+134. Peress li t- telf operazzjonali jista’ jwassal għal effetti indiretti (jiġifieri riskju ta’ …

134. Peress li t- telf operazzjonali jista’ jwassal għal effetti indiretti (jiġifieri riskju ta’ …

Peress li t- telf operazzjonali jista’ jwassal għal effetti indiretti (jiġifieri riskju ta’ reputazzjoni), biex jitqiesu dawn l -effetti, il-programm tal-ittestjar tal-istress tar- riskju operazzjonali għandu jkun integrat sewwa u għandu jinkludi interkonnessjonijiet ma’ rekwiżiti ta’ likwidità u ta’ fondi proprji. L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw mill - inqas:

  • a) l-iskopertura tal-istituzzjoni għal attivitajiet u l-kultura tar-riskju assoċjat u r-rekord passat tat-telf operazzjonali, b’attenzjoni fuq il-livell u l-bidla fit-telf u d- dħul gross f’dawn l- aħħar snin;
  • b) l-ambjent tan-negozju, inklużi l-postijiet ġeografiċi, li fihom topera l-istituzzjoni u l-kundizzjonijiet makroekonomiċi;
  • c) l-evoluzzjoni fl- għadd ta’ impjegati u fid- daqs u l-kumplessità tal-karta bilanċjali f’dawn l-aħħar ftit snin, inklużi bidliet strutturali minħabba avvenimenti korporattivi bħal amalgamazzjonijiet u akkwiżizzjonijiet;
  • d) il-bidliet f’elementi sinifikanti tal-infrastruttura tat- teknoloġija tal- informatika;
  • e) il-grad u l-orjentazzjoni tal- inċentivazzjoni fi skemi ta’ kumpens;
  • f) il-kumplessità tal- proċessi u l- proċeduri, tal-prodotti u tas-sistemi ta’ teknoloġija tal-informatika;
  • g) il- firxa tal-esternalizzazzjoni, fir-rigward tar-riskju tal- konċentrazzjoni assoċjat mal-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni kollha u mal-infrastrutturi tas- suq estern; u
  • h) il-vulnerabbiltà tar-riskju ta’ mmudellar, b’mod speċjali f’oqsma relatati mal- kummerċ ta’ strumenti finanzjarji, kejl u ġestjoni tar-riskju, u l-allokazzjoni ta’ kapital.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/