurtar ad hoc jew eżaminazzjonijiet fuq il - post. L - awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw ukoll dawn l - approċċi biex jiksbu informazzjoni supplimentali meta jwettqu l - valutazzjonijiet imsejħa fil - prinċipji t’hawn taħt.

4.4.2 Prinċipju 2 — valutazzjoni tal-kejl tal-ECL

L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jiġu ddeterminati l - provvedimenti kontabilistiċi jwasslu għal kejl xieraq tal - ECL skont il - qafas kontabilistiku applikabbli.

141. Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - …

Fil- valutazzjoni tal - metodi użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex jagħtu stima tal - provvedimenti, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l - istituzzjoni ta’ kreditu qed issegwi l - politiki u l - prattiki konsistenti mal - prinċipji tal - kejl tal - ECL deskritti f’dawn il -linji gwida, inklużi, iżda mhux limitati għal, dawn li ġejjin:

  • a. il- proċeduri użati minn istituzzjoni ta’ kreditu biex tkejjel l - ECL ikunu robusti u f’waqthom u jqisu kriterji bħal valutazzjonijiet aġġornati ta’ mitiganti tar - riskju tal - kreditu (u, b’mod partikolari, kollateral, ir- riskju residwu wara li jitqiesu l - mitiganti, il - korrelazzjoni ta’ dak ir - riskju mal - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarji u l - impatt potenzjali f’termini tal - effettività tal - protezzjoni), stimi tal - flussi ta’ flus ibbażati fuq valutazzjonijiet ta’ fatturi speċifiċi għall - mutwatarji u kundizzjonijiet makroekonomiċi attwali u futuri, flimkien ma’ informazzjoni oħra li tħares ‘il quddiem li taffettwa l - kapaċità tal - ġbir mistennija tal - iskopertura tal - għoti ta’ self tal- istituzzjoni ta’ kreditu;
  • b. il- qafas u l- metodoloġija għall - istabbiliment ta’ provvedimenti, jekk jiġux determinati kollettivament jew individwalment, ikunu robusti;
  • c. il- provvedimenti aggregati fuq skoperturi ta’ għoti ta’ self ikunu xierqa skont ir - rekwiżiti kontabilistiċi xierqa u fir -rigward tal- iskopertura tar - riskju tal - kreditu fil - portafoll tal - istituzzjoni ta’ kreditu;
  • d. l- impossibbiltà tal - ġbir tiġi rikonoxxuta fil - perjodu xieraq permezz ta’ provvedimenti jew tħassir; u
  • e. irrispettivament mill - metodu li jintuża biex jiġi ddeterminat l - ECL, i l- proċessi interni tal - istituzzjoni ta’ kreditu għall - kejl tal - ECL iqisu r - riskju tal - kreditu li l - istituzzjoni ta’ kreditu ħadet u l - bidliet fir - riskju tal - kreditu tal - iskoperturi tal - għoti ta’ self tal - istituzzjoni ta’ kreditu.
142. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiskrutinizzaw l - użu ta’ espedjenti prattiċi msemmija …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiskrutinizzaw l - użu ta’ espedjenti prattiċi msemmija fit - taqsima 4.3 biex tiġi ddeterminata l - adegwatezza tal - kejl tal - ECL.

143. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw ix - xogħol li sar minn awdituri interni u esterni …

L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw ix - xogħol li sar minn awdituri interni u esterni fir - reviżjoni tal - funzjonijiet ta l- valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu u tal - kejl tal - ECL ta’ istituzzjoni ta’ kreditu19 .

4.4.3 Prinċipju 3 — Valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital

L- awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jikkunsidraw il -prattiki tar- riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu meta jivvalutaw l - adegwatezza ġenerali tal - kapital ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.


19 Linji Gwida tal-EBA dwar il- Governanza Interna (GL44) u Linji Gwida tal -EBA dwar il- komunikazzjoni bejn l - awtoritajiet kompetenti u l - awdituri statutorji (EBA/GL/2016/05)

144. Fil- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - livell ta’ provvedimenti għal skoperturi ta’ għoti …

Fil- valutazzjoni tal - adegwatezza tal - livell ta’ provvedimenti għal skoperturi ta’ għoti ta’ self bħala element ta’ adegwatezza ġenerali tal - kapital ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom iħarsu lejn il -prattiki tar- riskju tal - kreditu tagħhom u jqisu li l - proċessi, il- metodoloġija u s - suppożizzjonijiet sottostanti tal - ECL relatati tal - istituzzjoni ta’ kreditu jeħtieġu l - eżerċizzju ta’ livell sostanzjali ta’ ġudizzju tal - kreditu għaqli.

145. Fit- twettiq tal - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw …

Fit- twettiq tal - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk istituzzjoni ta’ kreditu:

  • a. żammitx sistemi u kontrolli effettivi għall - identifikazzjoni, il - kejl, il - monitoraġġ u l - kontroll tal - livell tar - riskju tal - kreditu, żidiet sinifikanti fir - riskju tal - kreditu u problemi tal - kwalità tal - assi b’mod xieraq;
  • b. analizzatx il - fatturi rilevanti kollha li jaffettwaw ir - riskju tal - kreditu u l - kapaċità tal - ġbir tal - portafoll; u
  • c. stabbilietx proċess tal - istima tal - provvedimenti aċċettabbli li, bħala minimu, jissodisfa l - prinċipji stabbiliti f'dawn il - linji gwida, inklużi r - rekwiżiti kontabilistiċi rilevanti.
146. Fil- valutazzjoni tal - adegwatezza tal -kapital, l- awtoritajiet kompetenti għandhom …

Fil- valutazzjoni tal - adegwatezza tal -kapital, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif il - politiki u l - prattiki kontabilistiċi u tal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jaffettwaw il - kejl tal - assi u tal - qligħ tal - istituzzjoni tal - kreditu u, għalhekk, il - pożizzjoni kapitali tagħha.

147. Fejn l - awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet meta jivvalutaw il -prattiki tar- …

Fejn l - awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet meta jivvalutaw il -prattiki tar- riskju tal- kreditu ta’ istituzzjoni ta kreditu, huma għandhom jikkunsidraw kif dawn in - nuqqasijiet jaffettwaw il - livell ta’ provveddimenti rrappurtat u, jekk l - ammont aggregat ta’ provvedime nti ma jkunx xieraq skont il - qafas kontabilistiku applikabbli, l - awtorità kompetenti għandha tiddiskuti dan mal - maniġment superjuri u mal - korp maniġerjali tal - istituzzjonijiet tal - kreditu u tiegħu azzjoni superviżorja ulterjuri meta jkun meħtieġ.

148. B’mod partikolari, sal - punt fejn in - nuqqasijiet tal - valutazzjoni tar - riskju tal - …

B’mod partikolari, sal - punt fejn in - nuqqasijiet tal - valutazzjoni tar - riskju tal - kreditu jew tal - kejl tal - ECL ikunu sinifikanti jew ma jiġux rimedjati fuq bażi f’waqtha, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jimponux rekwiżiti addizzjonali tal - fondi proprji skont l - Artikolu 104 taħt it - Taqsima III, Kapitolu 2, Titolu VII tad- Direttiva 2013/36/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/