+172. Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li …
|
172. Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li …
Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li ġejjin: - (a) numru speċifiku ta’ jiem wara d-data tal-inadempjenza; din l-għażla tkun xierqa b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal protafoll ta’ skoperturi li juri mudell ta’ rkupru stabbli matul iż-żmien;
- (b) data rilevanti assoċjata ma’ avveniment speċifiku li fih jiġu osservati interruzzjonijiet sinifikanti fil-profil ta’ rkupru; din l-għażla tkun proporzjonata b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal portafoll ta’ skoperturi li jkun soġġett għal bidliet sinifikanti tal-mudelli ta’ rkupru assoċjati ma’ ċerti avvenimenti speċifiċi, pereżempju fid-data ta’ realizzazzjoni tal-kollateral;
- (c) kwalunkwe taħlita tal-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) li tirrifletti aħjar il-mudelli ta’ rkupru; din l-għażla tkun xierqa b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal portafoll ta’ skoperturi li juri mudell ta’ rkupru stabbli matul iż-żmien iżda li għalih jiġu osservati interruzzjonijiet f’dawn il-mudelli ta’ rkupru f’ċerti avvenimenti speċifiċi, pereżempju fil-ġbir, u fejn id-dati ta’ referenza wara li jiġu wara dawk l-avvenimenti jiġu definiti bħala għadd ta’ jiem speċifiċi wara l-avveniment ta’ rkupru, minflok wara d-data tal-inadempjenza;
- (d) fejn ikun xieraq, id-data ta’ referenza jista’ jkollha kwalunkwe valur bejn żero u n-numru ta’ ġranet sat-tmiem tal-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru stabbilit mill-istituzzjoni għat-tip ta’ skoperturi inkwistjoni.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|