+4. Kriterji relatati mas- sempliċità
---+10. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(1) tar- Regolament (UE) 2017/2402 u sabiex tkun sostanzjata l …
---+11. Il- konferma tal - aspetti li għalihom hemm referenza fil - paragrafu 10 għandha tinkiseb billi …
---+12. L- opinjoni legali msemmija fil - paragrafu 11 għandha tkun aċċessibbli u titqiegħed għad - …
---+13. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-dokumentazzjoni …
---+14. Għall - finijiet ta l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskattatur tal- …
---+15. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, immaniġġar tal - portafoll …
---+16. It-tekniki tal- immaniġġar tal - portafoll li ma għandhomx jitqiesu bħala mmaniġġar tal - …
---+17. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- kriterji għandhom …
---+18. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, li “jissodisfaw il …
---+19. Il- kriterji ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu applikati għall - iskoperturi sottostanti skont …
---+20. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, “obbligi li jkunu …
---+21. Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi bi flussi ta’ …
---+22. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi għandhom …
---+23. Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards ta’ …
---+24. Il- konformità ma’ dan ir - rekwiżit m’għandhiex tistabbilixxi l - obbligu li la l - oriġinatur …
---+25. Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, bidliet materjali għall …
---+26. Bidliet għal dawn l - istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jitqiesu materjali fejn jirreferu …
---+27. L- iżvelar tal - bidliet kollha għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni għandu jinkludi …
---+28. Fir- rigward ta’ riċevibbli tan - negozju li ma jkunux oriġinati fil - forma ta’ self …
---+29. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- pula ta’ skoperturi …
---+30. Self residenzjali li ġie sottoskritt imma li ma kienx ikkummerċjalizzat fuq il - premessa li l …
---+31. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- “informazzjoni” …
---+32. Informazzjoni rilevanti għal ipoteki residenzjali ġenerali li ma jiġġenerawx dħul normalment …
---+33. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- valutazzjoni tal - …
---+34. Għall - finijiet li jiġi ddeterminat jekk oriġinatur jew mutwant oriġinali għandux għarfien …
---+35. Oriġinatur jew mutwant oriġinali għandhom jitqiesu li għandhom l - għarfien espert meħtieġ meta …
---+36. Għall - finijiet ta’ turija tan - numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien …
---+37. Għall - finijiet tal - ewwel subparagrafu tal -Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402 …
---+38. Fejn oriġinatur jew mutwant oriġinali ma jkunx istituzzjoni u għalhekk ma jkunx soġġett għar - …
---+39. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi …
---+40. Il- projbizzjoni tal - għażla u t - trasferiment lill - SSPE ta’ skoperturi sottostanti “lil …
---+41. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard tal- “aħjar …
---+42. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir- rekwiżit li jiġu …
---+43. Ir- rekwiżit imsemmi fl -Artikolu 20(11)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402 għandu jkun limitat …
---+44. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- iskoperturi …
---+45. Ir- rekwiżit fil - paragrafu preċedenti għandu jitqies li ġie sodisfat fejn japplika wieħed …
---+46. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 201 7/2402, aktar avvanzi f'termini …
---+47. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- pagament imsemmi fir - …
---+48. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(13) tar- Regolament (UE) 2017/2402, tranżazzjonijiet fejn …
---+49. Fejn m’hemmx skoperturi sottostanti fit - titolizzazzjoni li jiddependu mill - bejgħ ta’ assi …
---+50. L- eżenzjoni msemmija fit - tieni subparagrafu tal -Artikolu 20(13) tar-Regolament (UE) …

4. Kriterji relatati mas- sempliċità

4.1 Bejgħ veru, assenjament jew trasferiment bl - istess effett legali, rappreżentazzjonijiet u garanziji (Artikolu 20(1) - (6))

Bejgħ veru, assenjament jew trasferiment bl - istess effett legali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
10. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(1) tar- Regolament (UE) 2017/2402 u sabiex tkun sostanzjata l …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(1) tar- Regolament (UE) 2017/2402 u sabiex tkun sostanzjata l - fiduċja ta’ partijiet terzi, inkluż partijiet terzi li jivverifikaw konformità sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS) skont l-Artikolu 28 ta' dak ir-Regolament u l- awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw ir - rekwiżiti speċifikati hemmhekk, għandhom jiġu pprovduti dawn kollha li ġejjin:

  • (a) konferma tal - bejgħ veru jew konferma li, skont il - qafas nazzjonali applikabb li, l-assenjament jew it- trasferiment jissegregaw l - iskoperturi sottostanti mill - bejjiegħ, il - kredituri u l- likwidaturi tagħhom, inkluż f’każ ta’ insolvenza tal - bejjiegħ bl - istess effett legali bħal dak miksuba permezz ta’ bejgħ veru;
  • (b) konferma tal - eżegwibbiltà ta’ bejgħ veru, assenjazzjoni jew trasferiment veri bl -istess effett legali msemmi fil - punt (a) kontra l- bejjiegħ jew kwalunkwe parti terza oħra, skont il- qafas legali nazzjonali applikabbli;
  • (c) valutazzjoni tar - riskji ta’ rkupru severi u riskji ta’ karatterizzazzjoni mill- ġdid.
11. Il- konferma tal - aspetti li għalihom hemm referenza fil - paragrafu 10 għandha tinkiseb billi …

Il- konferma tal - aspetti li għalihom hemm referenza fil - paragrafu 10 għandha tinkiseb billi tingħata opinjoni legali pprovduta minn konsulent legali estern kwalifikat, ħlief fil - każ ta’ ħruġ ripetut fi strutturi ta' titolizzazzjoni awtonomi jew fiduċjarji prinċipali li jużaw l -istess mekkaniżmu legali għat - trasferiment, inkluż każijiet fejn il - qafas legali huwa l -istess.

12. L- opinjoni legali msemmija fil - paragrafu 11 għandha tkun aċċessibbli u titqiegħed għad - …

L- opinjoni legali msemmija fil - paragrafu 11 għandha tkun aċċessibbli u titqiegħed għad - dispożizzjoni ta’ kwalunkwe parti terza rilevanti li tivverifika l - konformità tal -STS skont l-Artikolu 28 tar- Regolament (UE) 2017/2402 u kwalunkwe awtorità kompetenti rilevanti minn fost dawk imsemmija fl -Artikolu 29 ta’ dak ir-regolament.

Deterjorament sever fis -sitwazzjoni tal- kwalità kreditizja tal - bejjiegħ

13. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-dokumentazzjoni …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tidentifika, fir -rigward tal-iskattaturi tad- “deterjorament sever fis - sitwazzjoni tal- kwalità kreditizja tal - bejjiegħ”, limiti dwar il - kwalità kreditizja li jistgħu jkunu osservati b’mod objettiv u relatati mas - saħħa finanzjarja tal - bejjiegħ. Insolvenza tal - bejjiegħ

14. Għall - finijiet ta l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskattatur tal- …

Għall - finijiet ta l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskattatur tal- “insolvenza tal - bejjiegħ” għandu jirreferi, tal - inqas, għal avvenimenti ta’ insolvenza legali kif definiti fl - oqsfa legali nazzjonali.

4.2 Kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ skoperturi sottostanti, immaniġġar tal - portafoll attiv (Artikolu 20(7))

Immaniġġar tal - portafoll attiv

15. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, immaniġġar tal - portafoll …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, immaniġġar tal - portafoll attiv għandha tinftiehem bħala immaniġġar tal - portafoll li għalih tapplika waħda minn dawn li ġejjin:

  • (a) immaniġġar tal - portafoll jagħmel il - prestazzjoni tat - titolizzazzjoni dipendenti kemm mill- prestazzjoni tal - iskoperturi sottostanti kif ukoll mill - prestazzjoni tal - immaniġġar tal- portafoll tat -titolizzazzjoni , u b’hekk iwaqqaf lill - investitur milli jimmudella r -riskju tal-kreditu tal- iskoperturi sottostanti mingħajr ma jikkunsidra l - istrateġija tal - immaniġġar tal - portafoll tal - maniġer tal - portafoll;
  • (b) l- immaniġġar tal - portafoll jitwettaq għal skopijiet spekulattivi bil - għan li jikseb prestazzjoni aħjar, rendiment miżjud, ritorn finanzjarju globali jew benefiċċju purament finanzjarju jew ekonomiku.
16. It-tekniki tal- immaniġġar tal - portafoll li ma għandhomx jitqiesu bħala mmaniġġar tal - …

It-tekniki tal- immaniġġar tal - portafoll li ma għandhomx jitqiesu bħala mmaniġġar tal - portafoll attiv jinkludu:

  • (a) sostituzzjoni jew xiri mill- ġdid ta’ skoperturi sottostanti minħabba l -ksur ta’ rappreżentazzjonijiet jew garanziji;
  • (b) sostituzzjoni jew xiri mill- ġdid tal - iskoperturi sottostanti li huma soġġetti għal tilwima jew investigazzjoni regolatorja biex jiffaċilitaw ir -r iżoluzzjoni tat -tilwima jew it-tmiem tal- investigazzjoni;
  • (c) riforniment ta’ skoperturi sottostanti biż - żieda ta' skoperturi sottostanti bħala sostituti għal skoperturi amortizzati jew inadempjenti matul il - perjodu rotanti;
  • (d) l- akkwist ta’ skoperturi sottostanti ġodda matul il - perjodu “ramp up” biex jinġieb il - valur tal - iskoperturi sottostanti mal - valur tal - obbligi tat - titolizzazzjoni;
  • (e) ix-xiri mill- ġdid ta’ skoperturi sottostanti fil -kuntest tal- eżerċizzju ta’ għażliet eżerċitabbli eżawrjenti, skont l -Artikolu 244(3)(g) tar- Regolament (UE) 2017/2401;
  • (f) xiri mill- ġdid ta’ skoperturi inadempjenti biex jiffaċilitaw il - proċess ta’ rkupru u likwidazzjoni fir -rigward ta’ dawk l- iskoperturi;
  • (g) ix-xiri mill- ġdid ta’ skoperturi sottostanti skont l- obbligu ta’ xiri mill - ġdid f’konformità mal-Artikolu 20(13) tar-Regolament (UE) 2017/2402.

Kriterji ta’ eliġibbiltà ċari

17. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- kriterji għandhom …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- kriterji għandhom jinftiehmu bħala “ċari” fejn il- konformità magħhom hija possibbli li tiġi ddeterminata minn qorti jew tribunal, bħala kwistjoni ta’ liġi jew fatt jew it - tnejn li huma.

Kriterji ta’ eliġibilità li għandhom jiġu sodisfati għal skoperturi trasferiti lill -SSPE wara l-għeluq tat - tranżazzj oni

18. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, li “jissodisfaw il …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(7) tar- Regolament (UE) 2017/2402, li “jissodisfaw il -kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall - iskoperturi sottostanti inizjali” għandha tinftiehem li tfisser kriterji ta’ eliġibbiltà li huma konformi ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) fir -rigward tat- titolizzazzjonijiet normali, huma mhumiex inqas stretti mill -kriterji ta’ eliġibbiltà applikati għall - iskoperturi sottostanti inizjali fl - għeluq tat - tranżazzjoni;
  • (b) fir - rigward ta’ titolizzazzjonijiet li joħorġu serje multipla ta’ titoli inklużi fiduċjarji prinċipali, mhumiex inqas stretti mill - kriterji ta’ eliġibilità applikati għall - iskoperturi sottostanti inizjali fil - ħruġ l - iktar riċenti, bir - riżultati li l - kriterji ta’ eliġibilità jistgħu jvarjaw minn għeluq għal għeluq, mal - ftehim tal - partijiet tat -titolizzazzjoni u skont id-dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni.
19. Il- kriterji ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu applikati għall - iskoperturi sottostanti skont …

Il- kriterji ta’ eliġibbiltà li għandhom jiġu applikati għall - iskoperturi sottostanti skont il - paragrafu 18 għandhom jiġu speċifikati fid -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni u għandhom jirreferu għall - kriterji ta’ eliġibbiltà applikati fil - livell tal - iskopertura.

4.3 Omoġeneità, obbligi tal - iskoperturi sottostanti, flussi ta’ pagamenti perjodiċi, l - ebda titolu trasferibbli (Artikolu 20(8))

Obbligi kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli

20. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, “obbligi li jkunu …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, “obbligi li jkunu kuntrattwalment vinkolanti u eżegwibbli, b’rikors sħiħ għad - debituri u, fejn japplika, il -garanti” għandhom jinftiehmu li jirreferu għall - obbligi kollha li jinsabu fl - ispeċifikazzjoni kuntrattwali tal - iskoperturi sottostanti li huma rilevanti għall - investituri minħabba li jaffettwaw kwalunkwe obbligu mid - debitur u, fejn japplika, mill - garanti li jagħmel pagamenti jew jipprovdi garanzija.

Skoperturi bi flussi ta’ pagamenti perjodiċi

21. Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi bi flussi ta’ …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi bi flussi ta’ pagamenti perjodiċi definiti għandhom jinkludu:

  • (a) skoperturi pagabbli f'pagament wieħed fil - każ ta’ titolizzazzjoni rotanti, kif imsemmi fl - Artikolu 20(12) tar- Regolament (UE) 2017/2402;
  • (b) skoperturi relatati ma’ faċilitajiet ta’ karti tal - kreditu;
  • (c) skoperturi b’pagamenti li jikkonsistu f'imgħax u fejn il - kapital jitħallas lura mal - maturità, inkluż ipoteki ta’ mgħax biss;
  • (d) skoperturi b’pagamenti li jikkonsistu f’imgħax u ripagament ta’ parti mill - kapital, fejn waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfata:
  • (i) il- kapital li jifdal ikun ripagat mal - maturità;
  • (ii) ir- ripagament tal- kapital huwa dipendenti mill - bejgħ ta’ assi li jassiguraw l - iskopertura, skont l -Artikolu 20(13) tar-Regolament (UE) 2017/2402 u l-paragrafi 47 sa 49 ;
  • (e) skoperturi b’pawżi mill - pagamenti temporanji kif miftiehem b’kuntratt bejn id - debitur u l-mutwant.

4.4 Standards dwar is - sottoskrizzjoni, għarfien espert tal - oriġinatur (Artikolu 20(10))

Skoperturi simili

22. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi għandhom …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi għandhom jitqiesu li huma simili meta waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfata:

  • (a) l- iskoperturi jappartjenu għal waħda mill - kategoriji ta’ assi li ġejjin imsemmija fir - Regolament Delegat li jispeċifikaw b’mod ulterjuri liema skoperturi sottostanti huma meqjusa omoġenji skont l -Artikoli 20(8) u 24(15) tar- Regolament (UE) 2017/2402:
  • (i) self residenzjali garantit b’ipoteka waħda jew aktar fuq proprjetà immobbli residenzjali, jew self residenzjali garantit kompletament minn fornitur ta’ protezzjoni eliġibbli fost dawk imsemmija fl -Artikolu 201(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jikkwalifikaw għall -iskala 2 tal-kw alità kreditizja jew aktar kif stabbilit fil - Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 ta’ dak ir- regolament;
  • (ii) self kummerċjali garantit b’ipoteka waħda jew aktar fuq proprjetà immobbli kummerċjali jew bini kummerċjali ieħor;
  • (iii) faċilitajiet ta’ kreditu pprovduti lil individwi għal skopijiet ta’ konsum personali, tal- familja jew tal - unità domestika;
  • (iv) self għal jew kirjiet ta’ karozzi;
  • (v) riċevibbli fuq karti ta' kreditu;
  • (vi) riċevibbli tan - negozju;
  • (b) l- iskoperturi jaqgħu taħt il -kategorija tal- assi ta’ faċilitajiet ta' kreditu pprovduti lil intrapriżi u korporazzjonijiet mikro, żgħar, ta’ daqs medju u tipi oħra inkluż self u kirjiet, kif imsemmi fl -Artikolu 2(d) tar- Regolament Delegat li jispeċifika aktar liema skoperturi sottostanti huma meqjusa omoġenji skont l -Artikoli 20 (8) u 24(15) tar-Regolament (UE) 2017/2402, bħala skoperturi sottostanti ta’ ċertu tip ta’ debitur;
  • (c) fejn ma jappartjenu għal ebda waħda mill - kategoriji ta’ assi msemmija fil - punti (a) u (b) ta’ dan il- paragrafu u kif imsemmi fir - Regolament Delegat li jispeċifikaw aktar liema skoperturi sottostanti huma meqjusa omoġenji għall - finijiet tal -Artikoli 20 (8) u 24(15) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- iskoperturi sottostanti għandhom karatteristiċi simili fir -rigward tat- tip ta’ debitur, gradazzjoni ta’ drittijiet ta’ sigurtà, tip ta’ proprjetà immobbli u/jew ġurisdizzjoni.

Standards ta’ sottoskrizzjoni li mhumiex inqas stretti

23. Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards ta’ …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati għal skoperturi titolizzati għandhom jiġu mqabbla mal -istandards ta’ sottoskrizzjoni applikati għal skoperturi simili fil -mument tal- oriġinazzjoni tal - iskoperturi titolizzati.

24. Il- konformità ma’ dan ir - rekwiżit m’għandhiex tistabbilixxi l - obbligu li la l - oriġinatur …

Il- konformità ma’ dan ir - rekwiżit m’għandhiex tistabbilixxi l - obbligu li la l - oriġinatur u lanqas il - mutwant or iġinali ma jżommu skoperturi simili fuq il -karta tal- bilanċi tagħhom fil -mument tal-għażla tal - iskoperturi titolizzati jew fil - mument eżatt tat - titolizzazzjoni tagħhom, u lanqas m’għandha teħtieġ li skoperturi simili kienu fil - fatt oriġinaw fil -mument tal- oriġinazzjoni tal - iskoperturi titolizzati.

Żvelar ta’ bidliet materjali mill - istandards ta’ sottoskrizzjoni preċedenti

25. Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, bidliet materjali għall …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20 (10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, bidliet materjali għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni li huma meħtieġa li jiġu żvelati kompletament għandhom jinftiehmu bħala dawk il - bidliet materjali għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni li huma applikati għall - iskoperturi li huma trasferiti lil, jew assenjati minn, l -SSPE wara l- għeluq tat -titolizzazzjoni fil -kuntest tal- immaniġġar tal - portafoll kif imsemmi fil - paragrafi 15 u 16.

26. Bidliet għal dawn l - istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jitqiesu materjali fejn jirreferu …

Bidliet għal dawn l - istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jitqiesu materjali fejn jirreferu għal xi wieħed mit - tipi ta’ bidliet li ġejjin għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni:

  • (a) bidliet li jaffettwaw ir - rekwiżit tas - similarità tal - istandards ta’ sottoskrizzjoni speċifikati aktar fir - Regolament Delegat li jispeċifikaw aktar liema skoperturi sottostanti huma meqjusa omoġenji skont l -Artikoli 20(8) u 24(15) tar- Regolament (UE) 2017/2402;
  • (b) bidliet li jaffettwaw materjalment ir -riskju tal- kreditu globali jew il - prestazzjoni medja mistennija tal- portafoll ta’ skoperturi sottostanti mingħajr ma jirriżultaw f’approċċ i sostanzjalment differenti għall - valutazzjoni tar -riskju tal- kreditu assoċjati mal - iskoperturi sottostanti.
27. L- iżvelar tal - bidliet kollha għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni għandu jinkludi …

L- iżvelar tal - bidliet kollha għall - istandards ta’ sottoskrizzjoni għandu jinkludi spjegazzjoni tal - iskop ta’ dawn il - bidliet.

28. Fir- rigward ta’ riċevibbli tan - negozju li ma jkunux oriġinati fil - forma ta’ self …

Fir- rigward ta’ riċevibbli tan - negozju li ma jkunux oriġinati fil - forma ta’ self, referenza għal standards ta’ sottoskrizzjoni fl -Artikolu 20(10) għandha tinftiehem li tirreferi għal standards ta’ kreditu applikati mill - bejjiegħ għal kreditu ta’ terminu qasir ġeneralment tat - tip li jagħti lok għall - iskoperturi titolizzati u proposti lill - klijenti tiegħu fir -rigward tal- bejgħ tal - prodotti u s - servizzi tiegħu.

Self residenzjali

29. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- pula ta’ skoperturi …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- pula ta’ skoperturi sottostanti m a għandhomx jinkludu self residenzjali li kienu kemm kummerċjalizzati kif ukoll sottoskritti skont il- premessa li l - applikant għas - self jew l - intermedjarji ġew mgħarrfin li l - informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill -mutwant.

30. Self residenzjali li ġie sottoskritt imma li ma kienx ikkummerċjalizzat fuq il - premessa li l …

Self residenzjali li ġie sottoskritt imma li ma kienx ikkummerċjalizzat fuq il - premessa li l - applikant għas - self jew l - intermedjarji kienu ġew mgħarrfin li l - informazzjoni pprovduta tista’ ma tkunx verifikata mill - mutwant, jew isiru mgħarrfa wara li s - self ikun sottoskritt, mhumiex koperti minn dan ir - rekwiżit.

31. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- “informazzjoni” …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- “informazzjoni” pprovduta għandha titqies bħala informazzjoni rilevanti biss. Ir - relevanza tal - informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq jekk l - informazzjoni hijiex kejl ta’ sottoskrizzjoni rilevanti, bħal informazzjoni kkunsidrata rilevanti għall - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ mutwatarju, għall - valutazzjoni tal - aċċess għall - kollateral u għat - tnaqqis tar - riskju ta’ frodi.

32. Informazzjoni rilevanti għal ipoteki residenzjali ġenerali li ma jiġġenerawx dħul normalment …

Informazzjoni rilevanti għal ipoteki residenzjali ġenerali li ma jiġġenerawx dħul normalment għandha titqies li tikkostitwixxi dħul, u informazzjoni relevanti għal ipoteki residenzjali li jiġġeneraw id - dħul għandhom normalment jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu dħul mil l-kiri. Informazzjoni li mhix utli bħala kejl ta’ sottoskrizzjoni, bħalma huma n -numri tat- telefon ċellulari, m’għandhiex titqies bħala informazzjoni relevanti.

Rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi

33. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- valutazzjoni tal - …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja ta’ mutwatarji f'pajjiżi terzi għandha ssir abbażi tal - prinċipji li ġejjin, fejn xieraq, kif speċifikat fid - Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/KE:

  • (a) qabel il - konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kreditu, fuq il - bażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, il - mutwant jivvaluta l - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, fejn xieraq miksuba mill - mutwatarju u, fejn meħtieġ, abbażi ta' konsultazzjoni tal- bażi ta’ data rilevanti;
  • (b) jekk il- partijiet jaqblu li jbiddlu l -ammont totali ta’ kreditu wara l- konklużjoni tal - kuntratt ta’ kreditu, il- mutwant għandu jaġġorna l - informazzjoni finanzjarja għad - dispożizzjoni tiegħu dwar il - mutwatarju u għandu jivvaluta l - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju qabel kwalunkwe żieda sinifikanti fl - ammont totali ta’ kreditu;
  • (c) il- mutwant għandu jagħmel valutazzjoni bir - reqqa tal - affidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju qabel jikkonkludi kuntratt ta’ kreditu, filwaqt li jqis b’mod xieraq il - fatturi rilevanti għall - verifika tal- prospett li l - mutwatarju jissodisfa l - obbligi tiegħu jew tagħha skont il- kuntratt ta’ kreditu;
  • (d) il- proċeduri u l - informazzjoni li fuqhom hija bbażata l - valutazzjoni għandhom jiġu dokumentati u miżmuma;
  • (e) il- valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja m’għandhiex tiddependi b’mod predominanti mill- fatt li l - proprjetà immobbli residenzjali taqbeż l -ammont tal-kreditu jew il-preżunzjoni li l - valur tal - proprjetà immobbli residenzjali ser jogħla, sakemm l - iskop tal - kuntratt ta’ kreditu mhuwiex li proprjetà immobbli residenzjali tinbena jew tiġi rinnovata;
  • (f) il- mutwant ma għandux ikun jista’ jikkanċella jew jibdel il - kuntratt ta’ kreditu ladarba jkun ġie konkluż għad -detriment tal- mutwatarju fuq il - bażi li l - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja twettqet ħażin;
  • (g) il- mutwant għandu jagħmel il - kreditu disponibbli lill - mutwatarju biss meta r - riżultat tal - valutazzjoni tal - affidabbiltà kreditizja jindika li l - obbligi li jirriżultaw mill -kuntratt ta’ kreditu x’aktarx li jintlaħqu skont kif meħtieġ skont dak il - kuntratt;
  • (h) l-a ffidabbiltà kreditizja tal - mutwatarju tiġi valutata mill - ġdid abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl -ammont totali ta’ kreditu wara l- konklużjoni tal - kuntratt ta’ kreditu sakemm tali kreditu addizzjonali ma jkunx ġ ie previst u inkluż fil - valutazzjoni oriġinali tal - affidabbiltà kreditizja.

Kriterji biex ikun determinat l - għarfien espert tal - oriġinatur jew tal - mutwant oriġinali

34. Għall - finijiet li jiġi ddeterminat jekk oriġinatur jew mutwant oriġinali għandux għarfien …

Għall - finijiet li jiġi ddeterminat jekk oriġinatur jew mutwant oriġinali għandux għarfien espert fl - oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati skont l -Artikolu 20(10) tar-Regolament (UE) 2017/2402, iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

  • (a) il- membri tal - korp maniġerjali tal - oriġin atur jew tal- mutwant oriġinali u l - persunal ta’ livell għoli, għajr il - membri tal - korp maniġerjali, responsabbli mill - immaniġġar tal - oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati għandu jkollhom għarfien u ħiliet xierqa fl - oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati;
  • (b) kwalunkwe wieħed mill - prinċipji li ġejjin dwar il - kwalità tal - għarfien espert għandu jittieħed in kunsiderazzjoni:
  • (i) ir-rwol u d-dmirijiet tal- membri tal - korp maniġerjali u tal - persunal ta’ livell għo li u l- kapaċitajiet meħtieġa għandhom ikunu adegwati;
  • (ii) l- esperjenza tal - membri tal - korp maniġerjali u l - persunal ta’ livell għoli miksuba f'pożizzjonijiet preċedenti, l -edukazzjoni u t- taħriġ għandhom ikunu biżżejjed;
  • (iii) l- involviment tal - membri tal - korp maniġ erjali u l- persunal ta’ livell għoli fl - istruttura ta’ governanza tal - funzjoni fl - oriġinazzjoni tal - iskoperturi għandu jkun xieraq;
  • (iv) fil - każ ta’ entità regolata b’mod prudenti, l -awtorizzazzjonijiet regolatorji jew il-permessi miżmuma mill - entità għandhom jitqiesu rilevanti għall - oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati.
35. Oriġinatur jew mutwant oriġinali għandhom jitqiesu li għandhom l - għarfien espert meħtieġ meta …

Oriġinatur jew mutwant oriġinali għandhom jitqiesu li għandhom l - għarfien espert meħtieġ meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) in-negozju tal- entità, jew tal- grupp konsolidat li għalih tappartjeni l - entità għal finijiet ta’ kontabilità jew prudenzjali, inkluda l - oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili għal dawk titolizzati, għal mill - inqas ħames snin;
  • (b) fejn ir - rekwiżit imsemmi fil - punt (a) ma jiġix issodisfat, l - oriġinatur jew il -mutwant oriġinali għandu jitqies li għandu l - għarfien espert meħtieġ li jikkonforma maż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
  • (i) tal- inqas tnejn mill - membri tal - korp maniġerjali għandhom esperjenza professjonali rilevanti fl - oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili għal dawk titolizzati, fuq livell personali, ta’ mill - inqas ħames snin;
  • (ii) persunal ta’ livell għoli, għajr membri tal - korp maniġerjali, li huma responsabbli mill- immaniġġar tal - oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili għal dawk titolizzati tal - enti tà, għandhom esperjenza professjonali relevanti fl - oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati, fuq livell personali, ta’ mill - inqas ħames snin.
36. Għall - finijiet ta’ turija tan - numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien …

Għall - finijiet ta’ turija tan - numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien espert rilevanti għandu jiġi żvelat f’biżżejjed dettall u f’konformità mar - rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli biex l - investituri jkunu jistgħu jwettqu l - obbligi tagħhom skont l -Artikolu 5(3)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402. 4.5 L- ebda skopertura f’inadempjenza u għal debituri/garanti bi kreditu indebolit (Artikolu 20(11))

Skoperturi fl - inadempjenza

37. Għall - finijiet tal - ewwel subparagrafu tal -Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402 …

Għall - finijiet tal - ewwel subparagrafu tal -Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskoperturi f’inadempjenza għandhom jiġu interpretati fit - tifsi ra tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) 575/2013, kif speċifikat aktar mir -Regolament Delegat dwar il-limitu tal-materjalità għall - obbligi ta’ kreditu skaduti żviluppati skont l -Artikolu 178 ta’ dak ir-Regolament, u mil-Linji Gwida tal-EBA dwar l- applik azzjoni tad- definizzjoni ta’ inadempjenza żviluppata skont l-Artikolu 178(7) ta’ dak ir-regolament.

38. Fejn oriġinatur jew mutwant oriġinali ma jkunx istituzzjoni u għalhekk ma jkunx soġġett għar - …

Fejn oriġinatur jew mutwant oriġinali ma jkunx istituzzjoni u għalhekk ma jkunx soġġett għar - Regolament (UE) 575/2013, l- oriġinatur jew il - mutwant oriġinali għandhom jikkonformaw mal - gwida pprovduta fil - paragrafu preċedenti sal - punt li tali applikazzjoni ma titqiesx li hija piż żejjed. F’dak il - każ, l - oriġinatur jew il - mutwant oriġinali għandhom japplikaw il - proċessi stabbiliti u l - informazzjoni miksuba minn debituri dwar l - oriġinazzjoni tal - iskoperturi, l - informazzjoni miksuba mingħand l - oriġinatur matul il - ġestjoni tal - iskoperturi, jew matul il - proċedura ta’ ġestjoni tar - riskju tiegħu jew l - informazzjoni innotifikata lill - oriġinatur minn parti terza.

Skoperturi għal debitur jew garanti bi kreditu indebolit

39. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iċ - ċirkostanzi speċifikati fil - punti (a) sa (c) ta’ dak il- paragrafu għandhom jinftiehmu bħala definizzjonijiet ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu. Ċirkostanzi possibbli oħra ta’ diffikultajiet marbutin ma’ kreditu li mhumiex imsemmija fil - punti (a) sa (c) għandhom jiġu kkunsidrati bħala esklużi minn dan ir - rekwiżit.

40. Il- projbizzjoni tal - għażla u t - trasferiment lill - SSPE ta’ skoperturi sottostanti “lil …

Il- projbizzjoni tal - għażla u t - trasferiment lill - SSPE ta’ skoperturi sottostanti “lil debitur jew garanti bi kreditu indebolit” kif imsemmi fl -Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402 għandha tinftiehem bħala r - rekwiżit li, fil - perjodu tal - għażla, għandu jkun hemm rikors għall - ammont sħiħ ta’ skopertura titolizzata għal m ill- inqas parti waħda li mhix indebolita mill - kreditu, irrispettivament minn jekk dik il - parti hijiex debitur jew garanti. Għalhekk, l - iskoperturi sottostanti m'għandhomx jinkludu xi wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) skoperturi għal debitur bi kreditu indebolit, meta ma jkunx hemm garanti għall - ammont sħiħ ta’ skoperturi titolizzati;
  • (b) skoperturi għal debitur bi kreditu indebolit li għandu garanti bi kreditu indebolit.

Sa fejn jaf l - oriġinatur jew il - mutwanti oriġinali

41. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard tal- “aħjar …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-istandard tal- “aħjar għarfien” għandu jitqies li ġie sodisfat abbażi tal - informazzjoni miksuba biss minn kwalunkwe kombinazzjoni ta’ sorsi u ċirkostanzi li ġejjin:

  • (a) debituri dwar l - oriġinazzjoni tal - iskoperturi;
  • (b) l- oriġinatur matul il - ġestjoni tiegħu tal - iskoperturi jew matul il - proċeduri ta’ ġestjoni tar- riskju tiegħu;
  • (c) notifikazzjonijiet lill - oriġinatur minn parti terza;
  • (d) informazzjoni disponibbli b’mod pubbliku jew informazzjoni dwar kwalunkwe entrata f'reġistru tal - kreditu wieħed jew aktar ta’ persuni bi storja ta’ kreditu avversa fil - mument tal- oriġinazzjoni ta’ skopertura sottostanti, biss sal - punt li din l - informazzjoni kienet diġà ġiet ikkunsidrata fil - kuntest ta’ (a), (b) u (c), u skont ir - rekwiżiti regolatorji u superviżorji applikabbli, inkluż fir - rigward ta’ kriterji ta’ għoti ta’ kreditu sodi kif speċifikat fl -Artikolu 9 tar- Regolament (UE) 2017/2402. Dan huwa bl - eċċezzjoni ta’ ammonti riċevibbli tan - negozju li mhumiex oriġinati fil - forma ta’ self, li fir -rigward tagħhom il -kri terji ta’ għoti ta’ kreditu m’hemmx għalfejn jiġu sodisfati.

Skoperturi għal debituri jew garanti bi kreditu indebolit li jkunu għaddew minn proċess ta’ ristrutturar tad-dejn

42. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir- rekwiżit li jiġu …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir- rekwiżit li jiġu esklużi skoperturi għal debituri jew garanti bi kreditu indebolit li jkunu għaddew minn proċess ta’ ristrutturar tad- dejn fir -rigward tal- iskoperturi mhux produttivi tagħhom għandhom jinftiehmu li jirreferu kemm għall - iskoperturi ristrutturati tad - debitur jew tal - garanti rispettivi kif ukoll għal dawk tal- iskoperturi tiegħu li ma kinux huma stess soġġetti għal ristrutturar. Għall - finijiet ta’ dan l- Artikolu, skoperturi ristrutturati li jissodisfaw il -kundizzjonijiet tal- punti (i) u (ii) ta’ dak l-Ar tikolu m’għandhomx jirriżultaw f’debitur jew garanti li jiġu nominati li għandhom kreditu indebolit.

Reġistru ta’ kreditu

43. Ir- rekwiżit imsemmi fl -Artikolu 20(11)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402 għandu jkun limitat …

Ir- rekwiżit imsemmi fl -Artikolu 20(11)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402 għandu jkun limitat għal skoperturi għal debituri jew garanti li għalihom japplikaw iż - żewġ rekwiżiti li ġejjin fil - mument tal- oriġinazzjoni tal - iskopertura sottostanti:

  • (a) id- debitur jew il - garanti huwa identifikat espliċitament f’reġistru ta’ kreditu bħala entità bi storja kreditizja negattiva minħabba status negattiv jew informazzjoni negattiva maħżuna fir - reġistru tal - kreditu;
  • (b) id- debitur jew il - garanti jkun fuq ir - reġistru ta’ kreditu għal raġunijiet li huma relevanti għall - iskopijiet tal - valutazzjoni tar -riskju tal-kreditu.

Riskju li l- ħlasijiet miftiehma b’kuntratt li ma jsirux huma sinifikament ogħla milli għal skoperturi komparabbli

44. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- iskoperturi …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(11)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- iskoperturi m’għandhomx jiġu kkunsidrati li għandhom “klassifikazzjoni tal - kreditu jew evalwazzjoni tal -kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il- pagamenti kuntrattwalment maqbulin huwa ferm ogħla minn dak ta’ skoperturi komparabbli miżmuma mill - oriġinatur li mhumiex titolizzati” meta japplikaw il - kundizzjonijiet li ġejjin:

  • (a) il- fatturi l - iktar rilevanti li jiddet erminaw il- prestazzjoni mistennija tal - iskoperturi sottostanti huma simili;
  • (b) bħala riżultat tas - similarità imsemmija fil - punt (a) setgħet raġonevolment tkun mistennija, abbażi ta’ indikazzjonijiet bħal prestazzjoni fil - passat jew mudelli applikabbli, li tul il- ħajja tat - tranżazzjoni jew fuq perjodu massimu ta’ erba’ snin, meta l- ħajja tat - tranżazzjoni tkun itwal minn erba’ snin, il - prestazzjoni tagħhom ma tkunx differenti b’mod sinifikanti.
45. Ir- rekwiżit fil - paragrafu preċedenti għandu jitqies li ġie sodisfat fejn japplika wieħed …

Ir- rekwiżit fil - paragrafu preċedenti għandu jitqies li ġie sodisfat fejn japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi li huma kklassifikati bħala dubjużi, indeboliti, improduttivi jew ikklassifikati li għandhom effett simili skont il - prinċipji tal - kontabilità relevanti;
  • (b) l- iskoperturi sottostanti ma jinkludux skoperturi li l - kwalità tal - kreditu tagħhom, ibbażata fuq klassifikazzjonijiet tal - kreditu jew limiti oħra tal - kwalità tal - kreditu, ivarjaw b’mod sinifikanti mill - kwalità tal - kreditu ta’ skoperturi komparabbli li l - oriġ inatur joriġina matul l - operazzjonijiet ta’ self standard tiegħu u l - istrateġija tar -riskju tal-kreditu.

4.6 Tal - inqas sar pagament wieħed (Artikolu 20(12))

Il- kamp ta’ applikazzjoni tal -kriterju

46. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 201 7/2402, aktar avvanzi f'termini …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 201 7/2402, aktar avvanzi f'termini ta’ skopertura għal ċertu mutwatarju ma għandhomx jitqiesu li jiskattaw rekwiżit ġdid ta’ “tal - inqas pagament wieħed” fir - rigward ta’ tali skopertura.

Tal- inqas pagament wieħed

47. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- pagament imsemmi fir - …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(12) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- pagament imsemmi fir - rekwiżit li skont dan “tal - inqas pagament wieħed” kellu jsir fil -mument tat- trasferiment għandu jkun kiri, kapital jew il - pagament ta’ mgħax jew kwalunkwe tip ieħor ta’ pagament.

4.7 L- ebda dipendenza predominanti fuq il - bejgħ tal - assi (Artikolu 20(13))

Dipendenza predominanti fuq il - bejgħ tal -assi

48. Għall - finijiet tal -Artikolu 20(13) tar- Regolament (UE) 2017/2402, tranżazzjonijiet fejn …

Għall - finijiet tal -Artikolu 20(13) tar- Regolament (UE) 2017/2402, tranżazzjonijiet fejn japplikaw il- kundizzjonijiet kollha li ġejjin, fil -mument tal- oriġinazzjoni tat -t itolizzazzjoni f'każijiet ta’ titolizzazzjoni amortizzata jew matul il- perjodu rotanti f’każijiet ta’ titolizzazzjoni rotanti, għandhom jitqiesu li ma jiddependux prinċipalment mill - bejgħ ta’ assi li jiżguraw l - iskoperturi sottostanti, u għalhekk ippermettew:

  • (a) il- bilanċ prinċipali pendenti miftiehem kuntrattwalment, mal - maturità tal -kuntratt tal-iskoperturi sottostanti li jiddependu mill - bejgħ tal - assi li jiżguraw dawk l - iskoperturi sottostanti biex jitħallas lura l - bilanċ prinċipali, jikkorrispondi għal mhu x aktar minn 50 % tal- valur tal - iskopertura totali inizjali tal - pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kollha tat - titolizzazzjoni;
  • (b) il-maturitajiet tal- iskoperturi sottostanti msemmija fil - punt (a) mhumiex soġġetti għal konċentrazzjonijiet materjali u huma mqassma tajjeb biżżejjed matul il - ħajja tat - tranżazzjoni;
  • (c) il- valur tal - iskopertura aggregat tal - iskoperturi sottostanti kollha msemmija fil - punt (a) għal debitur wieħed ma jaqbiżx it -2 % tal- valur tal - iskopertura aggregat tal - iskoperturi sottostanti kollha fit -titolizzazzjoni.
49. Fejn m’hemmx skoperturi sottostanti fit - titolizzazzjoni li jiddependu mill - bejgħ ta’ assi …

Fejn m’hemmx skoperturi sottostanti fit - titolizzazzjoni li jiddependu mill - bejgħ ta’ assi għar - ripagament tal - bilanċ kapitali pendenti tagħhom mal - maturità tal -kuntratt, ir- rekwiżiti tal - paragrafu 48 m’għandhomx japplikaw.

Eżenzjoni prevista fit - tieni subparagrafu tal -Artikolu 20(13) tar-Regolament (UE) 2017/2402

50. L- eżenzjoni msemmija fit - tieni subparagrafu tal -Artikolu 20(13) tar-Regolament (UE) …

L- eżenzjoni msemmija fit - tieni subparagrafu tal -Artikolu 20(13) tar-Regolament (UE) 2017/2402 fir -rigward tar- ripagament tad - detenturi ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li l - iskoperturi sottostanti tagħhom huma garantiti minn assi, li l - valur tagħhom huwa garantit jew mitigat kompletament minn obbligu ta’ xiri mill - ġdid jew tal-assi li jassiguraw l- iskoperturi sottostanti jew tal- iskoperturi sottostanti nfushom minn parti terza oħra jew partijiet terzi oħra, il- bejjiegħ jew il - partijiet terzi għandhom jissodisfaw iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • (a) mhumiex insolventi;
  • (b) m’h emm l- ebda raġuni biex wieħed jemmen li l - entità ma tkunx tista’ tissodisfa l - obbligi tagħha skont il -garanzija jew l- obbligu tax -xiri mill- ġdid.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/