+4.7 Oqsma ta’ riskju individwali
---+102. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw l i l-ittestjar tal-istress tar- riskju individwali huwa …
---+103. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu, fil -livell individwali, l-impatt ta’ effetti indiretti …
---+104. L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw mill - inqas: a) l-abilità ta’ mutwatarju li jħallas …
---+105. L-istituzzjonij iet għandhom jiżguraw li t - testijiet għal stress tar -riskju tal-kreditur …
---+106. L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiddeterminaw fatturi ta’ riskju …
---+107. L-istitu zzjonijiet għandhom jiżguraw li r - riskju ta' kreditu huwa vvalutat f’diversi …
---+108. L- istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw il - fatturi ta’ risku għal analiżijiet tas …
---+109. L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw perjodi ta’ żmien differenti meta japplikaw ix - …
---+110. Meta jkunu qegħdin jittestjaw il - valuri kollaterali finanzjarji taħt stress, l …
---+111. Fit- tfassil tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ avvenimenti ta’ …
---+112. L- istituzzjonijiet għandhom jikkwantifikaw l - impatt tax - xenarju f’termini ta’ telf ta’ …
---+113. Kull fejn huwa possibbli, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il - parametri rilevanti …
---+114. Għall -istima tat-telf futur fit-testijiet tal- istress, fejn ikun xieraq, l - …
---+115. Għall -komputazzjoni tal- EAD, istituzzjoni għandha tikkunsidra wkoll fattur ta’ konverżjoni …
---+116. L-istituzzjonij iet għandhom japplikaw, sa fejn ikun xieraq, approċċi ta’ mudell intern għar …
---+117. Meta jivvalutaw ir- riskju tagħhom għal kontropartijiet ingranati jew entitajiet mhux …
---+118. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r -riskji t a’ titolizzazzjoni li jinħolqu minn prodotti …
---+119. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -ittestjar tal-istress ta’ assi titolizzati …
---+120. Is- sensittività għal effetti sistemiċi tas - suq, li jaffettwaw, pereże mpju, it- tnixxif tal …
---+121. It-testijiet tal- istress għandhom jindirizzaw l - arranġamenti kuntrattwali kollha rilevanti …
---+122. Ix - xenarji għandhom iqisu wkoll l - inadempjenza ta’ waħda jew aktar mill-kontropartijiet …
---+123. Jekk l- istituzzjoni tiddependi minn klassifikazzjonijiet esterni sabiex tivvaluta r -riskju …
---+124. Meta jfasslu l- approċċ tal -ittestjar tal-istress, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu dan li …
---+125. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r -riskju tas- suq, l -aktar ir- riskji li ġejjin minn telf …
---+126. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress għall - pożizzjonijiet tagħhom fi …
---+127. L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw firxa ta’ xenarji severi iżda plawżibbli għall - …
---+128. Meta jikkalibraw dawn it-testijiet tal-istress, l-istit uzzjonijiet għandhom iqisu tal - inqas …
---+129. Peress li l-istrumenti u l- istrateġiji kummerċjali jinbidlu maż - żmien, l - istituzzjonijiet …
---+130. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċ xieraq biex jinkludu s -sottovalutazzjoni …
---+131. B’mod partikolari, l- istituzzjonijiet għandhom: a) jevalwaw il-konsegwenzi ta’ disturbi kbar …
---+132. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji li l-parametri tar-riskju rilevanti relatati …
---+133. Sabiex iqiegħdu l -parametri tar- riskju rilevanti taħt stress, l - istituzzjonijiet għandhom …
---+134. Peress li t- telf operazzjonali jista’ jwassal għal effetti indiretti (jiġifieri riskju ta’ …
---+135. Fatturi ta’ riskju idjosinkratiku wkoll għandhom jiġu esplorati u użati bħala inputs għat …
---+136. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l -interazzjonijiet ta’ tali fatturi ta’ riskju …
---+137. L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw bir - reqqa l -interazzjoni possibbli ta’ telf …
---+138. L- analiżi tal -avvenimenti tat-test tal- istress għandha tinvolvi l - ġudizzju espert, biex …
---+139. L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu avvenimenti taħt stress sever iżda plawżibbli. Is - …
---+140. L- istituzzjonijiet għandhom jibnu l -programm tal-ittestjar tal- istress tagħhom abbażi ta’ …
---+141. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskju relatat mal- imġiba, bħala parti mir - riskju …
---+142. Fl-ittestjar tal- istress tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw ir -rilevanza u …
---+143. Meta jkejlu r-riskju relatat mal- imġiba, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw (a) l - …
---+144. Sabiex jiġi inkluż ir -riskju li l- provvedimenti huma insuffiċjenti jew mhux dejjem …
---+145. L- istituzzjonijiet għandhom jiġbru u janalizzaw informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva …
---+146. F’każijiet rari fejn istituzzjoni ma tkunx tista’ tipprovdi stima għal riskju materjali …
---+147. L-ittestjar tal- istress għandu wkoll jintuża, fejn xieraq, biex jiġi evalwat telf estrem …
---+148. L- istituzzjonijiet għandhom jifformaw opinjoni dwar it - telf mhux mistenni li jista’ …
---+149. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r - riskji ta’ likwidità jew ta’ finanzjament jinħolqu …
---+150. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskji ta’ likwidità je w ta’ finanzjament jinkludu …
---+151. L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw u jkejlu lilhom infushom skont fatturi ta’ riskju …
---+152. L- analiżi tal -istituzzjonijiet tal- fatturi ta’ riskju għandha tqis, iżda m’għandhiex tkun …
---+153. L- istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw dawn il - fatturi ta’ risku għall - analiżijiet …
---+154. L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn it - tliet tipi ta’ xenarji ta’ stress li ġejjin …
---+155. L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu meded ta’ żmien differenti fl -ittestjar tal- istress …
---+156. L- istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw l -istress tar-ri skju ta' likwidità fuq terminu …
---+157. L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu sett ta’ suppożizzjonijiet ta’ mġiba avversa għall …
---+158. Fit- tfassil tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ avvenimenti ta’ …
---+159. Il- metodoloġija ewlenija użata għall -kalkolu tal-kobor tal- impatt għandu jkun il -profil …
---+160. L-ist ituzzjonijiet għandhom jestendu l - analiżi, jekk ikun xieraq, għal metrika oħra, bħal …
---+161. Meta japplikaw ix - xenarji tal -istress differenti, l- istituzzjonijiet għandho m jevalwaw u …
---+162. Il-metrika tat-test tal-istress tal- likwidità għandha tinkludi, jekk xieraq u b’mod …
---+163. Fejn xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jintegraw test tal-istress tal-likwidità …
---+164. Din it- taqsima hija mingħajr preġudizzju għal -Linji gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - …
---+165. It-testijiet tal- istress għandhom jappoġġjaw u jkunu parti integrali mis - sistema ta’ …
---+166. Ix - xenarji tar -rata tal- imgħax użati għall -finijiet tal-ittestjar tal- istress, inkluż …
---+167. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li t -testijiet imsemmija fil- paragrafu preċedenti ma …
---+168. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - elementi li ġejjin: a) ir-riskju tal- firxa, li …
---+169. L-istitu zzjonijiet għandhom ikunu konxji ta’ effetti ta’ rati ta’ imgħax indiretti potenzjali …
---+170. Fejn jintużaw strumenti finanzjarji inqas kumplessi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw …
---+171. L-ittestjar tal- istress għandu jkunu għodda ewlenija fl -identifikazzjoni ta’ riskju …
---+172. Meta jivvalutaw dan ir-riskju fil-programmi tal-ittestjar tal- istress tagħhom, l …
---+173. Fl-ittestjar tal- istress, speċjalment fl -ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni kollha u li …
---+174. It-testijiet tal- istress għandhom iqisu l -bidliet fl-ambjent tan- negozju li jistgħu jseħħu …
---+175. Il- mod li bih l - iskoperturi kkonċentrati jġibu ruħhom b’reazzjoni għall -istess fatturi ta’ …
---+176. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ skoperturi għal fattur ta’ riskju waħdieni …
---+177. Biex jivvalutaw il - livell ex ante ta’ riskju tal -kon ċ entrazzjoni u/jew l- impatt tax - …
---+178. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - eżistenza potenzjali ta’ koinċidenzi bejn sorsi ta’ …
---+179. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskju ta’ self tal- kambju: a) jista’ jinqala’ min- …
---+180. Fil-programmi tal-ittestjar tal- istress tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r …
---+181. Meta jfasslu jew jimplimentaw ix - xenarji tat -test tal- istress tagħhom, l -istituzzjonijiet …
---+182. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ stress billi jibdlu parametri differenti …
---+183. Sabiex jevalwaw il -vulnerabbiltà potenzjali, l- istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru …
---+184. Meta jittestjaw ir-riskju ta’ self tal- kambju taħt stress, l -isti tuzzjonijiet għandhom …
---+185. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu d - dgħufiji sinifikanti possibbli li jistgħu jinħolqu …
---+186. Waqt li jivvalutaw l -impatt potenzjali tas-self tal- kambju fuq il - qligħ f’ċertu xenarju, l …

4.7 Oqsma ta’ riskju individwali

4.7 Oqsma ta’ riskju individwali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
102. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw l i l-ittestjar tal-istress tar- riskju individwali huwa …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw l i l-ittestjar tal-istress tar- riskju individwali huwa proporzjonat man-natura, id- daqs u l -kumplessità tan-negozju u tar-riskji.

103. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu, fil -livell individwali, l-impatt ta’ effetti indiretti …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu, fil -livell individwali, l-impatt ta’ effetti indiretti fir-riskju individwali għall -ittestjar tal-istress.

4.7.1 Riskju tal - kreditu u tal - kontraparti

104. L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw mill - inqas: a) l-abilità ta’ mutwatarju li jħallas …

L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw mill - inqas:

  • a) l-abilità ta’ mutwatarju li jħallas lura l-obbligi tiegħu, eż. il- PD;
  • b) ir-rata ta' rkupru f’każ ta’ inadempjenza ta’ mutwatarju inkluż id-deterjorament tal-valuri kollaterali jew il-valur tal-kreditu tal-fornitur tal-garanzija, eż. l- LGD; u
  • c) id- daqs u d-dinamika tal-iskopertura tal-kreditu, inkluż l-effett ta’ impenji mhux prelevati mill-mutwatarji, eż. l-iskopertura fl-inadempjenza (EAD).
105. L-istituzzjonij iet għandhom jiżguraw li t - testijiet għal stress tar -riskju tal-kreditur …

L-istituzzjonij iet għandhom jiżguraw li t - testijiet għal stress tar -riskju tal-kreditur fl-istituzzjoni kollha jkopru l - pożizzjonijiet kollha tagħhom fil - ktieb bankarju u kummerċjali tagħhom, inklużi pożizzjonijiet ta’ ħħeġġjar u skoperturi tal -kamra tal- ikklerjar ċentra li.

106. L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiddeterminaw fatturi ta’ riskju …

L- istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiddeterminaw fatturi ta’ riskju speċifiċi u jistabbilixxu, fuq bażi preliminari, kif dawn il - fatturi jistgħu jaffettwaw it -telf totali tar-riskju tal-kreditu u r- rekwiżiti kapitali tagħhom. L -istitu zzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiddeterminaw dan fuq bażi ta’ klassi tal -iskoperturi bi klassi tal- iskoperturi (eż. fatturi rilevanti għall - ipoteki jistgħu jkunu differenti minn dawk rilevanti għall -klassijiet ta’ assi korporattivi).

107. L-istitu zzjonijiet għandhom jiżguraw li r - riskju ta' kreditu huwa vvalutat f’diversi …

L-istitu zzjonijiet għandhom jiżguraw li r - riskju ta' kreditu huwa vvalutat f’diversi livelli ta’ xenarji ta’ xokk, minn analiżijiet sempliċi tas - sensittività għal testijiet tal - istress għall - istituzzjoni kollha, jew għall - grupp kollu, b’mod partikolari:

  • a) xenarji ta’ xokk fis- suq kollu (eż. tnaqqis qawwi fl-ekonomija li jaffettwa l-kwalità tal-portafoll għall -kredituri kollha);
  • b) xenarji ta’ xokk speċifiku għal kontroparti jew ta’ xokk idjonsinkratiku (eż. il-falliment tal-akbar kreditur tal- bank);
  • c) xenarji ta’ xokk speċifiku għas -settur u ta’ xokk speċifiku għar - reġjun; u
  • d) taħlita ta’ dawn.
108. L- istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw il - fatturi ta’ risku għal analiżijiet tas …

L- istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw il - fatturi ta’ risku għal analiżijiet tas -sensittività, li min-naħa tagħhom għandhom jipprovdu informazzjoni ta’ sfond kwantitattiva għat -t fassil tax - xenarji.

109. L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw perjodi ta’ żmien differenti meta japplikaw ix - …

L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw perjodi ta’ żmien differenti meta japplikaw ix - xenarji tal - istress tagħhom. Il - perjodu ta’ żmien għandu jvarja minn jum għal ieħor (effetti ta’ darba) sa perjodi itwal (eż. tnaqqis gradwali fir -ritmu ekonomiku).

110. Meta jkunu qegħdin jittestjaw il - valuri kollaterali finanzjarji taħt stress, l …

Meta jkunu qegħdin jittestjaw il - valuri kollaterali finanzjarji taħt stress, l -istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il - kundizzjonijiet li jaffettwaw ħażin il -valur realizzabbli tal-pożizzjonijiet kollaterali tagħhom inkluż id -deterjorament fil-kwalità kreditizja ta’ emittenti tal-kollateral jew l-illikwidità tas- suq.

111. Fit- tfassil tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ avvenimenti ta’ …

Fit- tfassil tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ avvenimenti ta’ stress fuq tipi oħrajn ta’ riskju, eż. ir -riskju ta’ likwidità u r-riskju tas- suq u l -possibbiltà ta’ effetti konsegwenzjali bejn l-istituzzjonijiet.

112. L- istituzzjonijiet għandhom jikkwantifikaw l - impatt tax - xenarju f’termini ta’ telf ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkwantifikaw l - impatt tax - xenarju f’termini ta’ telf ta’ kreditu (jiġifieri provvedimenti), skoperturi għar - riskju, rekwiżiti ta’ fondi proprji u ta’ dħul. Barra minn hekk, l - istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi jikkwantifikaw tali impatti skont is -segmenti/il-portafolli rilevanti.

113. Kull fejn huwa possibbli, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il - parametri rilevanti …

Kull fejn huwa possibbli, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il - parametri rilevanti li ġejjin: PD, LGD, EAD, telf mistenni (EL) u l- ammont ta skoperatura għar -riskju, u l- impatt fuq it -telf ta’ kreditu u fuq ir - rekwiżiti ta’ fondi proprji.

114. Għall -istima tat-telf futur fit-testijiet tal- istress, fejn ikun xieraq, l - …

Għall -istima tat-telf futur fit-testijiet tal- istress, fejn ikun xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jiddependu minn parametri ta’ riskju ta’ kreditu differenti minn dawk applikati fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali, li ġeneralment huma parametri taċ - ċiklu kollu jew ibridi (taħlita ta’ parametri taċ - ċiklu kollu u ta’ punt fiż - żmien) għall - PD u taħt kundizzjonijiet ta’ tnaqqis għal -LGD. B’mod partikolari, fejn ikun rilevanti, l- istituzzjonijiet għandhom japplikaw stimi bbażati fuq il - parametri ta’ punt fiż - żmien skont is - severità tax - xenarju biex jistmaw it -telf ta’ kreditu.

115. Għall -komputazzjoni tal- EAD, istituzzjoni għandha tikkunsidra wkoll fattur ta’ konverżjoni …

Għall -komputazzjoni tal- EAD, istituzzjoni għandha tikkunsidra wkoll fattur ta’ konverżjoni tal - kreditu (CCF) u, b’mod partikolari, l -effett tal- kapaċità ġuridika tal - istituzzjoni li tikkanċella b’mod unilaterali ammonti mhux miġbuda ta’ faċilitajiet ta' kreditu impenjati speċjalment f’kundizzjonijiet ta’ stress.

116. L-istituzzjonij iet għandhom japplikaw, sa fejn ikun xieraq, approċċi ta’ mudell intern għar …

L-istituzzjonij iet għandhom japplikaw, sa fejn ikun xieraq, approċċi ta’ mudell intern għar -riskju ta’ kreditu li jisfidaw relazzjonijiet u data storiċi, u simulazzjonijiet ta’ migrazzjonijiet ta’ kwalità tal- kreditu fost kategoriji ta’ skoperturi sabiex jipprovdu stima tat-telf.

117. Meta jivvalutaw ir- riskju tagħhom għal kontropartijiet ingranati jew entitajiet mhux …

Meta jivvalutaw ir- riskju tagħhom għal kontropartijiet ingranati jew entitajiet mhux bankarji, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - konċentrazzjonijiet tar - riskju u m’għandhomx jippreżumu l - eżistenza ta’ ftehimiet kollaterali jew ta’ rimarġinazzjoni kontinwa, li jistgħu ma jkunux disponibbli f’każ ta’ xokkijiet severi tas - suq. L - istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jinkludu tali riskji ta’ tnaqqis korrelatati b’mod adegwat.

4.7.2 Titolizzazzjoni

118. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r -riskji t a’ titolizzazzjoni li jinħolqu minn prodotti …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r -riskji t a’ titolizzazzjoni li jinħolqu minn prodotti ta’ kreditu strutturati, normalment maħluqin mill -ippakkjar mill- ġdid tal -fluss tal-flus minn pool ta’ assi f’diversi segmenti jew titoli ggarantiti b’assi, waqt li jqisu l - pożizzjonijiet differenti li l - istituz zjonijiet jista’ jkollhom fil - proċess ta’ titolizzazzjoni, billi jaġixxu bħala oriġinatur, sponsor jew investitur.

119. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -ittestjar tal-istress ta’ assi titolizzati …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l -ittestjar tal-istress ta’ assi titolizzati jindirizza r-riskju ta’ kreditu tal-pool ta’ assi sotto stanti, inkluż ir - riskju ta' inadempjenza, il -korrelazzjonijiet ta’ inadempjenza possibbilment mhux lineari u dinamiċi kif ukoll l -evoluzzjoni tal-valuri kollaterali. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - informazzjoni kollha rilevanti fir -rigward tal-istruttura speċifika ta’ kull titolizzazzjoni, bħas -superjorità tas-segment, il- ħxuna tas -segment, it-titjib tal-kreditu u l-granularità, espressi f’termini tan-numru effettiv ta’ skoperturi.

120. Is- sensittività għal effetti sistemiċi tas - suq, li jaffettwaw, pereże mpju, it- tnixxif tal …

Is- sensittività għal effetti sistemiċi tas - suq, li jaffettwaw, pereże mpju, it- tnixxif tal -likwidità jew iżidu l -korrelazzjonijiet tal- assi, fuq kull livell tal - prodott strutturat għandha titqies b’attenzjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi vvalutat l -effett tar-riskji tar-reputazzjoni, li jirriżultaw fi kwistjonijiet ta’ finanzjament, pereżempju.

121. It-testijiet tal- istress għandhom jindirizzaw l - arranġamenti kuntrattwali kollha rilevanti …

It-testijiet tal- istress għandhom jindirizzaw l - arranġamenti kuntrattwali kollha rilevanti, l - impatt potenzjali ta’ skattaturi integrati (eż. klawżoli ta’ ammortizzament antiċipat), l - ingranaġġ tal -istruttura ta’ titolizzazzjoni u r- riskji ta’ likwidità/finanzjament li jirriżultaw mill - istruttura (jiġifieri diskrepanzi fil - fluss ta' flus u kundizzjonijiet ta’ prepagamenti inkluż fir - rigward tal-bidliet fir-rata tal- imgħax).

122. Ix - xenarji għandhom iqisu wkoll l - inadempjenza ta’ waħda jew aktar mill-kontropartijiet …

Ix - xenarji għandhom iqisu wkoll l - inadempjenza ta’ waħda jew aktar mill-kontropartijiet kuntrattwali involuti fl-istruttura tat- titolizzazzjoni, speċjalment ta’ dawk li jaġixxu bħala garanti ta’ ċerti segmenti.

123. Jekk l- istituzzjoni tiddependi minn klassifikazzjonijiet esterni sabiex tivvaluta r -riskju …

Jekk l- istituzzjoni tiddependi minn klassifikazzjonijiet esterni sabiex tivvaluta r -riskju ta’ prodotti titolizzati, il- klassifikazzjonijiet esterni għandhom jiġu rieżaminati b’mod kritiku u għandhom jiġu vvalutati xenarji li jenfasizzaw il - klassifikazzjonijiet inklużi r - rati speċifiċi ta’ indeboliment tal- klassifikazzjonijiet, eż. billi tenfasizza l - matriċijiet ta’ tranżizzjoni tal - klassifikazzjoni (storika).

124. Meta jfasslu l- approċċ tal -ittestjar tal-istress, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu dan li …

Meta jfasslu l- approċċ tal -ittestjar tal-istress, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu dan li ġej:

  • a) l-impatti tat-testijiet tal-istress għal prodotti ta’ kreditu strutturati se jimmaterjalizzaw fuq il-livell tal-pool ta’ assi f’żieda fl-inadempjenza (jew PDs u LGDs, fejn applikabbli) u b’hekk wieħed għandu jistenna żieda fir-rati tat-telf mistenn/tal-indeboliment u rekwiżiti ta’ kapital regolatorju (kif ukoll żieda fil-probabilitajiet ta’ tnaqqis) waqt ix - xokkijiet; u
  • b) li jistgħu jinħolqu aktar impatti minn tnaqqis fil-fluss tal-flus nett, żidiet fit-telf kummerċjali u fl- aġġustamenti ta’ valuri, jew mid-deterjorament tal-metrika regolatorja bħall - proporzjon nett tal-finanzjament stabbli.

4.7.3 Riskju tas - suq

125. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r -riskju tas- suq, l -aktar ir- riskji li ġejjin minn telf …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu r -riskju tas- suq, l -aktar ir- riskji li ġejjin minn telf li jirriżulta minn bidliet avversi fil-valur tal- pożizzjonijiet li jirriżultaw minn ċaqliq fil -prezzijiet tas- suq fuq fatturi ta’ riskju ta’ prodotti bażiċi, kreditu, ekwità, muniti barranin u rati tal- imgħax. Ir -riskji tar-rati tal- imgħax fil - pożizzjonijiet fil - kotba kummerċjali għandhom jitqiesu mill -istituzzjonijiet bħala komponent tar -riskju tas- suq.

126. L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress għall - pożizzjonijiet tagħhom fi …

L- istituzzjonijiet għandhom iwettqu testijiet tal - istress għall - pożizzjonijiet tagħhom fi strumenti finanzjarji fil- kummerċ u l - valur ġust irrapportat f’portafolli ta’ dħul kumplessiv ieħor (FVOCI) (jiġifieri termini ta’ kontabbiltà sabiex jikklassifikaw l - assi finanzjarji), inklużi strumenti/pożizzjonijiet ta’ titoliz zazzjoni u bonds koperti. Dawn it-testijiet tal-istress għandhom isiru bħala parti minn ittestjar tal -istress fl- istituzzjoni kollha kif ukoll għall - ġestjoni tar-riskju tas- suq u għall -finijiet ta’ kalkolu.

127. L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw firxa ta’ xenarji severi iżda plawżibbli għall - …

L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw firxa ta’ xenarji severi iżda plawżibbli għall - pożizzjonijiet kollha msemmija fil - paragrafu preċedenti, eż. bidliet eċċezzjonali fil -prezzijiet tas- suq, nuqqasijiet ta’ likwidità fis - swieq u l - inadempjenza ta’ parteċipanti ewlenin fis - suq. Fejn xieraq, għandhom jitq iesu wkoll id-dipendenzi u l-korrelazzjonijiet bejn is- swieq differenti u, allura, il - bidliet avversi fil-korrelazzjonijiet. L- impatt fuq il -kontabbiltà tal- aġġustament tal -valwazzjoni tal- kreditu (CVA) u fuq ir - riżervi relatati mal -portafolli tal-istituzz jonijiet (eż. riżervi għal - likwidità, għall - inċertezzi tal - immudellar) għandhom jitqiesu wkoll fit -testijiet tal-istress. L-ittestjar tal-istress tar- riżerva tar -riskju tas- suq għandu jkun sostanzjat.

128. Meta jikkalibraw dawn it-testijiet tal-istress, l-istit uzzjonijiet għandhom iqisu tal - inqas …

Meta jikkalibraw dawn it-testijiet tal-istress, l-istit uzzjonijiet għandhom iqisu tal - inqas in - natura u l- karatteristiċi tal - portafolli tagħhom u l - istrumenti finanzjarji relatati (eż. prodotti vanilla/eżotiċi, likwidità, maturità), l - istrateġiji kummerċjali tagħhom, u l -possibbiltà tal-iħħeġġjar jew il - ġestjoni ta’ riskji taħt kundizzjonijiet severi tas - suq, l - ispejjeż assoċjati u l - ħin potenzjali involut f'dan.

129. Peress li l-istrumenti u l- istrateġiji kummerċjali jinbidlu maż - żmien, l - istituzzjonijiet …

Peress li l-istrumenti u l- istrateġiji kummerċjali jinbidlu maż - żmien, l - istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li t -testijiet tal- istress jevolvu sabiex jakkomodaw dawn il-bidliet.

130. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċ xieraq biex jinkludu s -sottovalutazzjoni …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw approċċ xieraq biex jinkludu s -sottovalutazzjoni tar-riskju ta’ tnaqqis permezz ta’ data storika (tnaqqis oħxon) fejn japplika, eż. billi japplikaw xenarji ipotetiċi severi, u, fejn ir -r iskju jiġi vvalutat skont il - livelli ta' fiduċja perċentwali, huma għandhom jikkunsidraw avvenimenti ta’ tnaqqis lil hinn minn dawk il - livelli ta’ fiduċja.

131. B’mod partikolari, l- istituzzjonijiet għandhom: a) jevalwaw il-konsegwenzi ta’ disturbi kbar …

B’mod partikolari, l- istituzzjonijiet għandhom:

  • a) jevalwaw il-konsegwenzi ta’ disturbi kbar tas- suq u jidentifikaw sitwazzjonijiet plawżibbli li jistgħu jinvolvu telf straordinarjament għoli, li għandhom jinkludu wkoll, fejn xieraq, avvenimenti bi probabilità baxxa għat -tipi kollha ta’ riskju prinċipali, speċjalment id-diversi komponenti tar-riskji tas-su q; għat -testijiet tal-istress fil-livell tal-portafoll, jistgħu jiġu esplorati l-effetti ta’ bidliet avversi fil- korrelazzjonijiet; u l-effetti ta’ mitigazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ ġestjoni jistgħu jiġu kkunsidrati jekk ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet plawżibbli dwar il-likwidità fis- suq; u
  • b) ikollhom stabbilita lista tal- miżuri li jinkludu limiti u azzjonijiet possibbli oħrajn meħuda biex jitnaqqsu r-riskji u jippreservaw l- ekwità; b’mod partikolari, ir-riskji tal-limiti fuq ir-rata tal-kambju, ir-rata tal- imgħax, il-prezz tal-ekwità u l-prezz tal-prodott bażiku stabbiliti mill-istituzzjonijiet għandhom, fejn xieraq, jiġu kkunsidrati skont ir- riżultati tal-kalkoli tal-ittestjar tal-istress.

4.7.4 Riskju operazzjonali

132. L- istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji li l-parametri tar-riskju rilevanti relatati …

L- istituzzjonijiet għandhom ikunu konxji li l-parametri tar-riskju rilevanti relatati mar-riskju operazzjonali jistgħu jirriżultaw minn proċessi, nies u sistemi interni mhux adegwati jew falluti, inklużi riskji legali, jew minn avvenimenti esterni, u jistgħu jaffettwaw il -prodotti u l-attivitajiet k ollha fl -istituzzjoni.

133. Sabiex iqiegħdu l -parametri tar- riskju rilevanti taħt stress, l - istituzzjonijiet għandhom …

Sabiex iqiegħdu l -parametri tar- riskju rilevanti taħt stress, l - istituzzjonijiet għandhom jużaw l - effett tal-profitt u t- telf (P&L) ta’ telf operazzjonali bħala l - metrika ewlenija. Kwalunkwe impatt intrinsiku kkawżat mill -avveniment ta’ riskju operazzjonali għandu jitqies bħala telf tar -riskju operazzjonali (eż. impatti intrinsiċi mill -kost tal- għażla, jew kostijiet interni bħal sahra/bonusijiet, eċċ. fejn jirrelataw ma’ avveniment ta’ riskju operazzjonali). Barra minn hekk, u għall -iskop biss tal-ittestjar tal- istress, għandu jkun inkluż kwalunkwe telf ta’ qligħ futur ikkawżat minn avvenimenti ta’ riskju operazzjonali (esklużi effetti sekondarji fuq l -ambjent makroekonomiku). Tal- inqas l - istituzzjonijiet taħt l - approċċ ta’ kejl avvanzat (AMA) għandhom iqisu wkoll dan it - telf waqt li jidħol fil - bażi tad - data interna sabiex jikkalkulaw ir - rekwiżiti kapitali addizzjonali. Meta jużaw data storika, data jew xenarji esterni bħala inputs kemm għall -projezzjonijiet P&L kif ukoll RWA, l-istituz zjonijiet għandhom iqisu u jevitaw effetti possibbli ta’ għadd doppju fuq in - naħa tal -input.

134. Peress li t- telf operazzjonali jista’ jwassal għal effetti indiretti (jiġifieri riskju ta’ …

Peress li t- telf operazzjonali jista’ jwassal għal effetti indiretti (jiġifieri riskju ta’ reputazzjoni), biex jitqiesu dawn l -effetti, il-programm tal-ittestjar tal-istress tar- riskju operazzjonali għandu jkun integrat sewwa u għandu jinkludi interkonnessjonijiet ma’ rekwiżiti ta’ likwidità u ta’ fondi proprji. L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw mill - inqas:

  • a) l-iskopertura tal-istituzzjoni għal attivitajiet u l-kultura tar-riskju assoċjat u r-rekord passat tat-telf operazzjonali, b’attenzjoni fuq il-livell u l-bidla fit-telf u d- dħul gross f’dawn l- aħħar snin;
  • b) l-ambjent tan-negozju, inklużi l-postijiet ġeografiċi, li fihom topera l-istituzzjoni u l-kundizzjonijiet makroekonomiċi;
  • c) l-evoluzzjoni fl- għadd ta’ impjegati u fid- daqs u l-kumplessità tal-karta bilanċjali f’dawn l-aħħar ftit snin, inklużi bidliet strutturali minħabba avvenimenti korporattivi bħal amalgamazzjonijiet u akkwiżizzjonijiet;
  • d) il-bidliet f’elementi sinifikanti tal-infrastruttura tat- teknoloġija tal- informatika;
  • e) il-grad u l-orjentazzjoni tal- inċentivazzjoni fi skemi ta’ kumpens;
  • f) il-kumplessità tal- proċessi u l- proċeduri, tal-prodotti u tas-sistemi ta’ teknoloġija tal-informatika;
  • g) il- firxa tal-esternalizzazzjoni, fir-rigward tar-riskju tal- konċentrazzjoni assoċjat mal-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni kollha u mal-infrastrutturi tas- suq estern; u
  • h) il-vulnerabbiltà tar-riskju ta’ mmudellar, b’mod speċjali f’oqsma relatati mal- kummerċ ta’ strumenti finanzjarji, kejl u ġestjoni tar-riskju, u l-allokazzjoni ta’ kapital.
135. Fatturi ta’ riskju idjosinkratiku wkoll għandhom jiġu esplorati u użati bħala inputs għat …

Fatturi ta’ riskju idjosinkratiku wkoll għandhom jiġu esplorati u użati bħala inputs għat -tfassil tax - xenarji. B’mod indikattiv, l - istituzzjonijiet taħt l - AMA għandhom iqiegħdu taħt stress il - fatturi tal-ambjent tan- negozju u ta’ kontroll intern tagħhom (BEICFs).

136. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l -interazzjonijiet ta’ tali fatturi ta’ riskju …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l -interazzjonijiet ta’ tali fatturi ta’ riskju idjosinkratiku u l- iskoperturi individwali għalihom meta jiddeterminaw l -iskopertura tar-riskju operazzjonali tagħhom.

137. L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw bir - reqqa l -interazzjoni possibbli ta’ telf …

L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw bir - reqqa l -interazzjoni possibbli ta’ telf mir-riskji operazzjonali mar-riskji ta’ kreditu u tas- suq.

138. L- analiżi tal -avvenimenti tat-test tal- istress għandha tinvolvi l - ġudizzju espert, biex …

L- analiżi tal -avvenimenti tat-test tal- istress għandha tinvolvi l - ġudizzju espert, biex tinkludi tal - inqas avvenimenti ta’ severità għolja bi frekwenza baxxa.

139. L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu avvenimenti taħt stress sever iżda plawżibbli. Is - …

L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu avvenimenti taħt stress sever iżda plawżibbli. Is - suppożizzjonijiet jistgħu jvarjaw mis - suppożizzjonijiet użati fix - xenarji ta’ stress tar -riskju ta’ kreditu u tas- suq. Meta istituzzjoni tespandi n - negozu tagħha fis - swieq lokali jew internazzjonali permezz ta’ amalgamazzjonijiet u akkwiżizzjonijiet, id - disinn ta’ prodotti ġodda jew linja ta’ negozju ġdida, ix - xenarji tat -test tal-istress sev eri iżda plawżibbli għandhom ikunu bbażati fuq ġudizzju espert sabiex jingħeleb in - nuqqas possibbli ta’ informazzjoni storika.

140. L- istituzzjonijiet għandhom jibnu l -programm tal-ittestjar tal- istress tagħhom abbażi ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jibnu l -programm tal-ittestjar tal- istress tagħhom abbażi ta’ data kemm interna kif ukoll esterna, fi lwaqt li janalizzaw bir - reqqa:

  • a) l- użu ta’ fatturi ta’ gradazzjoni (eż. f’sitwazzjoni fejn id- data esterna tkun tnaqqset, il-gradazzjoni tista’ titnaqqas) u l- ħtieġa possibbli ta’ impatti addizzjonali li jirriżultaw mill-bdil ta’ fatturi ta’ gradazzjoni li jinbidlu f’sitwazzjoni ta’ stress; u
  • b) il-kriterji għad -determinazzjoni tar-rilevanza tad- data (eż . data fuq telf kbir meqjusa mhux rilevanti tista’ tintuża fit-test tal-istress, minbarra r- rekwiżiti tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (CRR)).

4.7.5 Riskju relatat mal - imġiba u l - ispejjeż ta’ tilwim assoċjati

141. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskju relatat mal- imġiba, bħala parti mir - riskju …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskju relatat mal- imġiba, bħala parti mir - riskju legali taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar- riskju operazzjonali, jinħoloq minħabba r -riskju attwali jew prospettiv ta’ telf mill- provvista mhux xierqa ta’ servizzi finanzjarji u l -kostijiet ta’ tilwim assoċjati, inklużi każijiet ta’ kondotta ħażina volontarja jew negliġenti.

142. Fl-ittestjar tal- istress tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw ir -rilevanza u …

Fl-ittestjar tal- istress tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw ir -rilevanza u s-sinifikat tal- iskoperturi li ġejjin għal riskju relatat mal - imġiba u l - kostijiet ta’ tilwim assoċjati:

  • a) il- bejgħ ħażin ta’ prodotti, kemm fis- swieq tal- bejgħ bl-imnut kif ukoll tal- bejgħ bl- ingrossa;
  • b) il- bejgħ inkroċjat mgħaġġel ta’ prodotti lil klijenti bl-imnut, bħal kontijiet bankarji ppakkjati jew prodotti miżjuda li l-klijenti ma jkunux jeħtieġu;
  • c) kunflitti ta’ interess fit- twettiq tan- negozju;
  • d) il-manipulazzjoni ta’ rati tal- imgħax ta’ referenza, rati tal-kambju jew ta’ kwalunkwe strument jew indiċi finanzjarju ieħor biex jitjieb il- qligħ tal- istituzzjoni;
  • e) ostakli inġusti għall -bdil ta’ prodotti finanzjarji matul ħajjithom u/jew għall -bdil ta’ fornituri ta’ servizzi finanzjarji;
  • f) kanali ta’ distribuzzjoni mfassla ħażin li jistgħu jirriżultaw f’kunflitti ta’ interess b’inċentivi foloz;
  • g) tiġdid awtomatiku inġust ta’ prodotti jew penali ta’ ħruġ; u
  • h) l- ipproċessar inġust tal-ilmenti tal-klijenti.
143. Meta jkejlu r-riskju relatat mal- imġiba, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw (a) l - …

Meta jkejlu r-riskju relatat mal- imġiba, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw (a) l - inċertezza dwar il-provvedimenti jew it- telf mistenni li joriġinaw minn avvenimenti relatati mal - imġiba; u

  • (b) telf estrem assoċjat ma’ riskji ta’ tnaqqis (telf mhux mistenni). L - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw il- ħtiġijiet kapitali tagħhom f’dawn l - avvenimenti u x - xenarji u għandhom iqisu wkoll l- effett ta’ telf minħabba l - imġiba fuq ir -reputazzjoni. Fil- prinċipju, it -telf mistenni minn kwistjonijiet relatati mal- imġiba għandu jkun kopert minn provvedimenti u inkluż fil -kont tal-P&L, filwaqt li t - telf mhux mistenni huwa kkwanitifikat u kopert minn rekwiżiti kapitali mill - istituzzjoni. L- eċċess possibbli ta’ ammonti wara l - projezzjoni ta’ telf minħabba l - imġiba taħt stress għandu jkun inkluż fl -evalwazzjoni tal-istituzzjoni tal- ħtiġijiet kapitali potenzjali.
144. Sabiex jiġi inkluż ir -riskju li l- provvedimenti huma insuffiċjenti jew mhux dejjem …

Sabiex jiġi inkluż ir -riskju li l- provvedimenti huma insuffiċjenti jew mhux dejjem f’waqthom, l - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw it -telf mistenni mir-riskju relatat mal- imġiba minbarra l - provvedimenti tal- kontabilità eżistenti u jinkluduh fil - projezzjonijiet tagħhom. Fejn xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw jekk il - qligħ futur hux se jkun suffiċjenti jew le biex ikopri dan it- telf jew kostijiet addizzjonali fix - xenarji u jinkorporaw din l -informazzjoni fil-pjanijiet ta’ kapital tagħhom.

145. L- istituzzjonijiet għandhom jiġbru u janalizzaw informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva …

L- istituzzjonijiet għandhom jiġbru u janalizzaw informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-kobor tan- negozju tagħhom f’oqsma rilevanti u vulnerabbli. L - istituzzjonijiet għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni sabiex jappoġġjaw suppożizzjonijiet materjali sottostanti għall - istimi tagħhom ta’ kostijiet relatati mal - imġiba.

146. F’każijiet rari fejn istituzzjoni ma tkunx tista’ tipprovdi stima għal riskju materjali …

F’każijiet rari fejn istituzzjoni ma tkunx tista’ tipprovdi stima għal riskju materjali individwali relatat mal- imġiba minħabba l - ammont ta’ inċertezza, l - istituzzjoni għandha tiċċara li dan huwa l - każ u tipprovdi evidenza u suppożizzjonijiet li jappoġġjaw l - evalwazzjoni tagħha.

147. L-ittestjar tal- istress għandu wkoll jintuża, fejn xieraq, biex jiġi evalwat telf estrem …

L-ittestjar tal- istress għandu wkoll jintuża, fejn xieraq, biex jiġi evalwat telf estrem assoċjat ma’ riskji ta’ tnaqqis (telf mhux mistenni) u jekk għandux jinżamm kapital addizzjonali taħt il - Pilastru 2.

148. L- istituzzjonijiet għandhom jifformaw opinjoni dwar it - telf mhux mistenni li jista’ …

L- istituzzjonijiet għandhom jifformaw opinjoni dwar it - telf mhux mistenni li jista’ joriġina minn avvenimenti relatati mal- imġiba bbażata fuq taħlita ta’:

  • a) ġudizzju;
  • b) esperjenza ta’ telf storiku (eż. l-akbar telf relatat mal- imġiba tal-istituzzjoni fl- aħħar ħames snin);
  • c) il-livell ta’ telf annwali mistenni għar -riskju relatat mal- imġiba;
  • d) xenarji relatati mal- imġiba fejn jiġu kkunsidrati skoperturi potenzjali fuq medda iqsar ta’ żmien (eż. ħames snin); u
  • e) telf esperjenzat minn entitajiet simili jew minn entitajiet f’sitwazzjonijiet simili (eż. f’każijiet ta’ kostijiet ta’ tilwim). 4.7.6 Riskju ta’ likwidità
149. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r - riskji ta’ likwidità jew ta’ finanzjament jinħolqu …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r - riskji ta’ likwidità jew ta’ finanzjament jinħolqu meta istituzzjoni ma tkunx tista’ tissodisfa l - flussi ta' flus attwali u futuri.

150. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskji ta’ likwidità je w ta’ finanzjament jinkludu …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskji ta’ likwidità je w ta’ finanzjament jinkludu:

  • a) riskji ta’ likwidità minn terminu qasir sa terminu medju; u
  • b) riskji ta’ finanzjament.
151. L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw u jkejlu lilhom infushom skont fatturi ta’ riskju …

L- istituzzjonijiet għandhom janalizzaw u jkejlu lilhom infushom skont fatturi ta’ riskju relatati kemm ma’ entrati relatati ma’ assi kif ukoll ma’ obbligazzjonijiet, kif ukoll ma’ impenji li ma jidhrux fuq il - karta bilanċjali kif definiti fil -Linji gwida tal-EBA dwar il- proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorji (SREP).

152. L- analiżi tal -istituzzjonijiet tal- fatturi ta’ riskju għandha tqis, iżda m’għandhiex tkun …

L- analiżi tal -istituzzjonijiet tal- fatturi ta’ riskju għandha tqis, iżda m’għandhiex tkun limitata għal:

  • a) l- impatt ta’ kundizzjonijiet makroekonomiċi, eż. l - impatt tax - xokkijiet tar -rata tal- imgħax fuq il -flussi tal- flus kontinġenti;
  • b) il-munita tal-assi u l-obbligazzjonijiet inklużi entrati li ma jidhrux fil-karti bilanċjali, s abiex tirrifletti r-riskju ta’ konvertibbiltà u tfixkil possibbli fl- aċċess għal swieq tal-kambju barranin;
  • c) fejn hemm ħtiġijiet ta’ likwidità u fondi disponibbli, it- tranżazzjonijiet ta’ likwidità intragrupp u r-riskju ta’ restrizzjonijiet għat -trasferiment tal-fondi bejn il- ġurisdizzjonijiet jew l-entitajiet tal- grupp;
  • d) l-azzjonijiet li tista’ tieħu l-istituzzjoni sabiex tippreserva r-reputazzjoni jew il- frankiġja tagħha (eż. il- ħlas lura bikri ta’ obbligazzjonijiet eżerċitabbli);
  • e) l-internalizzazzjoni ta’ riskji relatati ma’ attivitajiet speċifiċi, bħal fil- każ ta’ senserija ewlenija fejn tista’ tkun meħtieġa s-simmetrija, sa ċertu punt, bejn in- naħa tal- għoti tas-self u n- naħa tat- teħid tas-self tat-titoli, jiġifieri pożizzjonijiet twal tal-klijenti huma ffinanzjati permezz tar-rikavat mill- kummerċ qasir tal-klijenti. Tali simmetrija hija soġġetta għall - imġiba tal-kontropartijiet u għaldaqstant hija sensittiva għar -riskju tar-reputazzjoni. Fil- każ ta’ tali riskju, tista’ toħloq it- tneħħija ta’ negozji li bla mistenni jħallu lill-istituzzjoni b’titoli fuq il-karta bilanċjali tagħha, flimkien mal- ħtieġa li tiffinanzjahom;
  • f) il-vulnerabbiltajiet fl-istruttura tat-terminu ta’ finanzjament minħabba avvenimenti esterni, interni jew kuntrattwali;
  • g) ir-rati run-off real istiċi taħt kundizzjonijiet normali li jaċċelleraw fi żminijiet taħt stress;
  • h) il- konċentrazzjoni fil- finanzjament; u
  • i) l-estimi ta’ tkabbir futur tal-karta bilanċjali.
153. L- istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw dawn il - fatturi ta’ risku għall - analiżijiet …

L- istituzzjonijiet għandhom jissoġġettaw dawn il - fatturi ta’ risku għall - analiżijiet tas-sensittività, li min- naħa tagħhom għandhom jipprovdu informazzjoni ta’ sfond kwantitattiva xierqa għat - tfassil tax - xenarji.

154. L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn it - tliet tipi ta’ xenarji ta’ stress li ġejjin …

L- istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawn it - tliet tipi ta’ xenarji ta’ stress li ġejjin: xenarju idjosinkratiku, xenarju għas - suq kollu u taħlita tat -tnejn. Xenarju ta’ stress idjosinkratiku għandu jassumi avvenimenti speċifiċi għall - istituzzjoni (pereżempju tnaqqis fil -klassifikazzjoni, l-inadempjenza tal-akbar kontroparti ta’ finanzjament, telf fl- aċċess għas - suq, telf tal - konvertibilità tal-munita, l-inadempjenza tal-kontroparti li tipprovdi l- ikbar influssi), filwaqt li xenarju tal - istress għas - suq kollu għandu jassumi impatt fuq grupp ta’ istituzzjonijiet jew fuq is- settur finanzjarju inġenerali (eż. deterjorament fil -kundizzjonijiet ta’ finanzjament tas- suq jew fl- ambjent makroekonomiku, jew tnaqqis fil - klassifikazzjoni ta’ pajjiżi li fihom topera l - istituzzjoni.

155. L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu meded ta’ żmien differenti fl -ittestjar tal- istress …

L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu meded ta’ żmien differenti fl -ittestjar tal- istress tagħhom: il- meded ta’ żmien għandhom ivarjaw mil - lum għal għada sa mill - inqas 12 - il xahar; għandu jkun hemm ukoll testijiet separati tal -istress relatati ma’ riskji ta’ likwidità fl- istess ġurnata. Il -medda ta’ żmien għandha turi, pereżempju, fażi akuta qasira ta’ stress (sa 30 jum sabiex jiġu koperti dawk il- perjodi mingħajr ma jkun meħtieġ li jinbidel il - mudell ta' negozju) segwita minn perjodu itwal ta’ stress inqas akut iżda aktar fit - tul (bejn tliet xhur u 12 - il xahar).

156. L- istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw l -istress tar-ri skju ta' likwidità fuq terminu …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkombinaw l -istress tar-ri skju ta' likwidità fuq terminu qasir sa terminu medju ma’ riskju ta’ finanzjament taħt stress, fejn jikkunsidraw medda ta’ mill - inqas 12- il xahar.

157. L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu sett ta’ suppożizzjonijiet ta’ mġiba avversa għall …

L- istituzzjonijiet għandhom ifasslu sett ta’ suppożizzjonijiet ta’ mġiba avversa għall -klijenti inklużi depożitanti, fornituri ta’ finanzjament oħrajn u kontropartijiet għal kull xenarju u medda ta’ żmien differenti.

158. Fit- tfassil tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ avvenimenti ta’ …

Fit- tfassil tax - xenarji, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ avvenimenti ta’ stress fuq tipi oħrajn ta’ riskju, eż. telf mir -riskju ta’ kreditu u avvenimenti ta’ riskju ta’ reputazzjoni, fuq il- pożizzjoni tal - likwidità tagħhom, u l - possibbiltà ta’ impatt ta’ bejgħ bl - għaġġla minn istituzzjonijiet oħrajn (eż. effetti konsegwenzjali) jew mir - riżerva tal - likwidità tagħhom stess fuq il -valur m inn suq għal suq ta’ assi oħrajn li għandhom.

159. Il- metodoloġija ewlenija użata għall -kalkolu tal-kobor tal- impatt għandu jkun il -profil …

Il- metodoloġija ewlenija użata għall -kalkolu tal-kobor tal- impatt għandu jkun il -profil tal-fluss tal- flus nett. Għal kull xenarju, f’kull livell ta’ stress, l - istituzzjoni tidentifika dħul ta’ flus u ħruġ ta’ flus li huma pproġettati għal kull perjodu ta’ żmien futur u l - flussi ta’ flus nett li jirriżultaw. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - aktar punt kumulattiv baxx tal -flussi ta’ flus nett fil-perjodu ta’ żmien evalwat f’kull xenarju speċifiku.

160. L-ist ituzzjonijiet għandhom jestendu l - analiżi, jekk ikun xieraq, għal metrika oħra, bħal …

L-ist ituzzjonijiet għandhom jestendu l - analiżi, jekk ikun xieraq, għal metrika oħra, bħal:

  • a) proporzjonijiet ta’ likwidità u metrika oħra użata fil- qafas, li għandu jinkludi, iżda m'għandux ikun limitat għal proporzjonijiet u metrika ta’ likwidità superviżorja, b’mod partikolari l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità u l-proporzjon nett ta’ finanzjament stabbli;
  • b) ir- riżervi ta' likwidità disponibbli tagħhom, minbarra l-proporzjonijiet imsemmija hawn fuq, u miżuri ta’ kontrobilanċ oħrajn, jiġifieri l- kapaċità ta’ kontrobilanċjar tagħhom, għal kull xenarju ta’ stress; l-ittestjar tal-istress ta’ din il-metrika għandu jkun akkumpanjat minn evalwazzjoni tal-impatt fuq il-proporzjon u n-natura ta’ assi gravati;
  • c) l-orizzont tas-sopravivenza tal-istituzzjoni kif derivat mill- kapaċità ta’ kontrobilanċjar tagħha, jiġifieri l- kapaċità tal-istituzzjoni li żżomm likwidità żejda, jew li jkollha aċċess għaliha fuq orizzonti ta’ żmien qasir, medju u twil, bħala reazzjoni għal xenarji ta’ stress kif definiti fil-Linji gwida tal-EBA dwar proċeduri u metodoloġiji komuni għal SREP, u flussi tal-flus taħt stress, meħuda flimkien, qabel u wara l-impatt tal- miżuri ta’ kontrobilanċ;
  • d) is-solvenza u l-profittabbiltà.
161. Meta japplikaw ix - xenarji tal -istress differenti, l- istituzzjonijiet għandho m jevalwaw u …

Meta japplikaw ix - xenarji tal -istress differenti, l- istituzzjonijiet għandho m jevalwaw u jenfasizzaw l- effetti ta’ kontrobilanċjar ipprovduti mill - banek ċentrali (politika monetarja) u jadottaw approċċ konservattiv.

162. Il-metrika tat-test tal-istress tal- likwidità għandha tinkludi, jekk xieraq u b’mod …

Il-metrika tat-test tal-istress tal- likwidità għandha tinkludi, jekk xieraq u b’mod partikolari għal mill- inqas il -m uniti materjali kollha, granularità għal kull munita biex tkun permessa l - analiżi ta’ suppożizzjonijiet speċifiċi għall - munita fix - xenarji (eż. il -volatilità fir-rati tal-kambju jew diskrepanzi fil-muniti).

163. Fejn xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jintegraw test tal-istress tal-likwidità …

Fejn xieraq, l - istituzzjonijiet għandhom jintegraw test tal-istress tal-likwidità fit-testijiet tal-istress għall - istituzzjoni kollha, u jqisu d -differenzi fil- perjodi ta’ żmien koperti f’testijiet tal - istress tal-likwidità minn dawk koperti f’testijiet tal- istress ta’ solvenza għall -istituzzjoni kollha. Tal- inqas, l - istituzzjonijiet għandhom jevalwaw l - impatt ta’ żieda fil -kostijiet ta’ finanzjament fuq il -P&L. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -rabta tal-kostijiet ta’ finanzjament mal-pożizzjoni tas -solvenza tista’ tinfluwenza l-kwalità tat-test tal-istress tal- likwidità, jiġifieri deterjorament bil- mod wisq fil -likwidità.

4.7.7 Riskju fir - rata tal - imgħax minn attivitajiet mhux ta’ negozjar

164. Din it- taqsima hija mingħajr preġudizzju għal -Linji gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - …

Din it- taqsima hija mingħajr preġudizzju għal -Linji gwida tal-EBA dwar il- ġestjoni tar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax li joriġina minn attivitajiet mhux ta' negozjar.

165. It-testijiet tal- istress għandhom jappoġġjaw u jkunu parti integrali mis - sistema ta’ …

It-testijiet tal- istress għandhom jappoġġjaw u jkunu parti integrali mis - sistema ta’ ġestjoni interna tar- riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax fil -portafoll bankarju (IRRBB).

166. Ix - xenarji tar -rata tal- imgħax użati għall -finijiet tal-ittestjar tal- istress, inkluż …

Ix - xenarji tar -rata tal- imgħax użati għall -finijiet tal-ittestjar tal- istress, inkluż għall -finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 98(5) tad-Direttiva 2013/36/UE għar - riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal-imgħax li joriġina minn attivitajiet mhux ta’ negozjar, għandhom ikunu adegwati sabiex jidentifikaw kull riskju materjali taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax, eż. riskju ta’ diskrepanza, riskju ta’ bażi u riskju ta’ għażla.

167. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li t -testijiet imsemmija fil- paragrafu preċedenti ma …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li t -testijiet imsemmija fil- paragrafu preċedenti ma jkunux ibbażati biss fuq sempliċi bidla parallela iżda li jqisu l -movimenti u l-bidliet fil-forma tal-kurvi tar-rendiment fl- analiżijiet tax - xenarju tagħhom.

168. L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - elementi li ġejjin: a) ir-riskju tal- firxa, li …

L- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - elementi li ġejjin:

  • a) ir-riskju tal- firxa, li jirriżulta minn rati ta’ referenza li ma jaqblux bejn il-finanzjament u investimenti mqabbla mal- ħin; u
  • b) riskji ta’ terminazzjoni bikrija inklużi f’kuntratti b’għażla inkorporata, li tista’ ġġiegħel lill-istituzzjoni tidħol fi tranżazzjoni ġdida fuq termini inqas favorevoli.
169. L-istitu zzjonijiet għandhom ikunu konxji ta’ effetti ta’ rati ta’ imgħax indiretti potenzjali …

L-istitu zzjonijiet għandhom ikunu konxji ta’ effetti ta’ rati ta’ imgħax indiretti potenzjali li jwasslu għal telf xi mkien ieħor (eż. li pass - through fuq rati ta’ self jista’ joħloq telf minn riskju ta' kreditu ieħor minħabba deterjorament fil - kapaċità tal -klijen ti li jħallsu).

170. Fejn jintużaw strumenti finanzjarji inqas kumplessi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw …

Fejn jintużaw strumenti finanzjarji inqas kumplessi, l - istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l - effett ta’ xokk billi jużaw analiżi tas - sensittività (mingħajr l -identifikazzjoni tal- oriġini tax - xokk, u permezz tas- sempliċi applikazzjoni tax - xokk għall - portafoll). Fejn istituzzjoni tuża strumenti finanzjarji aktar kumplessi li fuqhom ix - xokk għandu effetti multipli u indiretti, għandha tuża approċċi aktar avvanzati b’definizzjonijiet speċifiċi tas - sitwazzjonijiet (taħt stress) avversi li jirri flettu riskji idjosinkratiċi rilevanti.

4.7.8 Riskju tal - konċentrazzjoni

171. L-ittestjar tal- istress għandu jkunu għodda ewlenija fl -identifikazzjoni ta’ riskju …

L-ittestjar tal- istress għandu jkunu għodda ewlenija fl -identifikazzjoni ta’ riskju tal-konċentrazzjoni, peress li jippermetti lill -istituzzjonijiet jidentifikaw interdipendenzi bejn l-isko perturi, li jistgħu jitfaċċaw biss f’kundizzjonijiet taħt stress kif ukoll konċentrazzjonijiet moħbija.

172. Meta jivvalutaw dan ir-riskju fil-programmi tal-ittestjar tal- istress tagħhom, l …

Meta jivvalutaw dan ir-riskju fil-programmi tal-ittestjar tal- istress tagħhom, l -istituzzjonijiet għandhom iqisu r - riskju ta' kreditu ta’ kull skopertura iżda jqisu wkoll is -sorsi addizzjonali ta’ riskji li jinħolqu mill - imġiba simili ta’ ċerti skoperturi (jiġifieri korrelazzjoni ogħla). Dawn is -sorsi addizzjonali ta’ riskju taħt analiżi għandhom ikopru, iżda m’għandhomx ikunu biss limitati għal, dawn li ġejjin:

  • a) il- konċentrazzjonijiet b’isem wieħed (jiġifieri klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi kif definit fl-Artikolu 4(39) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013);
  • b) il- konċentrazzjonijiet settorjali;
  • c) il- konċentrazzjonijiet ġeografiċi;
  • d) il- konċentrazzjonijie t tal- prodott; u
  • e) il- konċentrazzjonijiet ta’ kollateral u ta’ garanziji.
173. Fl-ittestjar tal- istress, speċjalment fl -ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni kollha u li …

Fl-ittestjar tal- istress, speċjalment fl -ittestjar tal-istress tal- istituzzjoni kollha u li jinkludi lill - grupp, l- istituzzjonijiet għandhom jevalwaw ir -riskju tal- konċentrazzjoni billi jqisu l -iskoperturi fil- karta bilanċjali u barra minnha, kif ukoll il - pożizzjonijiet bankarji, kummerċjali u ta’ ħħeġġjar.

174. It-testijiet tal- istress għandhom iqisu l -bidliet fl-ambjent tan- negozju li jistgħu jseħħu …

It-testijiet tal- istress għandhom iqisu l -bidliet fl-ambjent tan- negozju li jistgħu jseħħu u li jwasslu għall -materjalizzazzjoni tar-riskju tal- konċentrazzjoni. B’mod partikolari, it -testijiet tal-istress għandhom iqisu bidliet mhux tas - soltu iżda plawżibbli f’korrelazzjonijiet bejn tipi varji ta’ fatturi ta’ riskju kif ukoll bidliet estremi u mhux tas -soltu fil-parametri tar-riskju, li jmorru lil hinn minn fatturi ta’ riskju waħdieni, sabiex jikkunsidraw xenarji li jqisu fatturi ta’ riskju interrelatati u li jinkludu mhux biss effetti diretti iżda wkoll effetti ta’ feedback.

175. Il- mod li bih l - iskoperturi kkonċentrati jġibu ruħhom b’reazzjoni għall -istess fatturi ta’ …

Il- mod li bih l - iskoperturi kkonċentrati jġibu ruħhom b’reazzjoni għall -istess fatturi ta’ riskju għandu jkun ikkunsidrat fit -testijiet tal- istress, inkluż ir - riskju ta’ telf għal żmien qasir addizzjonali bħala riżultat ta’ skoperturi kkonċentrati fuq il -kotba tal- bejgħ bl -imnut u ta’ kreditu korporattivi jew f’entitajiet differenti fi grupp.

176. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ skoperturi għal fattur ta’ riskju waħdieni …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - impatt ta’ skoperturi għal fattur ta’ riskju waħdieni jew ta’ diversi fatturi ta’ riskju li huma korrelatati fuq il -kotba tan-negozju.

177. Biex jivvalutaw il - livell ex ante ta’ riskju tal -kon ċ entrazzjoni u/jew l- impatt tax - …

Biex jivvalutaw il - livell ex ante ta’ riskju tal -kon ċ entrazzjoni u/jew l- impatt tax - xenarju fuq il - livell ta’ konċentrazzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom, fejn xieraq, iqisu iktar jew inqas indikaturi kumplessi, pereżempju l - Indiċi Herfindahl - Hirschmann (HHI) u l - koeffiċjenti Gini.

178. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - eżistenza potenzjali ta’ koinċidenzi bejn sorsi ta’ …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu l - eżistenza potenzjali ta’ koinċidenzi bejn sorsi ta’ konċentrazzjoni differenti. L - istituzzjonijiet m’għandhomx sempliċiment jgħoddu l -impatti tar-riskju iżda wkoll jistabbilixxu metodi ta’ aggregazzjoni li jqisu l -motivaturi sottostanti.

4.7.9 Riskju tas - self tal - kambju

179. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskju ta’ self tal- kambju: a) jista’ jinqala’ min- …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu li r -riskju ta’ self tal- kambju:

  • a) jista’ jinqala’ min- nuqqas ta’ kapaċità tal-mutwatarju mhux iħħeġġjat (jiġifieri mutwatarji tal- bejgħ bl-imnut u mutwatarji SMEs mingħajr ħeġġ naturali jew finanzjarju li huma esposti għal diskrepanza fil-munita bejn il-valuta tas-self u l-valuta tal- ħeġġ, kif definit fl-EBA/GL/2014/13) li jħallas dejn denominat f’munita differenti mill-munita tal-Istat Membru li fih ġiet awtorizzata l-istituzzjon i;
  • b) huwa relatat ma’ riskju tas- suq purament ta’ kreditu u tal-muniti barranin;
  • c) huwa kkaratterizzat minn relazzjoni mhux linearji ta’ komponenti ta’ riskju tas- suq ta’ kreditu u tal-muniti barranin;
  • d) huwa influwenzat mir-riskju tar-rata tal-kambju ġenerali; u
  • e) jista’ jirriżulta minn riskju relatat mal- imġiba.
180. Fil-programmi tal-ittestjar tal- istress tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r …

Fil-programmi tal-ittestjar tal- istress tagħhom, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu r -riskju tas-self tal-kambju li jaffettwa l- faċilitajiet ta' kreditu fin - naħa tal -assi tal- karta bilanċjali tagħhom u d-diversi sorsi ta’ riskju tiegħu, waqt li jqisu li n - nuqqas ta’ kapaċità tad - debitur li jħallas lura d - dejn tiegħu jista’ jkun ġej minn:

  • a) riskji relatati mas-sors intern ta’ dħul tad- debitur;
  • b) riskji relatati mas-sitwazzjoni ekonomika fil- pajjiż li fih il-munita hija ddenominata; u
  • c) riskju tal-kambju.
181. Meta jfasslu jew jimplimentaw ix - xenarji tat -test tal- istress tagħhom, l -istituzzjonijiet …

Meta jfasslu jew jimplimentaw ix - xenarji tat -test tal- istress tagħhom, l -istituzzjonijiet għandhom iqisu li l -impatti tar-riskju tas-self tal- kambju jista’ jirriżulta miż - żieda kemm fil -valur pendenti tad-dejn u l- fluss ta’ pagamenti biex jitħallas tali dejn, kif ukoll minn żieda fil -valur pendenti tad- dejn meta mqabbel mal -valur tal-assi kollaterali ddenonimanti fil-munita domestika.

182. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ stress billi jibdlu parametri differenti …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw xenarji ta’ stress billi jibdlu parametri differenti sabiex ikunu jistgħu jbassru prestazzjonijiet tal -portafoll ta’ kreditu tal- kambju f’każijiet differenti, bħal pereżempju:

  • a) jippreżumu l-apprezzament tar-rata tal-kambju tal-munita ospitanti b’perċentwal prestabbilit;
  • b) jippreżumu ċaqliq fir-rata tal- imgħax tal-kambju b’punt perċentwali prestabbilit; jew
  • c) jikkumbinaw dawn it-tnejn flimkien.
183. Sabiex jevalwaw il -vulnerabbiltà potenzjali, l- istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru …

Sabiex jevalwaw il -vulnerabbiltà potenzjali, l- istituzzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru telf ta’ riskju ta’ kreditu addizzjonali li jirriżulta mir -riskju ta’ self tal-kambju b’mod separat mit-telf tar- riskju ta' kreditu u mill - ammonti ta’ skoperturi għar - riskju li jirriżultaw mill - impatt tax - xenarju fuq il - fatturi ta’ riskju ta' kreditu.

184. Meta jittestjaw ir-riskju ta’ self tal- kambju taħt stress, l -isti tuzzjonijiet għandhom …

Meta jittestjaw ir-riskju ta’ self tal- kambju taħt stress, l -isti tuzzjonijiet għandhom iqisu mill - inqas:

  • a) it-tip ta’ sistema ta’ rata tal- kambju u kif din jista’ jkollha impatt fuq l -evoluzzjoni tar-rata tal-kambju bejn il- munita domestika u dik barranija;
  • b) l-impatt tas-sensittività ta’ movimenti tar-rata tal- kambju fuq il-klassifikazzjoni/is-sistema ta’ evalwazzjoni tal-kreditu ta’ mutwatarju u l- kapaċità ta’ servisjar tad - dejn;
  • c) il- konċentrazzjoni potenzjali tal -attività tas- self f’munita barranija waħda jew f’numru limitat ta’ muniti barranin ferm korrelatati;
  • d) il- konċentrazzjoni potenzjali ta’ attività ta’ self f’ċerti setturi speċifiċi tal -ekonomija, fil-munita tal- pajjiż, li għandhom negozju ewlieni f’pajjiżi jew fi swieq b’munita barranija u l - evoluzzjoni korrispondenti ta’ setturi bħal dawn ferm korrelatati ma’ muniti barranin; u
  • e) il- kapaċità li jiżguraw finanzjament għal dan it - tip ta’ portafoll; għall -istituzzjonijiet li japplikaw mudelli interni għall -kalkolu tar- rekwiżiti tal -kapital ta’ riskju ta’ kreditu, ir-riskju addizzjonali relatat ma’ self f’muniti barranin għandu jkun rifless f’piżijiet ta’ riskju ogħla ta’ tali assi, u l - lista mhux eżawrjenti ta’ varjabbli użata fil - mudelli għandha tinkludi diskrepanzi fir-rati tal- imgħax, proporzjonijiet bejn is -self u l-valur (LTV), il-korrelazzjoni inkroċjata u l-volatilità tal-munita.
185. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu d - dgħufiji sinifikanti possibbli li jistgħu jinħolqu …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu d - dgħufiji sinifikanti possibbli li jistgħu jinħolqu f’mudelli interni b’sottovalutazzjoni possibbli tad-deprezzament tal-munita b’konnessjoni mal- kapaċità tal- klijent li jħallas id - dejn tiegħu, filwaqt li jqisu dawn l - elementi indikattivi li ġejjin:

  • a) il- politiki monetarji waqt perjodu ta’ kriżi spiss huma ffukati fuq l -istimulazzjoni tal-ekonomija reali billi jnaqqsu b’mod sinifikanti r -rati tal- imgħax ta’ referenza, b’informazzjoni potenzjalment qarrieqa minn mudelli interni dwar dawn l - effetti indiretti; u
  • b) l-apprezzament tal- munita jista’ jkun parzjalment ikkompensat minn rati ta’ imgħax imnaqqsa u dan jista’ joħloq sottovalutazzjoni tar -riskju relatat mas-self tal-kambju peress li, f’ambjenti b’r ata ta’ imgħax żero, tali kompromess jista’ ma jkunx possibbli fuq medda twila ta’ żmien.
186. Waqt li jivvalutaw l -impatt potenzjali tas-self tal- kambju fuq il - qligħ f’ċertu xenarju, l …

Waqt li jivvalutaw l -impatt potenzjali tas-self tal- kambju fuq il - qligħ f’ċertu xenarju, l - istituzzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, jinkludu s -sistema legali u l- ġ urisdizzjoni rilevanti, li jistgħu jġiegħlu lill -istituzzjonijiet jiddenominaw self tal-kambju fil-munita domestika b’rati tal-kambju ferm aktar baxxi minn dawk tas - suq.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/