+33. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- valutazzjoni tal - …
|
33. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- valutazzjoni tal - …
Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ mutwatarji f'pajjiżi terzi għandha ssir abbażi tal - prinċipji li ġejjin, fejn xieraq, kif speċifikat fid - Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/KE: - (a) qabel il - konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu, fuq il - bażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, il - mutwant jivvaluta l - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, fejn xieraq miksuba mill - mutwatarju u, fejn meħtieġ, abbażi ta' konsultazzjoni tal- bażi ta’ data rilevanti;
- (b) jekk il- partijiet jaqblu li jbiddlu l -ammont totali ta’ kreditu wara l- konklużjoni tal - kuntratt ta’ kreditu, il- mutwant għandu jaġġorna l - informazzjoni finanzjarja għad - dispożizzjoni tiegħu dwar il - mutwatarju u għandu jivvaluta l - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju qabel kwalunkwe żieda sinifikanti fl - ammont totali ta’ kreditu;
- (c) il- mutwant għandu jagħmel valutazzjoni bir - reqqa tal - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju qabel jikkonkludi kuntratt ta’ kreditu, filwaqt li jqis b’mod xieraq il - fatturi rilevanti għall - verifika tal- prospett li l - mutwatarju jissodisfa l - obbligi tiegħu jew tagħha skont il- kuntratt ta’ kreditu;
- (d) il- proċeduri u l - informazzjoni li fuqhom hija bbażata l - valutazzjoni għandhom jiġu dokumentati u miżmuma;
- (e) il- valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja m’għandhiex tiddependi b’mod predominanti mill- fatt li l - proprjetà immobbli residenzjali taqbeż l -ammont tal-kreditu jew il-preżunzjoni li l - valur tal - proprjetà immobbli residenzjali ser jogħla, sakemm l - iskop tal - kuntratt ta’ kreditu mhuwiex li proprjetà immobbli residenzjali tinbena jew tiġi rinnovata;
- (f) il- mutwant ma għandux ikun jista’ jikkanċella jew jibdel il - kuntratt ta’ kreditu ladarba jkun ġie konkluż għad -detriment tal- mutwatarju fuq il - bażi li l - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja twettqet ħażin;
- (g) il- mutwant għandu jagħmel il - kreditu disponibbli lill - mutwatarju biss meta r - riżultat tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja jindika li l - obbligi li jirriżultaw mill -kuntratt ta’ kreditu x’aktarx li jintlaħqu skont kif meħtieġ skont dak il - kuntratt;
- (h) l-a ffidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju tiġi valutata mill - ġdid abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl -ammont totali ta’ kreditu wara l- konklużjoni tal - kuntratt ta’ kreditu sakemm tali kreditu addizzjonali ma jkunx ġ ie previst u inkluż fil - valutazzjoni oriġinali tal - affidabbiltà kreditizja.
Kriterji biex ikun determinat l - għarfien espert tal - oriġinatur jew tal - mutwant oriġinali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|