+Linja Gwida 4: Ittestjar tal-istress
|
Linja Gwida 4: Ittestjar tal-istress
4.1 Għall - finijiet tat - testijiet tal - istress imsemmija fl - Artikolu 32(2) tal - RTS, l - ASPSP għandu jkollu fis - seħħ proċessi sabiex jistabbilixxu u jivvalutaw il - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata meta tkun soġġetta għal għadd estremament għoli ta’ talbiet minn PISPs, AISPs u CBPIIs, f’termini tal - impatt li dan l - istress ikollu fuq id - disponibbiltà u l - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata u l - miri definiti tal - livell tas - servizz. 4.2 L- ASPSP għandu jwettaq ittestjar adegwat tal - istress tal - interfaċċa ddedikata li jinkludi iżda li mhuwiex limitat għal: - a. il - kapaċità li tappoġġa l - aċċess minn diversi PISPs, AISPs u CBPIIs;
- b. il - kapaċità li tittratta għadd estremament għoli ta’ talbiet minn PISPs, AISPs u CBPIIs, f’perjodu qasir ta’ żmien mingħajr ma tfalli;
- c. l - użu ta’ għadd estremament għoli ta’ sessjonijiet konkomitanti miftuħa fl - istess ħin għal talbiet ta’ bidu ta’ pagament, informazzjoni dwar il - kontijiet u konferma dwar id - disponibbiltà tal - fondi; u
- d. talbiet għal volumi kbar ta’ data. 4.3 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti sommarju tar - riżultati tat - testijiet tal - istress, inklużi s - suppożizzjonijiet użati bħala bażi għall - ittestjar tal - istess ta’ kull wieħed mill - elementi fl - ittri (a) sa (d) tal - Linja Gwida 4.2 hawn fuq u kif ġiet indirizzata kwalunkwe kwistjoni identifikata.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|