+68. Għall - finijiet tad - determinar ta’ jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ …

68. Għall - finijiet tad - determinar ta’ jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ …

Għall - finijiet tad - determinar ta’ jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati skont l -Artikolu 21(8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

  • (a) il- membri tal - korp maniġerjali tal - ġestur u l - persunal ta’ livell għoli, għajr membri tal - korp maniġerjali, responsabbli mill - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati għandu jkollhom għarfien u ħiliet adegwati fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati;
  • (b) kwalunkwe wieħed mill - prinċipji li ġejjin dwar il -kwalit à tal - għarfien espert għandu jitqies fid -determinar tal- għarfien espert:
  • (i) ir-rwol u d-dmirijiet tal- membri tal - korp maniġerjali u tal - persunal ta’ livell għoli u l- kapaċitajiet meħtieġa għandhom ikunu adegwati;
  • (ii) l- esperjenza tal - membri tal - korp maniġerjali u l- persunal ta’ livell għoli miksuba f'pożizzjonijiet preċedenti, l -edukazzjoni u t- taħriġ għandhom ikunu biżżejjed;
  • (iii) l- involviment tal - membri tal - korp maniġerjali u l - persunal ta’ livell għoli fi ħdan l- istruttura ta’ governanza tal - funzjoni ta’ ġestjoni t al- iskoperturi għandu jkun xieraq;
  • (iv) fil - każ ta’ entità regolata b’mod prudenti, l -awtorizzazzjonijiet regolatorji jew il-permessi miżmuma mill - entità għandhom jitqiesu rilevanti għall - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ simili għal dawk titolizzati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/