+97. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ kriżi makroekonomika u finanzjarja severa …

97. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ kriżi makroekonomika u finanzjarja severa …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ kriżi makroekonomika u finanzjarja severa, li jvarjaw fis-se verità tagħhom (inklużi avvenimenti fis - sistema sħiħa, stress speċifiku għall -entità ġuridika u stress fuq il - grupp kollu), biex jintużaw fil - pjanijiet ta’ rkupru taħt l -Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r- Riżoluzzjoni tal -Banek (BRRD) u EBA/GL/ 2014/06, u jużaw testijiet speċifiċi għal stress bl - invers sabiex jiżviluppaw xenarji ta’ “kważi inadempjenza” (istituzzjoni qrib il - falliment iżda mhux aktar) u bħala input sabiex jinformaw u jittestjaw l - effiċjenza u l - effettività tal-azzjonijiet tal-irkupru u l-ippjanar tal- irkupru tagħhom, u janalizzaw is - sensittivitajiet ta’ suppożizzjonijiet korrispondenti. Dawn ix - xenarji ta’ “kważi inadempjenza” għandhom jidentifikaw u jiddeskrivu l - punt li jwassal biex il - mudell ta' negozju ta’ istituzzjoni jew ta’ grupp ma jibqax vijabbli sakemm ma jiġux implimentati b’suċċess azzjonijiet ta’ rkupru. Ix - xenarji għandhom jippermettu l -istima tar- riżultati u l -adegwatezza ta’ kull opzjoni ta’ rkupru disponibbli. It- terminoloġija użata fid - deskrizzjoni tax - xenarji ta’ rkupru għandha tgħin biex jiġi ddeterminat liema opzjonijiet ta’ rkupru ġew ittestjati taħt xenarji ta’ stress partikolari. Id - deskrizzjoni trid tkun dettaljata biżżejjed, kemm permezz ta’ sett ta’ suppożizzjonijiet kwantitattivi kif ukoll narrattiva kwal itattiva, sabiex jiġi ddeterminat jekk ix - xenarju huwiex rilevanti jew le għall - istituzzjoni u kemm huwa sever. L - avvenimenti għandhom ikunu deskritti f’sekwenza loġika u s - suppożizzjonijiet sottostanti l - motivaturi ewlenin (eż. id - dħul nett, assi mwieżna għar - riskju (RWAs), kapital) għandhom jitniżżlu b’mod ċar ħafna. Ix - xenarji għandhom jikkunsidraw ukoll l-istima possibbli tal-effetti transversali tat- twettiq ta’ opzjonijiet differenti ta’ pjan ta’ rkupru fl- istess xenarju ta’ stress. Ix - xenarji għandhom jippermettu wkoll fehim ta’ kif jiżvolġu l - avvenimenti billi jipprovdu kalendarju xieraq li jagħmilha ċara f’liema punt ta’ żmien se jiġu żviluppati ċerti azzjonijiet (b’implikazzjonijiet għall -kredibilità u l-fattibilità tagħhom). L -iskop ta’ dan l- eżerċizzju huwa li tiġi ttestjata l - effikaċja tal -opzjonijiet ta’ rkupru tal-istituzzjoni fir-restawr tas- saħħa finanzjarja u tal -vijabbiltà meta l- istituzzjoni tiġi taħt tali stress sever.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/