+82. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tagħhom jivvalutaw bidliet asso luti u …
|
82. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tagħhom jivvalutaw bidliet asso luti u …
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tagħhom jivvalutaw bidliet asso luti u relattivi fil- fatturi ta’ riskju. F’xenarju assolut, il - grad ta’ severità għandu jkun bidla diretta tal -fattur ta’ riskju u ma jiddependix mil - livell attwali. F'xenarju relattiv, il - grad ta’ severità għandu jiddependi mil-livell u mis-sitwazzjoni ek onomika attwali (eż. it -tkabbir tal- PDG jonqos bi 2 %, jiġifieri bidla relattiva fil - livell assolut). Pereżempju, bidla relattiva negattiva ta’ 2 % fil-PDG minn punt ta’ tluq b’marġni sostanzjali pożittiva tal -potenzjal tal- produzzjoni (jiġifieri l -PDG attwali huwa sostanzjalment ogħla mill - PDG strutturali) mhux neċessarjament twassal għal effett ta’ stress sever fuq il -PDG f’termini assoluti/ta’ livell. Bl- istess mod, aktar ma tkun ħażina s - sitwazzjoni ekonomika attwali mill-bidu aktar se jkun sever l-istr ess ta’ xenarju relattiv. L - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - għażla tax - xenarju tagħhom hija severa biżżejjed kemm f’termini relattivi kif ukoll assoluti. Kemm l - għażla kif ukoll l - impatt tagħha fuq il -grad ta’ severità għandhom ikunu ġustifikati u dokumentati.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|