+4.6 Tipi ta’ ttestjar tal-istress
---+59. Id- disinn speċifiku, il -kumplessità u l-livell ta’ dettall tal- metodoloġiji tat -test …
---+60. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - istadju fiċ - ċiklu ekonomiku meta jfasslu metodoloġiji …
---+61. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw mekkaniżmi xierqa, sinifikanti u robusti għat - …
---+62. Ir-rabta bejn il-fatturi tar- riskju taħt stress u l -parametri tar- riskju mhux biss għandha …
---+63. Minħabba l -kumplessità involuta fl- immudellar ta’ fatturi/xenarji tar - riskju bbażati fuq il …
---+64. In- nuqqasijiet tal -mudelli u tal- mekkaniżmi li jorbtu l -fatturi ta’ riskju mat-telf jew ma’ …
---+65. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw interazzjonijiet mhux lineari possibbli bejn il …
---+66. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu analiżijiet tas -sensittività fil-livell tal-iskoperturi …
---+67. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw fatturi ta’ riskju rilevanti f’diversi livelli ta’ …
---+68. L- istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l -fatturi ta’ riskju identifikati permezz ta’ gradi …
---+69. Fejn ikun hemm inċertezzi dwar ir -robustezza tad-dipendenza stmata bejn il-fatturi tar-riskju …
---+70. L- analiżijiet ta’ fatturi tar - riskju waħdieni għandhom ikunu ssupplimentati b’analiżijiet …
---+71. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu lista ta’ fatturi ta’ riskju identifikati. 4.6.3 L- analiżi …
---+72. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - analiżijiet tax - xenarju jkunu parti essenzjali …
---+73. Id- disinn tax - xenarji tat -test tal- istress m’għandux ikun ibbażat biss fuq avvenimenti …
---+74. Għandha titqies firxa ta’ xenarji li jinkludu avvenimenti u gradi ta’ severità differenti meta …
---+75. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tat -test tal- istress tagħhom jissodisfaw …
---+76. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il - medda ta’ żmien tal -ittestjar tal-istress …
---+77. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li: a) it-testijiet tal-istress iqisu b’mod espliċitu …
---+78. L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu valutazzjonijiet kwalitattivi ta’ effetti indiretti j ew …
---+79. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -ittestjar tal- istress huwa bbażat fuq xenarji …
---+80. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - diversi gradi ta’ severità jitqiesu kemm għall - …
---+81. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li s - severità tkun stabbilita wara li jkunu tqiesu l - …
---+82. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tagħhom jivvalutaw bidliet asso luti u …
---+83. Biex jivvalutaw il - grad xieraq ta’ severità tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+84. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet għal stress bl - invers adegwati bħala parti …
---+85. L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu xenarji identifikati permezz tal - ittestjar għal stress …
---+86. Fit- twettiq tat - testijiet għal stress bl - invers tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+87. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers bħala għodda regolari …
---+88. B ħala parti mill -ippjanar tan-negozju u l- ġestjoni tar -riskju, l- istituzzjonijiet għandhom …
---+89. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl -invers fl-ippjanar u fit- …
---+90. Fejn l- ittestjar għal stress bl -invers jiżvela li r -riskju ta’ istituzzjoni li jfalli l- …
---+91. Istituzzjonijiet b’mudelli ta' negozju partikolari, eż. id -ditti tal-investime nt, għandhom …
---+92. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni għar -riskju tal- kreditu, għar - riskju ta' …
---+93. L-istituzzjonij iet għandhom iwettqu analiżijiet kwalitattivi meta jiżviluppaw narrattiva …
---+94. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu analiżijiet kwantitattivi u oħrajn aktar sofistikati, waqt …
---+95. Fejn ikun xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżijiet tas - sensittività bħala punt …
---+96. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers bħala għodda sabiex …
---+97. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ kriżi makroekonomika u finanzjarja severa …
---+98. Minħabba l - objettivi differenti taż - żewġ settijiet ta’ testijiet għal stress bl-invers …
---+99. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers sabiex jgħinu bl - …
---+100. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers sabiex jidentifikaw …
---+101. L- ittestjar għal stress bl - invers għandu jikkontribwixxi għax - xenarji tal - pjan ta' …
|
4.6 Tipi ta’ ttestjar tal-istress
4.6.1 Rekwiżiti ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
59. Id- disinn speċifiku, il -kumplessità u l-livell ta’ dettall tal- metodoloġiji tat -test …
|
Id- disinn speċifiku, il -kumplessità u l-livell ta’ dettall tal- metodoloġiji tat -test tal-istress għandhom ikunu xierqa għan -natura, l-iskala u d- daqs tal - istituzzjoni kif ukoll għall -kumplessità u għar -riskju tal- attivitajiet kummerċjali tagħha. Għandu jikkunsidra l - istrateġija u l - mudell ta' negozju kif ukoll il- karatteristiċi tal -portafoll tal-istituzzjoni.
|
|
60. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - istadju fiċ - ċiklu ekonomiku meta jfasslu metodoloġiji …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - istadju fiċ - ċiklu ekonomiku meta jfasslu metodoloġiji ta’ ttestjar tal- istress, inkluż ix - xenarju u l - ħtieġa għal azzjonijiet ta’ ġestjoni possibbli.
|
|
61. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw mekkaniżmi xierqa, sinifikanti u robusti għat - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw mekkaniżmi xierqa, sinifikanti u robusti għat - traduzzjoni ta’ fatturi ta’ riskju f’parametri rilevanti tar-riskju intern (probabilità tal-inadempjenza (PD), telf fil- każ ta’ inadempjenza (LGD), tħassir, telf impost ta’ valur ġust, eċċ.) li jagħtu lil istituzzjoni u lil grupp viżjoni tar -riskji.
|
|
62. Ir-rabta bejn il-fatturi tar- riskju taħt stress u l -parametri tar- riskju mhux biss għandha …
|
Ir-rabta bejn il-fatturi tar- riskju taħt stress u l -parametri tar- riskju mhux biss għandha tkun ibbażata fuq esperjenza u analiżi storiċi tal - istituzzjoni, iżda għandha tkun supplimentata wkoll, fejn disponibbli u xieraq, b ’punti ta’ referenza minn sorsi esterni u, fejn possibbli, minn gwida superviżorja.
|
|
63. Minħabba l -kumplessità involuta fl- immudellar ta’ fatturi/xenarji tar - riskju bbażati fuq il …
|
Minħabba l -kumplessità involuta fl- immudellar ta’ fatturi/xenarji tar - riskju bbażati fuq il - makroekonomija u l- ipoteżi, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji mir -riskju tal-mudell involut u jiżguraw li dan li ġej ikun sar meta jistabbilixxu dawk il - fatturi/xenarji: - a) ikun sar rieżami espert regolari u konservattiv biżżejjed tas- suppożizzjonijiet u l- mekkaniżmi tal-mudell u jkun ġie segwit approċċ ta’ mudellar konservattiv għar -riskju tal- mudell;
- b) ġ ie applikat grad suffiċjenti ta’ konservatiżmu kif xieraq meta saru suppożizzjonijiet li jkunu diffiċli jitkejlu b’mod kwantitattiv (eż. diversifikazzjoni, tkabbir esponenzjali pproġettat, tariffi previsti, fehmiet ta’ ġestjoni prospettivi) iżda li jista’ jkollhom impatt fuq ir- riżultati tal-mudell (eż. ir- riżultati tal-mudelli tad- dħul nett ta’ qabel il-provvediment għandhom ikunu bbażati fuq appoġġ statistiku suffiċjenti kif ukoll kunsiderazzjonijiet tan- negozju); u
- c) id-dipendenzi u s-sensitivitajiet tar- riżultati fuq is- suppożizzjonijiet ġew rikonoxxuti u l-impatt tagħhom huwa vvalutat fuq bażi regolari.
|
|
64. In- nuqqasijiet tal -mudelli u tal- mekkaniżmi li jorbtu l -fatturi ta’ riskju mat-telf jew ma’ …
|
In- nuqqasijiet tal -mudelli u tal- mekkaniżmi li jorbtu l -fatturi ta’ riskju mat-telf jew ma’ parametri miżjuda tar -r iskju għandhom jinftiehmu, jiġu kkomunikati b’mod ċar u meqjusa meta jiġu interpretati r - riżultati. Il - mudelli għandhom iqisu l -interazzjonijiet bejn is-solvenza u l-likwidità ta’ finanzjament u l- ispejjeż ta’ finanzjament sabiex ma jissottovalutawx l -impatt ta’ xokk b’mod sistematiku u sinifikanti. Fejn ikun possibbli, ir - riżultati għal approċċi ta’ mudellar differenti għandhom jitqabblu (eż. għall - mudelli ta’ dħul nett ta’ qabel il -provvediment, it-tqabbil bejn il - mudell użat u approċċi oħrajn possibbli u r- raġuni għar - rifjut tagħhom għandhom ikunu disponibbli). Dawn ir- rabtiet għandhom ikunu bbażati fuq mudelli ta’ statistika sodi. Madankollu, jekk id-disponibilità jew il-kwalità tad-data jew il- pawżi strutturali fid - data storika ma jippermettux stimi sinifikanti (eż. għall - mudelli ta’ dħul nett ta’ qabel il -provvediment, jenħtieġ li jkun hemm data storika li tkopri ċiklu ta’ rata ta’ mgħax u ċiklu ta’ negozju, kif ukoll informazzjoni dwar bidliet fl- istrateġija tan -negozju u l-istruttura tal-organizzazzjoni), l-analiżijiet kwantitattivi għandhom ikunu appoġġjati b’ġudizzji esperti kwalitattivi. Anki fejn il - proċess ta’ mmudellar sottostanti huwa robust, il - ġudizzju espert għandu jkollu rwol fl - ikkontestar tar- riżultati tal -mudell.
|
|
65. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw interazzjonijiet mhux lineari possibbli bejn il …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw interazzjonijiet mhux lineari possibbli bejn il -fatturi tar-riskju u parametri tar- riskju taħt stress. 4.6.2 Analiżi tas - sensittività
|
|
66. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu analiżijiet tas -sensittività fil-livell tal-iskoperturi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu analiżijiet tas -sensittività fil-livell tal-iskoperturi individwali, tal-portafolli jew tal-unitajiet tan-negozju, tal- istituzzjoni kollha, u għal tipi speċifiċi ta’ riskju, proporzjonati għall - kumplessità tagħhom. L - istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw f’liema livell ta’ aggregazzjoni l- analiżijiet tas - sensittività huma sinifikanti jew saħansitra fattibbli. L - użu ta’ ġudizzju espert għandu jkun iċċarat fid -dettall kull meta jkun applikabbli.
|
|
67. L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw fatturi ta’ riskju rilevanti f’diversi livelli ta’ …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw fatturi ta’ riskju rilevanti f’diversi livelli ta’ applikazzjoni ta’ rekwiżiti prudenzjali u fost portafolli, unitajiet ta’ negozju u postijiet ġeografiċi differenti. L - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li t - tipi ta’ riskju kollha rilevanti huma koperti, inklużi varjabbli makroekonomiċi u makrofinanzjarji, aspetti statistiċi ta’ parametri tar - riskju (bħa ll-volatilità tal- parametri PD) u fatturi idjosinkratiċi bħal riskji operazzjonali.
|
|
68. L- istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l -fatturi ta’ riskju identifikati permezz ta’ gradi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiddefinixxu l -fatturi ta’ riskju identifikati permezz ta’ gradi differenti ta’ severità bħala pass importanti fl - analiżi tagħhom sabiex jiżvela w nonlinearitajiet u effetti tal- limitu, jiġifieri, valuri kritiċi ta’ fatturi ta’ riskju li lil hinn minnhom ir -rispons tal-istress jaċċelera.
|
|
69. Fejn ikun hemm inċertezzi dwar ir -robustezza tad-dipendenza stmata bejn il-fatturi tar-riskju …
|
Fejn ikun hemm inċertezzi dwar ir -robustezza tad-dipendenza stmata bejn il-fatturi tar-riskju makroekonomiċi/mak rofinanzjarji u l-parametri tar- riskju jew ikun hemm ħtieġa biex jiġu vvalidati r- riżultati ta’ analiżijiet ta’ xenarji aktar komprensivi, l - istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l - analiżijiet tas - sensittività jitwettqu wkoll bit - tqegħid ta’ aspetti statistiċi tal -parametri tar-riskju tal- portafoll taħt stress skont id - distribuzzjonijiet storiċi ssupplimentati b’suppożizzjonijiet ipotetiċi (eż. fir -rigward tal-volatilitajiet futuri).
|
|
70. L- analiżijiet ta’ fatturi tar - riskju waħdieni għandhom ikunu ssupplimentati b’analiżijiet …
|
L- analiżijiet ta’ fatturi tar - riskju waħdieni għandhom ikunu ssupplimentati b’analiżijiet sempliċi ta’ fatturi ta’ diversi riskji, fejn wieħed jassumi okkorrenza kombinata, mingħajr ma neċessarjament jiġi definit xenarju.
|
|
71. L- istituzzjonijiet għandhom iżommu lista ta’ fatturi ta’ riskju identifikati. 4.6.3 L- analiżi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iżommu lista ta’ fatturi ta’ riskju identifikati. 4.6.3 L- analiżi tax - xenarji
|
|
72. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - analiżijiet tax - xenarju jkunu parti essenzjali …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - analiżijiet tax - xenarju jkunu parti essenzjali mill - programmi tal-ittestjar tal- istress tagħhom.
|
|
73. Id- disinn tax - xenarji tat -test tal- istress m’għandux ikun ibbażat biss fuq avvenimenti …
|
Id- disinn tax - xenarji tat -test tal- istress m’għandux ikun ibbażat biss fuq avvenimenti storiċi, iżda g ħandu jqis ukoll xenarji ipotetiċi bbażati fuq avvenimenti mhux storiċi. L -istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - disinni tax - xenarju jkunu prospettivi u jqisu bidliet sistematiċi u speċifiċi għall -istituzzjoni fil- preżent u fil - futur prevedibbli. Għal da k l- għan, l - istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jużaw data esterna minn ambjenti ta’ riskju simili rilevanti għall - istituzzjonijiet b’mudelli ta’ negozju simili. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw data li hija rilevanti u disponibbli. Id- data rilevanti tista’ tkun interna u/jew esterna u tinkorpora gwida ta’ referenza u superviżorja.
|
|
74. Għandha titqies firxa ta’ xenarji li jinkludu avvenimenti u gradi ta’ severità differenti meta …
|
Għandha titqies firxa ta’ xenarji li jinkludu avvenimenti u gradi ta’ severità differenti meta dawn ikunu sinifikanti u fattibbli.
|
|
75. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tat -test tal- istress tagħhom jissodisfaw …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tat -test tal- istress tagħhom jissodisfaw tal - inqas dawn ir- rekwiżiti li ġejjin: - a) jindirizzaw il-fatturi ta’ riskju ewlenin li l-istituzzjoni tista’ tkun esposta għalihom; f’dan ir-rigward, ir- riżultati miksuba minn analiżijiet ta’ fatturi ta’ riskju waħdieni, li għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni dwar is-sensittività lejn fatturi ta’ riskju waħdieni, għandhom jintużaw biex jidentifikaw xenarji li jinkludu stress ta’ sett ikkombinat ta’ fatturi ta’ riskju plawżibbli ħafna; l-ebda fattur ta’ riskju materjali m’għandu jitħalla mhux taħt stress jew mhux ikkunsidrat;
- b) jindirizzaw vulnerabbiltajiet ewlenin speċifiċi għall -istituzzjoni, li ġejjin mill- karatteristiċi reġjonali u settorjali ta’ istituzzjoni, kif ukoll l-iskoperturi speċifiċi tal-prodott jew tal-linja tan-negozju u l-politiki ta’ finanzjament tagħha: riskji ta’ konċentrazzjoni u ta’ korrelazzjoni, kemm fir-riskji kif ukoll bejn ir-riskji, għandhom jiġu identifikati a priori ;
- c) jinkludu narrattiva koerenti għax - xenarju, li tkopri l-fatturi ta’ riskju ewlenin kollha kif ukoll l- iżvilupp (prospettiv) tagħhom fuq il- bażi ta’ avvenimenti skattaturi multipli (jiġifieri politika monetarja, żviluppi fis-settur finanzjarju, prezzijiet tal-prodotti bażiċi, avvenimenti politiċi u diżastri naturali); l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li n-narrattiva tax - xenarju hija plawżibbli u mhux kontradittorja meta wieħed jassumi l-komoviment ta’ fatturi ta’ riskju u r-reazzjoni korrispondenti tal- parteċipanti fis- suq; u, fejn ċerti fatturi ta’ riskju huma esklużi min-narrattiva tax - xenarju, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li din l- esklużjoni hija kompletament ġustifikata u dokumentata;
- d) huma internament koerenti, sabiex ikun żgurat li l-fatturi ta’ riskju identifikati jġibu ruħhom b’mod konsistenti ma’ fatturi oħra ta’ riskju f’avveniment taħt stress u li fihom stimi u suppożizzjonijiet espliċiti dwar l-istruttura ta’ dipendenza fost il-fatturi prinċipali ta’ riskju sottostanti; huwa importanti li l-komovimenti fil-fatturi ta’ riskju li jistgħu jidhru kontradittorji għandhom ikunu esplorati sabiex jiġu identifikati sensittivitajiet ġodda;
- e) iqisu l-innovazzjoni u b’mod aktar speċifiku l- iżviluppi teknoloġiċi jew prodotti finanzjarji sofistikati mingħajr ma jinjoraw l-interazzjoni tagħhom ma’ prodotti aktar tradizzjonali; u
- f) jiżguraw li l-fatturi ta’ riskju taħt stress jiġu tradotti f’parametri tar-riskju internament konsistenti.
|
|
76. L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il - medda ta’ żmien tal -ittestjar tal-istress …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il - medda ta’ żmien tal -ittestjar tal-istress skont l-għan tal - eżerċizzju, il - karatteristiċi tal -portafoll tal- istituzzjoni bħall - maturità tiegħu u l -likwidità tal- pożizzjonijiet taħt stress, fejn applikabbli, kif u koll il-profil tar-riskju. L-ittestjar tal-istress tas-solvenza u l-ittestjar tal-istress tal- likwidità jeħtieġu meded ta’ żmien u xenarji differenti.
|
|
77. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li: a) it-testijiet tal-istress iqisu b’mod espliċitu …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li: - a) it-testijiet tal-istress iqisu b’mod espliċitu l-interdipendenzi dinamiċi, eż. fost reġjuni ekonomiċi u fost setturi ekonomiċi, inkluż is-settur finanzjarju;
- b) ix - xenarju globali jqis id-dinamika tas-sistema kollha, eż. l- għeluq ta’ ċerti swieq, u konċentrazzjonijiet ta’ riskju f’kategorija ta’ assi sħiħa (eż. self ipo tekarju); u
- c) id- dinamiċi ta’ feedback avvers, ikkawżati minn fatturi bħal interazzjonijiet fost ir- rekwiżiti ta’ valutazzjonijiet, telf u marġinazzjoni, huma koperti.
|
|
78. L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu valutazzjonijiet kwalitattivi ta’ effetti indiretti j ew …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu valutazzjonijiet kwalitattivi ta’ effetti indiretti j ew ta’ feedback tal-istress fil- livell individwali, fejn xieraq u b’mod partikolari jekk ma tista’ tiġi stabbilita l- ebda stima kwantitattiva. Pereżempju, istituzzjoni individwali tista’ toħloq xi aġġustamenti fil -prezz jew fil- volum sabiex tqis xi effetti strateġiċi (eż. il - livell ta’ strateġija ta’ self) u twieġeb b’mod endoġenu għax - xenarju. 4.6.4 Is - severità tax - xenarji
|
|
79. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -ittestjar tal- istress huwa bbażat fuq xenarji …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -ittestjar tal- istress huwa bbażat fuq xenarji severi iżda plawżibbli u l - grad ta’ severità għandu j irrifletti l- għan tat -test tal- istress. Għal dan il - għan, it - testijiet tal- istress għandhom ikunu: - a) sinifikanti f’termini ta’ indirizzar tar-riskji rilevanti għall -istituzzjoni bil- ħsieb li tiġi promossa l-istabbiltà tal-istituzzjoni f’kundizzjonijiet avversi u, fil- każ ta’ banek sistemikament importanti, anki s-sistema finanzjarja fil-punti kollha fiċ - ċiklu ekonomiku u ċ - ċaqliq fuq is-suq inklużi s- swieq ta’ finanzjament; u
- b) applikati b’mod konsistenti fl-istituzzjoni kollha, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-impatt ta’ xenarji identiċi mhux neċessarjament ikun sever għal -linji tan-negozju kollha.
|
|
80. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - diversi gradi ta’ severità jitqiesu kemm għall - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - diversi gradi ta’ severità jitqiesu kemm għall - analiżi tas - sensittività kif ukoll għall -ittestjar tal- istress tax - xenarju li jkopru mill- inqas tnaqqis ekonomiku serju wieħed għall -valutazzjoni tal- adegwatezza kapitali u għall - għanijiet tal -ippjanar tal-kapital.
|
|
81. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li s - severità tkun stabbilita wara li jkunu tqiesu l - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li s - severità tkun stabbilita wara li jkunu tqiesu l - vunerabbiltajiet speċifiċi ta’ kull istituzzjoni għal xenarju speċifiku abbażi tal -mudell ta’ negozju tagħha (eż. esposta għas - swieq internazzjonali). L - istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw ix - xenarji proprji tagħhom u m’għandhomx ikunu dipendenti minn xenarji mis - superviżuri. Meta tivvaluta s- severità ta’ xenarju, l - istituzzjoni għandha tkun konxja mid -dinamika tal-ambjenti tar-riskju u mill-esperjenzi ta’ istituzzjonijiet b’mudelli ta’ negozju simili.
|
|
82. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tagħhom jivvalutaw bidliet asso luti u …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li x - xenarji tagħhom jivvalutaw bidliet asso luti u relattivi fil- fatturi ta’ riskju. F’xenarju assolut, il - grad ta’ severità għandu jkun bidla diretta tal -fattur ta’ riskju u ma jiddependix mil - livell attwali. F'xenarju relattiv, il - grad ta’ severità għandu jiddependi mil-livell u mis-sitwazzjoni ek onomika attwali (eż. it -tkabbir tal- PDG jonqos bi 2 %, jiġifieri bidla relattiva fil - livell assolut). Pereżempju, bidla relattiva negattiva ta’ 2 % fil-PDG minn punt ta’ tluq b’marġni sostanzjali pożittiva tal -potenzjal tal- produzzjoni (jiġifieri l -PDG attwali huwa sostanzjalment ogħla mill - PDG strutturali) mhux neċessarjament twassal għal effett ta’ stress sever fuq il -PDG f’termini assoluti/ta’ livell. Bl- istess mod, aktar ma tkun ħażina s - sitwazzjoni ekonomika attwali mill-bidu aktar se jkun sever l-istr ess ta’ xenarju relattiv. L - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l - għażla tax - xenarju tagħhom hija severa biżżejjed kemm f’termini relattivi kif ukoll assoluti. Kemm l - għażla kif ukoll l - impatt tagħha fuq il -grad ta’ severità għandhom ikunu ġustifikati u dokumentati.
|
|
83. Biex jivvalutaw il - grad xieraq ta’ severità tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
Biex jivvalutaw il - grad xieraq ta’ severità tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom iqabbluhom ukoll max - xenarji msemmija fl - ittestjar għal stress bl - invers tagħhom, billi jikkunsidraw implikazzjonijiet speċifiċi tad -disinn tat- test għal stre ss bl- invers għall - plawżibbiltà tax - xenarju. 4.6.5 Ittestjar għal stress bl - invers Rekwiżiti
|
|
84. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet għal stress bl - invers adegwati bħala parti …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet għal stress bl - invers adegwati bħala parti mill - programm tal-ittestjar tal-istress, li jikkondividu l-istess governanza, infrastruttura effettiva u standards ta’ kwalità, u biex jikkumplimentaw tipi oħrajn ta’ ttestjar tal - istress, billi jqisu n - natura, id- daqs, l -iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tan-negozju u r- riskji tagħhom. Istituzzjonijiet żgħar u inqas kumplessi jistgħu jiffukaw aktar fuq l -aspetti kwalitattivi tal-ittestjar għal stress bl - invers filwaqt li tekniki ta’ ttestjar għal stress bl -invers aktar sofistikati huma meħtieġa minn istituzzjonijiet akbar u aktar kumplessi. L - ittestjar għal stress bl -invers għandu jkun definit b’mod ċar f’termini ta’ responsabbiltajiet u riżorsi allokati u għandu jkun appoġġjat minn infrastruttura li hija adatta u flessibbli u minn politiki u proċeduri bil -miktub. L-ittestjar għal stress bl - invers għandu jsir b’mod regolari minn kull tip ta’ istituzzjoni u fl-istess livell ta’ applikazzjoni tal- ICAAP u tal - ILAAP (eż. fl - istituzzjoni kollha u li jkopri t -tipi ta’ riskju rilevanti kollha).
|
|
85. L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu xenarji identifikati permezz tal - ittestjar għal stress …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jinkludu xenarji identifikati permezz tal - ittestjar għal stress b l-invers sabiex jikkumplimentaw il - firxa ta’ xenarji tat -test tal- istress li jagħmlu u, għal finijiet ta’ tqabbil, sabiex jivvalutaw is - severità globali, filwaqt li jidentifikaw xenarji severi iżda xorta waħda plawżibbli. L - ittestjar għal stress bl -invers għandu jkun utli għall -valutazzjoni tas- severità tax - xenarji għat -testijiet tal-istress tal- ICAAP u tal -ILAAP. Is- severità tax - xenarji tal - ittestjar għal stress bl- invers tista’ tkun ivvalutata wkoll billi tiġi mqabbla, fost l - oħrajn, ma’ xenarji storiċi j ew oħrajn superviżorji disponibbli pubblikament.
|
|
86. Fit- twettiq tat - testijiet għal stress bl - invers tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
Fit- twettiq tat - testijiet għal stress bl - invers tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll jekk il- falliment ta’ waħda jew aktar mill - kontropartijiet tagħhom jew tfixkil sinifikanti fis - suq li jirriżulta mill - falliment ta’ parteċipant ewlieni fis - suq (b’mod separat jew kombinat) jikkawżawx l - eżitu definit minn qabel. L- użu tal - ittestjar għal stress bl -invers
|
|
87. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers bħala għodda regolari …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers bħala għodda regolari għall - ġ estjoni tar- riskju sabiex itejbu l - għarfien tagħhom dwar il -vulnerabbiltajiet attwali u potenzjali, u jipprovdu valur miżjud lill - ġestjoni tar -riskju tal-istituzzjonijiet. Il- prinċipju tal -proporzjonalità japplika għall - aspetti kollha tal -u żu tal - ittestjar għal stress bl -invers. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw ukoll li r- riżultat iddefinit minn qabel tal - ittestjar għal stress bl -invers jista’ jkun prodott minn ċirkustanzi oħrajn barra ċ - ċirkustanza analizzata fit -test tal-istress.
|
|
88. B ħala parti mill -ippjanar tan-negozju u l- ġestjoni tar -riskju, l- istituzzjonijiet għandhom …
|
B ħala parti mill -ippjanar tan-negozju u l- ġestjoni tar -riskju, l- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers sabiex jifhmu l -vijabbiltà u s-sostenibbiltà tal-mudelli u l- istrateġiji tan- negozju tagħhom, kif ukoll biex jidentifikaw ċirkustanzi fejn jistgħu jkunu qed ifallu jew x’aktarx li jfallu fit -tifsira tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2014/59/UE. Huwa importanti li l - istituzzjonijiet jidentifikaw indikaturi li jipprovdu allert meta xenarju jinbidel f’realtà. Għal dan il- għan, l -istituz zjonijiet għandhom: - a) jidentifikaw l- eżitu definit minn qabel li jrid jiġi ttestjat (eż. ta’ mudell ta' negozju li mhux qed jibqa’ vijabbli);
- b) jidentifikaw ċirkustanzi avversi possibbli li jesponuhom għal vulnerabbiltajiet severi u jikkawżaw l- eżitu definit minn qabel;
- c) jivvalutaw (skont id- daqs tal-istituzzjoni, kif ukoll skont in-natura, l-iskala, il-kumplessità u r-riskju tal-attivitajiet tan-negozju tagħha) il-probabbiltà li l-avvenimenti inklużi fix - xenarji jwasslu għall - eżitu definit minn qabel; u
- d) jadottaw arranġamenti, proċessi, sistemi jew miżuri oħrajn effettivi sabiex jipprevjenu jew itaffu r-riskji u l-vulnerabbiltajiet identifikati.
|
|
89. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl -invers fl-ippjanar u fit- …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl -invers fl-ippjanar u fit- teħid tad - deċiżjonijiet u biex ji sfidaw il-mudelli u l- istrateġiji tan - negozju tagħhom sabiex jidentifikaw u janalizzaw x’jista’ jwassal biex il -mudelli tan- negozju ma jibqgħux vijabbli, bħall -valutazzjoni kemm tal- abilità li jiġġeneraw redditu fix - xhur ta’ wara kif ukoll tas -sostenibbiltà tal- istrateġija biex jiġġeneraw redditu fuq perjodu itwal ibbażat fuq pjanijiet strateġiċi u previżjonijiet finanzjarji. Huwa mistenni l -involviment tal- korp ta’ ġestjoni u tal - maniġment superjuri matul il- proċess.
|
|
90. Fejn l- ittestjar għal stress bl -invers jiżvela li r -riskju ta’ istituzzjoni li jfalli l- …
|
Fejn l- ittestjar għal stress bl -invers jiżvela li r -riskju ta’ istituzzjoni li jfalli l- mudell ta' negozju huwa inaċċettabbilment għoli u mhux konsistenti mal - aptit għar - riskju tagħha, l -istituzzjoni għandha tippjana miżuri sabiex tipprevjeni jew ittaffi tali riskju, billi tqis iż - żmien li l -istituzzjoni għandu jkollha biex tirreaġixxi għal dawn l -eventi u timplimenta dawk il- miżuri. Bħala parti minn dawn il- miżuri, l - istituzzjoni għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa bidliet fil - mudell ta' negozju tagħha. Dawn il - miżuri li ġejjin mill -ittest jar għal stress bl - invers, inkluża kwalunkwe bidla fil-pjan tan-negozju tal- istituzzjoni, għandhom ikunu dokumentati fid -dettall fid-dokumentazzjoni tal- ICAAP tal -istituzzjoni.
|
|
91. Istituzzjonijiet b’mudelli ta' negozju partikolari, eż. id -ditti tal-investime nt, għandhom …
|
Istituzzjonijiet b’mudelli ta' negozju partikolari, eż. id -ditti tal-investime nt, għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers sabiex jesploraw il - vulnerabbiltajiet tagħhom għal eventi estremi, b’mod partikolari fejn ir- riskji tagħhom mhumiex koperti biżżejjed minn xenarji ta’ stress aktar tradizzjonali (eż. solvenza u likwidità) ibbażati fuq xokkijiet makroekonomiċi.
|
|
92. L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni għar -riskju tal- kreditu, għar - riskju ta' …
|
L- istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni għar -riskju tal- kreditu, għar - riskju ta' kreditu tal - kontroparti u għar -riskju tas- suq, meta jagħmlu testijiet għal stress bl -invers skont l-Artikoli 177, 290(8) u 368(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandhom jipprovaw jidentifikaw xenarji severi, imma plawżibbli, li jistgħu jirriżultaw f’eżiti avversi sinifikanti u li jistgħu jisfidaw il -vijabbiltà globali ta’ istituzzjoni. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu dawn i t-testijiet għal stress bl - invenrs bħala komplement essenzjali għall - mudelli interni tagħhom għall - kalkolu tar- rekwiżiti kapitali u bħala għodda regolari għall - ġestjoni tar - riskju biex ikunu żvelati n- nuqqasijiet possibbli ta’ dawn il - mudelli interni. F’xenarji ta’ stress sever, għalkemm dan mhux neċessarjament jitqies bħala indikazzjoni li l -immudellar tal-inputs fil-formula IRB mhuwiex adegwat, ir -riskju tal- mudell se jiżdied u jista’ jwassal għal nuqqasijiet fil -prevedibbiltà tal-mudell.
|
|
93. L-istituzzjonij iet għandhom iwettqu analiżijiet kwalitattivi meta jiżviluppaw narrattiva …
|
L-istituzzjonij iet għandhom iwettqu analiżijiet kwalitattivi meta jiżviluppaw narrattiva ddefinita tajjeb tal- ittestjar għal stress bl - invers u fehim ċar tal -feedback u tal- effetti mhux lineari tiegħu, waqt li jqisu d -dinamika tar-riskju, u kombinazzjonijiet ta’ tipi ta’ riskju u interazzjonijiet bejniethom u fihom. Meta tkun qed tiżviluppa narrattiva definita tajjeb, istituzzjoni għandha tqis avvenimenti esterni eżoġeni bħal avvenimenti ekonomiċi, inċidenti industrijali, avvenimenti politiċi, każijiet ta’ tilwim u avvenimenti naturali, kif ukoll fatturi ta’ riskju bħal riskji operazzjonali, konċentrazzjoni u korrelazzjonijiet, riskji ta’ reputazzjoni u telf ta’ fiduċja, u kombinazzjonijiet ta’ dawn l-avvenimenti u fatturi. L- involviment xieraq tal - korp ta’ ġestjoni tal - istituzzjoni fid-diskussjonijiet tan- narrattiva huwa fundamentali, waqt li jitqiesu l - vulnerabbiltajiet speċifiċi possibbli u l - impatt fuq l - istituzzjoni sħiħa.
|
|
94. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu analiżijiet kwantitattivi u oħrajn aktar sofistikati, waqt …
|
L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu analiżijiet kwantitattivi u oħrajn aktar sofistikati, waqt li jqisu d - daqs tal -istituzzjoni kif ukoll in-natura, l-iskala, il-kumplessità u r-riskju tal-attivitajiet ta’ negozju tagħha, fl - istabbiliment ta’ livelli ta’ telf speċifiċi jew ta’ impatti negattivi oħrajn fuq il - kapital, il- likwidità (eż. l - aċċess għall -f inanzjament, b’mod partikolari għal żidiet fl - ispejjeż ta’ finanzjament) jew il- pożizzjoni finanzjarja globali tagħha. L - istituzzjonijiet għandhom jaħdmu lura b’mod kwantitattiv sabiex jidentifiakw il -fatturi ta’ riskju, u l- ampjezza meħtieġa tal -bidliet, li jistgħu jikkawżaw tali telf jew impatt negattiv (eż. jiddefinixxu l - livell xieraq ta’ telf jew xi miżura oħra ta’ interess fuq il - karta bilanċjali tal - istituzzjoni finanzjarja bħal proporzjonijiet kapitali jew riżorsi ta’ finanzjament). L -istituzzjoniji et għandhom jifhmu u jiddokumentaw fid - dettall il-motivaturi tar- riskju (eż. joħorġu l - fattur eżatt li kellu l - akbar impatt fuq ir - reġjun tat - telf tal-portafoll), il-linji ewlenin tan- negozju u narrattiva ċara u konsistenti dwar id - dgħufiji u x - xenarji korrispondenti (eż. dwar is - suppożizzjonijiet sottostanti u s -sensittività tar- riżultati għal dawk is - suppożizzjonijiet maż - żmien) li jikkawżaw l - eżiti definiti minn qabel u l -katina ta’ avvenimenti u l- fluss probabbli (eż. Il -fatturi l-aktar importanti jistg ħu jkunu identifikati għal varjabbli makroekonomiċi skont il - kombinazzjonijiet għal telf fil - mira speċifiku/kapital f’portafoll), l- identifikazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet moħbija (eż. korrelazzjonijiet u konċentrazzjonijiet moħbija) u effetti sovrapposti.
|
|
95. Fejn ikun xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżijiet tas - sensittività bħala punt …
|
Fejn ikun xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw analiżijiet tas - sensittività bħala punt tat - tluq għall - ittestjar għal stress bl - invers, eż. billi jċaqilqu parametru wieħed jew aktar għal estrem sabiex jilħqu l - eżiti definiti minn qabel. Istituzzjoni għandha tikkunsidra diversi analiżijiet ta’ sensittività bl- invers għar - riskju ta’ kreditu (eż. kemm il - klijent kbir ikollu jsir inadempjenti qabel jintilef il-kapital li jassorbi t- telf), għar -riskju tas- suq, ir -riskju tal- likwidità (eż. stress fuq id - depoż iti fis-settur tal- bejgħ bl - imnut u ċ - ċirkustanzi li jbattlu r - riżervi tal -likwidità tal-istituzzjoni) u għar - riskju operazzjonali, fost riskji oħrajn, u analiżi kkombinata fejn ir - riskji kollha jkunu koperti fl- istess ħin. Madankollu, istituzzjoni mgħandhiex primarjament tuża analiżi tas - sensittività u metrika sempliċi sabiex tidentifika x - xenarju rilevanti għat - test għal stress bl - invers. L- analiżi kwalitattiva għandha twassal għall - identifikazzjoni tax - xenarju rilevanti, billi tgħaqqad ġudizzju espert minn oqsma differenti ta’ negozju, peress li l - ħsib jista’ jkun l -aktar mod effettiv biex wieħed jipprevjeni l - falliment ta’ mudell ta' negozju. Għandu jiġi żviluppat l - istressjar konġunt tal -parametri tar- riskju rilevanti kollha permezz ta’ aspetti statistiċi (eż. il - volatilità ta’ fatturi ta’ riskju konsistenti ma’ osservazzjonijiet storiċi ssupplimentati b’suppożizzjonijiet ipotetiċi iżda plawżibbli). Il - plawżibbiltà taċ - ċaqliq tal - parametri meħtieġa biex jintlaħaq l - eżitu definit minn qabel tagħti l -ewwel idea dwar il-vulnerabbiltajiet possibbli fl- istituzzjoni. Biex tiġi vvalutata l - plawżibbiltà għandhom jiġu applikati, fost l - oħrajn, distribuzzjonijiet tal- probabilità storiċi (multivarjati) – aġġustati, fejn ikun meqjus meħtieġ, skont il- ġudizzju espert. L- analiżijiet u l - valutazzjonijiet kwalitattivi, li jgħaqqdu l - ġudizzju espert minn oqsma differenti ta’ negozju, għandhom jiggwidaw l - identifikazzjoni ta’ xenarji rilevanti.
|
|
96. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers bħala għodda sabiex …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers bħala għodda sabiex jiġbru għarfien dwar xenarji li jinvolvu kombinazzjonijiet ta’ stress fuq is - solvenza u fuq il -likwidità, fejn il- mudelli tradizzjonali jistgħu ma jirnexxielhomx jinkludu aspetti kumplessi minn sitwazzjonijiet reali. L- istituzzjonijiet għandhom już aw l- ittestjar għal stress bl - invers sabiex jisfidaw il-pjanijiet tal-kapital u l-pjanijiet tal- likwidità tagħhom. Fejn ikun xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw u janalizzaw sitwazzjonijiet li jistgħu jaggravaw avveniment ta’ stress fuq il -lik widità u jibdluh f’avveniment ta’ stress fuq is - solvenza, u viċi versa, u eventwalment f’falliment tan-negozju. L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex japplikaw l - ittestjar għal stress bl - invers b’mod integrat għar - riskji għall - kapital u għal - likwidità bl- għan li jtejbu l - fehim u l - ġestjoni ta’ riskji relatati f’sitwazzjonijiet estremi. Azzjonijiet ta’ rkupru u l-ippjanar tal-irkupru
|
|
97. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ kriżi makroekonomika u finanzjarja severa …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ kriżi makroekonomika u finanzjarja severa, li jvarjaw fis-se verità tagħhom (inklużi avvenimenti fis - sistema sħiħa, stress speċifiku għall -entità ġuridika u stress fuq il - grupp kollu), biex jintużaw fil - pjanijiet ta’ rkupru taħt l -Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r- Riżoluzzjoni tal -Banek (BRRD) u EBA/GL/ 2014/06, u jużaw testijiet speċifiċi għal stress bl - invers sabiex jiżviluppaw xenarji ta’ “kważi inadempjenza” (istituzzjoni qrib il - falliment iżda mhux aktar) u bħala input sabiex jinformaw u jittestjaw l - effiċjenza u l - effettività tal-azzjonijiet tal-irkupru u l-ippjanar tal- irkupru tagħhom, u janalizzaw is - sensittivitajiet ta’ suppożizzjonijiet korrispondenti. Dawn ix - xenarji ta’ “kważi inadempjenza” għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu l - punt li jwassal biex il - mudell ta' negozju ta’ istituzzjoni jew ta’ grupp ma jibqax vijabbli sakemm ma jiġux implimentati b’suċċess azzjonijiet ta’ rkupru. Ix - xenarji għandhom jippermettu l -istima tar- riżultati u l -adegwatezza ta’ kull opzjoni ta’ rkupru disponibbli. It- terminoloġija użata fid - deskrizzjoni tax - xenarji ta’ rkupru għandha tgħin biex jiġi ddeterminat liema opzjonijiet ta’ rkupru ġew ittestjati taħt xenarji ta’ stress partikolari. Id - deskrizzjoni trid tkun dettaljata biżżejjed, kemm permezz ta’ sett ta’ suppożizzjonijiet kwantitattivi kif ukoll narrattiva kwal itattiva, sabiex jiġi ddeterminat jekk ix - xenarju huwiex rilevanti jew le għall - istituzzjoni u kemm huwa sever. L - avvenimenti għandhom ikunu deskritti f’sekwenza loġika u s - suppożizzjonijiet sottostanti l - motivaturi ewlenin (eż. id - dħul nett, assi mwieżna għar - riskju (RWAs), kapital) għandhom jitniżżlu b’mod ċar ħafna. Ix - xenarji għandhom jikkunsidraw ukoll l-istima possibbli tal-effetti transversali tat- twettiq ta’ opzjonijiet differenti ta’ pjan ta’ rkupru fl- istess xenarju ta’ stress. Ix - xenarji għandhom jippermettu wkoll fehim ta’ kif jiżvolġu l - avvenimenti billi jipprovdu kalendarju xieraq li jagħmilha ċara f’liema punt ta’ żmien se jiġu żviluppati ċerti azzjonijiet (b’implikazzjonijiet għall -kredibilità u l-fattibilità tagħhom). L -iskop ta’ dan l- eżerċizzju huwa li tiġi ttestjata l - effikaċja tal -opzjonijiet ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-restawr tas- saħħa finanzjarja u tal -vijabbiltà meta l- istituzzjoni tiġi taħt tali stress sever.
|
|
98. Minħabba l - objettivi differenti taż - żewġ settijiet ta’ testijiet għal stress bl-invers …
|
Minħabba l - objettivi differenti taż - żewġ settijiet ta’ testijiet għal stress bl-invers, it-testijiet tal-istress għal finijiet tal - ICAAP u tal -ILAAP u l-ippjanar tal- irkupru m’għandhomx ikunu interkonnessi iżda mqabbla ma’ xulxin.
|
|
99. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers sabiex jgħinu bl - …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers sabiex jgħinu bl - iżvilupp, il-valutazzjoni u l- kalibrazzjoni tax - xenarji ta’ “kważi inadempjenza” użati għall -ippjanar tal-irkupru.
|
|
100. L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers sabiex jidentifikaw …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jużaw l - ittestjar għal stress bl - invers sabiex jidentifikaw il -fatturi ta’ riskju u jifhmu aktar u jiddeskrivu x - xenarji li jirriżultaw fi “kważi inadempjenza”, billi jivvalutaw azzjonijiet ta’ rkupru effettivi li jistgħu jiġu implimentati b’mod kredibbli, kemm minn qabel jew malli jiżviluppaw il - fatturi ta’ riskju jew ix - xenarji.
|
|
101. L- ittestjar għal stress bl - invers għandu jikkontribwixxi għax - xenarji tal - pjan ta' …
|
L- ittestjar għal stress bl - invers għandu jikkontribwixxi għax - xenarji tal - pjan ta' rkupru billi juża narrativa ta’ xenarju dinamika u kwantitattiva, li għandha tkopri: - a) l-iskattaturi tal-irkupru (jiġifieri f’liema punt l-istituzzjoni twettaq azzjonijiet ta’ rkupru fix - xenarju ipotetiku);
- b) l-azzjonijiet ta’ rkupru meħtieġa u l- effikaċja mistennija tagħhom, inkluż il-metodu ta’ valutazzjoni ta’ dik l- effikaċja (jiġifieri indikaturi li għandhom ikunu mmonitorjati sabiex jiġi konkluż li ma hemm bżonn ta’ ebda azzjoni oħra);
- c) il- waqt u l- proċess xierqa meħtieġa għal dawk l-azzjonijiet ta’ rkupru; u
- d) fil- każ ta’ aktar stress, il-punti (b) u (c) għall -azzjonijiet ta’ rkupru addizzjonali potenzjali meħtieġa biex jiġu indirizzati r-riskji residwi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|