+3. Linji Gwida
---+Linja Gwida 1: Issodisfar tal- kundizzjonijiet stabbiliti fl -Artikolu 33(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389
---+Linja Gwida 2: Livell, disponibbiltà u prestazzjoni tas - servizz
---+Linja Gwida 3: Pubblikazzjoni tal -istatistika
---+Linja Gwida 4: Ittestjar tal-istress
---+Linja Gwida 5: Ostakoli
---+Linja Gwida 6: Tfassil u ttestjar għas - sodisfazzjon tal -PSPs
---+Linja Gwida 7: Użu wiesa’ tal - interfaċċa
---+Linja Gwida 8: Soluzzjoni tal -problemi
---+Linja Gwida 9: Konsultazzjoni mal -EBA
|
3. Linji Gwida
3. Linji Gwida
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Linja Gwida 1: Issodisfar tal- kundizzjonijiet stabbiliti fl -Artikolu 33(6) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389
|
1.1. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jiġġestixxi l - kont (ASPSP) bħala li jkun issodisfa l - erba’ kundizzjonijiet stabbiliti fl - Artikolu 33(6) tal - RTS meta l - ASPSP ikun konformi mar - rekwiżiti stabbiliti fil - Linji Gwida 2 sa 8, soġġett għall - konformità mar - rekwiżiti stabbiliti fil - PSD2 u fl - RTS. 1.2. L- ASPSPs għandhom jipprovdu lill - awtoritajiet kompetenti l - informazzjoni neċessarja sabiex jissodisfaw lill - awtoritajiet kompetenti li r - rekwiżiti fil - Linji Gwida 2 sa 8 ġew issodisfati.
|
|
Linja Gwida 2: Livell, disponibbiltà u prestazzjoni tas - servizz
|
2.1. L- ASPSP għandu jiddefinixxi l - indikaturi ewlenin tal - prestazzjoni (KPIs) u l - miri tal - livell tas - servizz, inkluż għas - soluzzjoni tal - problemi, l - appoġġ barra s - sigħat normali, il - monitoraġġ, il - pjanijiet ta’ kontinġenza u l - manutenzjoni għall - interfaċċa ddedikata tiegħu, li jkunu mill - anqas stretti daqs dawk għall - interfaċċa/i magħmulin disponibbli għall - utenti tas - servizzi ta’ pagament (PSUs) tiegħu stess biex jaċċessaw direttament il - kontijiet ta’ pagament online tagħhom. 2.2. L- ASPSP għandu jiddefinixxi bħala minimu, il - KPIs li ġejjin tad - disponibbiltà tal - interfaċċa ddedikata: - a. l - uptime għal kull jum tal - interfaċċi kollha; u
- b. id - downtime għal kull jum tal - interfaċċi kollha.
2.3. Minbarra l - KPIs dwar id - disponibbiltà fil - Linja Gwida 2.2, l - ASPSP għandu jiddefinixxi, bħala minimu, il - KPIs li ġejjin għall - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata: - a. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament (PISP) bl - informazzjoni kollha mitluba skont l - Artikolu 66(4)(b) tal - PSD2 u l - Artikolu 36(1)(b) tal - RTS;
- b. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - fornitur ta’ servizz ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet (AISP) bl - informazzjoni kollha mitluba skont l - Artikolu 36(1)(a) tal - RTS;
- c. il - medja tal - ħin ta’ kuljum (f’millisekondi) meħuda, għal kull talba, biex l - ASPSP jipprovdi lill - emittent ta’ strument ta’ pagament permezz ta’ kard (CBPII) jew lill - PISP b’konferma “iva/le” skont l - Artikolu 65(3) tal - PSD2 u l - Artikolu 36(1)(c) tal - RTS;
- d. ir - rata ta’ rispons għall - iżbalji ta’ kuljum – ikkalkulata bħala l - għadd ta’ messaġġi ta’ żbalji li jirrigwardaw żbalji attribwibbli lill - ASPSP mibgħuta mill - ASPSP lill - PISPs, lill - AISPs u lis - CBPIIs skont l - Artikolu 36(2) tal - RTS kull jum, diviż bl - għadd ta’ talbiet riċevuti mill - ASPSP mingħand l - AISPs, il - PISPs u s - CBPIIs fl - istess jum.
2.4. Sabiex jiġu kkalkulati l - indikaturi tad - disponibbiltà stabbiliti fil - Linja Gwida 2.2 għall - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu: - a. jikkalkula l - perċentwal tal - uptime bħala 100% tnaqqas minnu l - perċentwal tad - downtime;
- b. jikkalkula l - perċentwal ta’ downtime billi juża l - għadd totali ta’ sekondi li l - interfaċċa ddedikata ma kinitx qiegħda taħdem f’perjodu ta’ 24 siegħa, li jibda u jintemm f’nofsillejl;
- c. iqis l - interfaċċa bħala “mhux qiegħda taħdem” meta ħames talbiet konsekuttivi għall - aċċess għall - informazzjoni għall - forniment ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, servizzi ta’ informazzjoni dwar il - kontijiet jew konferma tad - disponibbiltà ta’ fondi ma jiġux imwieġba fi żmien totali ta’ 30 sekonda, irrispettivament minn jekk dawn it - talbiet joriġinawx minn PISP, AISP jew CBPII wieħed jew aktar. F’każ bħal dan, l - ASPSP għandu jikkalkula d - downtime mill - mument li jkun irċieva l - ewwel talba fis - sensiela ta’ ħames talbiet konsekuttivi li ma ġewx imwieġba fi żmien 30 sekonda, bil - kundizzjoni li ma jkunx hemm talba bejn dawk il - ħames talbiet li għaliha tkun ġiet ipprovduta tweġiba.
|
|
Linja Gwida 3: Pubblikazzjoni tal -istatistika
|
3.1 Għall - finijiet tal - Artikolu 32(4) tal - RTS, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti tiegħu pjan għall - pubblikazzjoni ta’ statistika ta’ kuljum fuq bażi trimestrali dwar id - disponibbiltà u l - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata kif stabbilit fil - Linji Gwida 2.2 u 2.3, u ta’ kull waħda mill - interfaċċi magħmulin disponibbli għall - PSUs tiegħu sabiex jaċċessaw direttament il - kontijiet ta’ pagament online tagħhom, flimkien ma’ informazzjoni dwar fejn tkun se tiġi ppubblikata din l - istatistika u d - data tal - ewwel pubblikazzjoni. 3.2 Il - pubblikazzjoni msemmija fil - Linja Gwida 3.1 hawn fuq għandha tippermetti lill - PISPs, lill - AISPs, lis - CBPIIs u lill - PSUs li jqabblu d - disponibbiltà u l - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata mad - disponibbiltà u l - prestazzjoni ta’ kull waħda mill - interfaċċi magħmulin disponibbli mill - ASPSP għall - PSUs tiegħu sabiex jaċċessaw direttament il - kontijiet ta’ pagament online tagħhom fuq bażi ta’ kuljum.
|
|
Linja Gwida 4: Ittestjar tal-istress
|
4.1 Għall - finijiet tat - testijiet tal - istress imsemmija fl - Artikolu 32(2) tal - RTS, l - ASPSP għandu jkollu fis - seħħ proċessi sabiex jistabbilixxu u jivvalutaw il - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata meta tkun soġġetta għal għadd estremament għoli ta’ talbiet minn PISPs, AISPs u CBPIIs, f’termini tal - impatt li dan l - istress ikollu fuq id - disponibbiltà u l - prestazzjoni tal - interfaċċa ddedikata u l - miri definiti tal - livell tas - servizz. 4.2 L- ASPSP għandu jwettaq ittestjar adegwat tal - istress tal - interfaċċa ddedikata li jinkludi iżda li mhuwiex limitat għal: - a. il - kapaċità li tappoġġa l - aċċess minn diversi PISPs, AISPs u CBPIIs;
- b. il - kapaċità li tittratta għadd estremament għoli ta’ talbiet minn PISPs, AISPs u CBPIIs, f’perjodu qasir ta’ żmien mingħajr ma tfalli;
- c. l - użu ta’ għadd estremament għoli ta’ sessjonijiet konkomitanti miftuħa fl - istess ħin għal talbiet ta’ bidu ta’ pagament, informazzjoni dwar il - kontijiet u konferma dwar id - disponibbiltà tal - fondi; u
- d. talbiet għal volumi kbar ta’ data. 4.3 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti sommarju tar - riżultati tat - testijiet tal - istress, inklużi s - suppożizzjonijiet użati bħala bażi għall - ittestjar tal - istess ta’ kull wieħed mill - elementi fl - ittri (a) sa (d) tal - Linja Gwida 4.2 hawn fuq u kif ġiet indirizzata kwalunkwe kwistjoni identifikata.
|
|
Linja Gwida 5: Ostakoli
|
5.1 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti: - a. sommarju tal - metodu/i ta’ twettiq tal - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni tal - PSUs li huma appoġġati mill - interfaċċa ddedikata, jiġifieri ridirezzjoni, diżakkoppjat, inkorporat jew kombinazzjoni tagħhom; u
- b. spjegazzjoni tar - raġunijiet għaliex il - metodu/i ta’ twettiq tal - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni msemmija fil - paragrafu (a) mhuwiex/mhumiex ostaklu, kif imsemmi fl - Artikolu 32(3) tal - RTS, u kif tali metodu/i jippermetti/jippermettu lill - PISPs u lill - AISPs jibbażaw fuq il - proċeduri ta’ awtentikazzjoni kollha pprovduti mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu, flimkien ma’ evidenza li l - interfaċċa ddedikata ma tagħtix lok għal dewmien jew frizzjoni mhux meħtieġa fl - esperjenza disponibbli għall - PSUs meta jaċċessaw il - kont tagħhom permezz ta’ PISP, AISP jew CBPII jew għal kwalunkwe attribut ieħor, inklużi passi mhux meħtieġa jew superfluwi jew l - użu ta’ lingwaġġ mhux ċar jew skoraġġanti, li b’mod dirett jew indirett jiddisswadu lill - PSUs milli jużaw is - servizzi ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs.
5.2 Bħala parti mill - ispjegazzjoni msemmija fl - ittra (b) tal - Linja Gwida 5.1, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti b’konferma li: - a. l - interfaċċa ddedikata ma tipprevjenix il - PISPs u l - AISPs milli jibbażaw fuq il - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni pprovduta/i mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu;
- b. ma hija meħtieġa l - ebda awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni addizzjonali mill - PISPs, l - AISPs jew is - CBPIIs, għajr dawk imposti fl - Artikoli 11, 14 u 15 tal - PSD2;
- c. ma hemm ebda kontroll addizzjonali mill - ASPSP dwar il - kunsens, kif imsemmi fl - Artikolu 32(3) tal - RTS, mogħti mill - PSU lill - PISP jew lill - AISP biex jaċċessa l - informazzjoni dwar il - kont(ijiet) ta’ pagament miżmuma mal - ASPSP jew biex jibda pagamenti; u
- d. ma jitwettaq ebda kontroll dwar il - kunsens mogħti mill - PSU lis - CBPII skont l - ittra (a) tal - Artikolu 65(2) tal - PSD2.
|
|
Linja Gwida 6: Tfassil u ttestjar għas - sodisfazzjon tal -PSPs
|
6.1 Għall - finijiet li tintwera l - konformità mar - rekwiżit fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS rigward it - tfassil tal - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti: - a. evidenza li l - interfaċċa ddedikata tissodisfa r - rekwiżiti legali għall - aċċess u d - data fil - PSD2 u fl - RTS,inklużi:
- i. deskrizzjoni tal - ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li l - ASPSP ikun implimenta; u
- ii. sommarju ta’ kif l - implimentazzjoni ta’ dawn l - ispeċifikazzjonijiet tissodisfa r - rekwiżiti fil - PSD2 u fl - RTS; u
- b. informazzjoni dwar jekk, u jekk iva kif, l - ASPSP kien involut ma’ PISPs, AISPs u CBPIIs.
6.2 Għall - finijiet ta’ dawn il - Linji Gwida, “inizjattiva tas - suq” tfisser grupp ta’ partijiet ikkonċernati li jkunu żviluppaw speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi għal interfaċċi ddedikati u, b’dan il - mod, ikunu kisbu input minn PISPs, AISPs u CBPIIs. 6.3 Fejn l - ASPSP ikun qiegħed jimplimenta standard żviluppat b’inizjattiva tas - suq: - a. l - informazzjoni msemmija fil - punt (i) tal - ittra (a) tal - Linja Gwida 6.1 tista’ tikkonsisti minn informazzjoni dwar liema standard ta’ inizjattiva tas - suq l -A SPSP ikun qiegħed jimplimenta, jekk iddevjax jew le f’xi aspett speċifiku minn tali standard, u jekk iva, kif iddevja u kif jissodisfa r - rekwiżiti fil - PSD2 u fl - RTS;
- b. l - informazzjoni msemmija fil - punt (ii) tal - ittra (a) tal - Linja Gwida 6.1 tista’ tinkludi, fejn ikunu disponibbli, ir - riżultati tal - ittestjar tal - konformità żviluppat mill - inizjattiva tas - suq, li jikkonfermaw il - konformità tal - interfaċċa mal - istandard rispettiv tal - inizjattiva tas - suq.
6.4 Għall - finijiet tar - rekwiżit fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS rigward l - ittestjar tal - interfaċċa ddedikata, l - ASPSP għandu jagħmel l - ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal - interfaċċa ddedikata disponibbli għall - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs awtorizzati jew għall - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw mal - awtoritajiet kompetenti tagħhom għall - awtorizzazzjoni rilevanti skont l - Artikolu 30(3) tal - RTS, inkluż, bħala minimu, li jippubblika sommarju tal - ispeċifikazzjoni tal - interfaċċa ddedikata fuq is - sit web tiegħu skont it - tielet subparagrafu tal - Artikolu 30(3) tal - RTS. 6.5 Il - faċilità tal - ittestjar għandha tippermetti lill - ASPSPs, lill - PISPs, AIPSs u CBPIIs awtorizzati jew lill - fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu applikaw mal - awtoritajiet kompetenti tagħhom għall - awtorizzazzjoni rilevanti, li jittestjaw l - interfaċċa ddedikata f’ambjent ta’ ttestjar sigur u ddedikat, b’data dwar PSU mhux reali, għal dawn li ġejjin: - a. konnessjoni stabbli u sigura;
- b. l - abbiltà tal - ASPSPs u tal - PISPs, AISPs u CBPIIs awtorizzati, li jiskambjaw iċ - ċertifikati rilevanti skont l - Artikolu 34 tal - RTS;
- c. l - abbiltà li tibgħat u tirċievi messaġġi ta’ żball skont l - Artikolu 36(2) tal - RTS;
- d. l - abbiltà tal - PISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, ordnijiet għall - bidu ta’ pagament u l - abbiltà tal - ASPSPs li jipprovdu l - informazzjoni mitluba skont l - ittra (b) tal - Artikolu 66(4) tal - PSD2 u l - ittra (b) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS;
- e. l - abbiltà tal - AISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, talbiet għall - aċċess għad - data tal - kontijiet ta’ pagament, u l - abbiltà tal - ASPSPs li jipprovdu l - informazzjoni mitluba skont l - ittra (a) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS;
- f. l - abbiltà tas - CBPIIs u tal - PISPs li jibagħtu, u tal - ASPSPs li jirċievu, talbiet mingħand is - CBPIIs u l - PISPs u l - abbiltà tal - ASPSP li jibgħat konferma “iva/le” lis - CBPIIs u lill - PISPs skont l - ittra
- (c) tal - Artikolu 36(1) tal - RTS; u
- g. l - abbiltà tal - PISPs u tal - AISPs li jibbażaw fuq il - proċeduri kollha ta’ awtentikazzjoni pprovduti mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu. 6.6 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti sommarju tar - riżultati tal - ittestjar imsemmi fl - Artikolu 30(5) tal - RTS għal kull wieħed mill - elementi li jridu jiġu ttestjati skont l - ittri (a) sa (g) tal - paragrafu 6.5 hawn fuq, inkluż l - għadd ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs li użaw il - faċilità tal - ittestjar, il - feedback li rċieva l - ASPSP mingħand dawn il - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs, il - kwistjonijiet identifikati u deskrizzjoni ta’ kif dawn il - kwistjonijiet ġew indirizzati.
6.7 Għall - finijiet li jiġi valutat jekk l - ASPSP jissodisfax ir - rekwiżiti fl - ittra (b) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - awtorità kompetenti tista’ tikkunsidra wkoll kwalunkwe problema rrappurtata lilha mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs fir - rigward tal - Linja Gwida 6.5 hawn fuq.
|
|
Linja Gwida 7: Użu wiesa’ tal - interfaċċa
|
7.1 Għall - finijiet li tintwera l - konformità mar - rekwiżit fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti: - a. deskrizzjoni tal - użu tal - interfaċċa ddedikata għall - perjodu msemmi fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6), li tinkludi iżda mhijiex limitata għal:
1. l - għadd ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs li użaw l - interfaċċa sabiex jipprovdu servizzi lill - klijenti; u 2. l - għadd ta’ talbiet mibgħuta minn dawk il - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs lill - ASPSP permezz tal - interfaċċa ddedikata, li ġew imwieġba mill - ASPSP. - b. evidenza li l - ASPSP għamel l - isforzi raġonevoli kollha biex jiżgura użu wiesa’ tal - interfaċċa ddedikata, inkluż billi jikkomunika d - disponibbiltà tagħha permezz ta’ kanali xierqa, inkluż, fejn rilevanti, is - sit web tal - ASPSP, il - midja soċjali, korpi kummerċjali tal - industrija, konferenzi u l - involviment dirett mal - atturi magħrufa tas - suq.
7.2 Minbarra l - evidenza msemmija fil - Linja Gwida 7.1, l - awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll l - informazzjoni riċevuta fil - kuntest tal - Linji Gwida 6 u 8 meta tkun qiegħda tivvaluta jekk l - ASPSP jissodisfax jew le r - rekwiżit fl - Artikolu 33(6)(c) tal - RTS. 7.3 Il - perjodu ta’ 3 xhur imsemmi fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS jista’ jkun fl - istess ħin mal - ittestjar imsemmi fl - Artikolu 30(5) tal - RTS.
|
|
Linja Gwida 8: Soluzzjoni tal -problemi
|
8.1 Għall - finijiet tal - Artikolu 32(1) u l - ittra (d) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti: - a. informazzjoni dwar is - sistemi jew il - proċeduri fis - seħħ sabiex jiġu ttraċċati, solvuti u magħluqa l - problemi, b’mod partikolari dawk irrappurtati mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs; u
- b. spjegazzjoni tal - problemi, b’mod partikolari dawk irrappurtati mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs, li ma jkunux ġew solvuti skont il - miri tal - livell tas - servizz stabbiliti fil - Linja Gwida 2.1.
|
|
Linja Gwida 9: Konsultazzjoni mal -EBA
|
9.1 Meta jikkonsultaw lill -EBA skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill - EBA l - Formola ta’ Valutazzjoni stabbilita fl - Anness 1 fir - rigward ta’ kull talba għal eżenzjoni li jkun beħsiebhom jagħtu. L - awtoritajiet kompetenti ma għandhom jieħdu l - ebda deċiżjoni fir - rigward tal - eżenzjoni qabel l - ewwel waħda minn meta jirċievu l - kummenti tal -EBA dwar it - talba jew xahar mid - data li l - awtorità kompetenti tkun ikkonsultat lill -EBA. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b’mod xieraq il - kummenti tal - EBA meta jieħdu kwalunkwe deċiżjoni dwar it - talba. 9.2 B’deroga mil - Linja Gwida 9.1, sal - 31 ta’ Diċembru 2019, l - awtoritajiet kompetenti li jkunu nnotifikaw lill - EBA li huma konformi ma’ dawn il - Linji Gwida jistgħu jipproċedu biex jagħtu eżenzjoni bil - kundizzjoni li jkunu kkonsultaw lill - EBA billi infurmawha bl - intenzjoni tagħhom li jagħtu l - eżenzjoni billi użaw il - Formola ta’ Valutazzjoni stabbilita fl - Anness 1. F’każ bħal dan, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jissottomettu l - Formola ta’ Valutazzjoni tagħhom li tkopri ASPSP wieħed jew aktar. 9.3 L- awtoritajiet kompetenti li jkunu rrifjutaw li jeżentaw ASPSP mill - obbligu li jistabbilixxi l - mekkaniżmu ta’ kontinġenza msemmi fl - Artikolu 33(4) tal - RTS minħabba li l - interfaċċa ddedikata tiegħu ma tikkonformax mal - kundizzjonijiet stabbiliti fl - Artikolu 33(6) tal - RTS u mar - rekwiżiti tal - Linji Gwida 2 sa 8, għandhom jissottomettu lill - EBA l - Formola ta’ Valutazzjoni fl - Anness 1 mingħajr dewmien żejjed. Il - valutazzjoni negattiva għandha tiġi pprovduta għat - talbiet miċħuda kollha sabiex tingħata eżenzjoni skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS. 9.4 Fejn ASPSP ikun parti minn grupp b’sussidjarji fi Stati Membri differenti li se jużaw l - istess interfaċċa ddedikata, kull waħda mill - awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l - Istati Membri għandha: - a. tinforma mingħajr dewmien bla bżonn lill - awtoritajiet kompetenti rilevanti l - oħra jekk ikunx beħsiebha tirrifjuta li tagħti eżenzjoni; u
- b. fuq talba mill - awtoritajiet kompetenti l - oħra u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu ta’ kunfidenzjalità, tinforma lill - awtoritajiet kompetenti l - oħra dwar ir - raġunijiet tagħha għaliex ikun beħsiebha tirrifjuta milli tagħti eżenzjoni u, fejn ikun rilevanti, dwar il - kwistjonijiet irrappurtati mill - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs lill - awtorità kompetenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|