+7.1 General requirements specific to EL BE and LGD in-default estimation
---+165. L-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu …
---+166. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza għal kull grad …
---+167. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor …
---+168. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti kollha ta’ wara …
---+169. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw u jiġġustifikaw b’mod xieraq is-sitwazzjonijiet fejn …
---+170. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu ttestjar retrospettiv u analiżi komparattiva tal-istimi …
---+171. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet …
---+172. Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li …
---+173. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li jintużaw l-istess skoperturi …
---+174. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-bidliet potenzjali …
---+175. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw …

7.1 General requirements specific to EL BE and LGD in-default estimation

7.1.1 Estimation methodologies for EL BE and LGD in-default

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
165. L-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu …

L-istituzzjonijiet li kisbu l-permess li jużaw l-istimi proprji tal-LGD skont l-Artikolu 143(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jassenjaw stima tal-EL BE u stima tal-LGD fl-inadempjenza għal kull skopertura mhux inadempjenti fil-medda ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-klassifikazzjoni soġġetta għal dan il-permess.

166. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza għal kull grad …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħtu stima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza għal kull grad ta’ faċilità tal-iskala distinta ta’ klassifikazzjoni tal-faċilitajiet jew għal kul aggregazzjoni li tintuża fis-sistema tal-klassifikazzjoni.

167. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor …

Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan il-Kapitolu, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw l-istess metodi ta’ stima li jintużaw sabiex jiġi stmat l-LGD fuq skoperturi mhux inadempjenti, kif stipulat fil-Kapitolu 6.

168. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti kollha ta’ wara …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti kollha ta’ wara l-inadempjenza fl-istimi tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza fi żmien xieraq, b’mod partikolari fejn avvenimenti mill-proċess ta’ rkupru jinvalidaw l-aspettattivi ta’ rkupru li huma bbażati fuq l-aktar stimi riċenti.

169. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw u jiġġustifikaw b’mod xieraq is-sitwazzjonijiet fejn …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jivvalutaw u jiġġustifikaw b’mod xieraq is-sitwazzjonijiet fejn l-istimi tal-LGD fl-inadempjenza, ftit wara d-data tal-inadempjenza, jiddevjaw b’mod sistematiku mill-istimi tal-LGD eżatt qabel id-data tal-inadempjenza fil-grad tal-faċilità jew fl-aggregazzjoni, fejn dawn id-devjazzjonijiet ma jiġux mill-użu ta’ motivaturi tar-riskju li jkunu applikabbli biss mid-data tal-inadempjenza ’l quddiem.

170. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu ttestjar retrospettiv u analiżi komparattiva tal-istimi …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet iwettqu ttestjar retrospettiv u analiżi komparattiva tal-istimi tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza, skont il-punti (b) u (c) rispettivament, tal-Artikolu 185 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

7.1.2 Dati ta’ referenza

171. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet …

Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jistabbilixxu d-dati ta’ referenza li jintużaw biex jaggruppaw skoperturi inadempjenti skont il-mudelli ta’ rkupru osservati. Jenħtieġ li dawn id-dati ta’ referenza jintużaw fl-istima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza minflok fid-data tal-inadempjenza. Sabiex jistabbilixxu d-dati ta’ referenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw biss l-informazzjoni dwar il-proċessi ta’ rkupru magħluqin filwaqt li jikkunsidraw l-ispejjeż u l-irkupri biss jekk ikunu osservati sad-data tal-istima.

172. Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li …

Kull data ta’ referenza li tissemma’ fil-paragrafu 171 tista’ tkun kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

  • (a) numru speċifiku ta’ jiem wara d-data tal-inadempjenza; din l-għażla tkun xierqa b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal protafoll ta’ skoperturi li juri mudell ta’ rkupru stabbli matul iż-żmien;
  • (b) data rilevanti assoċjata ma’ avveniment speċifiku li fih jiġu osservati interruzzjonijiet sinifikanti fil-profil ta’ rkupru; din l-għażla tkun proporzjonata b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal portafoll ta’ skoperturi li jkun soġġett għal bidliet sinifikanti tal-mudelli ta’ rkupru assoċjati ma’ ċerti avvenimenti speċifiċi, pereżempju fid-data ta’ realizzazzjoni tal-kollateral;
  • (c) kwalunkwe taħlita tal-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) li tirrifletti aħjar il-mudelli ta’ rkupru; din l-għażla tkun xierqa b’mod partikolari fejn l-istima tirreferi għal portafoll ta’ skoperturi li juri mudell ta’ rkupru stabbli matul iż-żmien iżda li għalih jiġu osservati interruzzjonijiet f’dawn il-mudelli ta’ rkupru f’ċerti avvenimenti speċifiċi, pereżempju fil-ġbir, u fejn id-dati ta’ referenza wara li jiġu wara dawk l-avvenimenti jiġu definiti bħala għadd ta’ jiem speċifiċi wara l-avveniment ta’ rkupru, minflok wara d-data tal-inadempjenza;
  • (d) fejn ikun xieraq, id-data ta’ referenza jista’ jkollha kwalunkwe valur bejn żero u n-numru ta’ ġranet sat-tmiem tal-perjodu massimu tal-proċess ta’ rkupru stabbilit mill-istituzzjoni għat-tip ta’ skoperturi inkwistjoni.
173. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li jintużaw l-istess skoperturi …

Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li jintużaw l-istess skoperturi inadempjenti fl-RDS fid-dati ta’ referenza rilevanti kollha kkunsidrati fil-mudell.

174. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-bidliet potenzjali …

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jimmonitorjaw fuq bażi regolari l-bidliet potenzjali fil-mudelli ta’ rkupru u fil-politiki ta’ rkupru rilevanti li jistgħu jaffettwaw l-istima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza f’kull data ta’ referenza.

7.1.3 Rekwiżiti tad-data għall-istima tal-EL BE u tal-LGD fl-inadempjenza

175. Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw …

Sabiex jiġu stmati l-EL BE u l-LGD fl-inadempjenza, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jużaw l-istess RDS imsemmi fit-taqsima 6.1.2, ikkomplementat bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti osservata matul il-proċess ta’ rkupru u f’kull data ta’ referenza, speċifikata skont il-paragrafi 171 sa 174 u, b’mod partikolari, mill-inqas l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

  • (a) il-fatturi rilevanti kollha li jistgħu jintużaw biex jiġu raggruppati skoperturi inadempjenti, u l-motivaturi rilevanti kollha tat-telf, inklużi dawk li jistgħu jsiru rilevanti wara d-data tal-inadempjenza u f’kull data ta’ referenza;
  • (b) l-ammont pendenti f’kull data ta’ referenza;
  • (c) il-valuri ta’ kwalunkwe kollateral assoċjat mal-obbligi tal-kreditu inadempjenti u d-dati ta’ valutazzjoni tagħhom wara d-data tal-inadempjenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/