+107. L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …

107. L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - …

L- istituzzjonijiet għandhom ikollhom stabbiliti politiki li jirregolaw l - issettjar u l - valutazzjoni regolari tas - suppożizzjonijiet ewlenin għat - trattament ta’ entrati li jidhru u li ma jidhrux fil - karta tal- bilanċ li jkollhom opzjonijiet inkorporati fil - qafas tagħhom tar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal-imgħax. Dan ifisser li l - istituzzjonijiet għandhom:

  • (a) jidentifikaw il - prodotti u l - elementi materjali kollha soġġetti għal opzjonijiet inkorporati li jistgħu jaffettwaw jew ir -rata tal- imgħax iddebitata jew inkella d -data tal- ipprezzar mill - ġdid komportamentali (minflok id -data tal- maturità kuntrattwali) tal - bilanċi rilevanti;
  • (b) ikollhom strateġiji xierqa ta’ pprezzar u ta’ mitigazzjoni tar - riskji (eż. l - użu ta’ derivattivi) sabiex jiġġestixxu l - impatt tal - opzjonalità fi ħdan il - predispożizzjoni għar - riskju, li jistgħu jinkludu penali għat - tifdija bikrija li jiġu ddebitati lill - klijent bħala tpaċija għall - ispejjeż ta’ terminazzjoni potenzjali (fejn ikun permess);
  • (c) jiżguraw li l - immudellar ta’ suppożizzjonijiet ewlenin dwar l - imġiba jkun ġustifikabbli b’relazzjoni mad - data storika ta’ bażi, u bbażat fuq ipoteżi prudenti;
  • (d) ikunu kapaċi juru li għandhom immudellar preċiż (ittestjat b’mod retrospettiv mal - esperjenza);
  • (e) iżommu dokumentazzjoni xierqa dwar is - suppożizzjonijiet fil - politiki u l - proċeduri tagħhom, u j kollhom proċess biex iżommuhom taħt rieżami;
  • (f) jifhmu s - sensittività tal - outputs tal - kejl tar - riskju tal - istituzzjoni għal dawn is - suppożizzjonijiet, inkluż li jwettqu ttestjar tal - istress tas - suppożizzjonijiet u li jieħdu inkunsiderazzjoni r - riżultati ta’ d awn it- testijiet fid - deċiżjonijiet dwar l - allokazzjoni tal - kapital intern; u
  • (g) iwettqu validazzjoni interna regolari ta’ dawn is - suppożizzjonijiet biex jivverifikaw l - istabbiltà tagħhom maż - żmien u jaġġustawhom jekk ikun meħtieġ.
  • b) Suppożizzjonijiet dwar l - imġiba għal kontijiet tal - klijenti mingħajr dati speċifiċi għall - ipprezzar mill - ġdid

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/