+5. Kriterji relatati mal-istandardizzazzjoni
---+51. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402 sabiex ir - riskji taċ - …
---+52. Fejn il- mitigazzjoni xierqa tar - riskji taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax u tal - kambju …
---+53. Fejn il-mitigazzjoni tar- riskji taċ - ċaqliq tar -rata tal- imgħax u tal- kambju msemmija fl - …
---+54. Il- miżuri msemmija fil - paragrafi 52 u 53 , kif ukoll ir - raġunament li jsostni l …
---+55. Għall - fini tal -Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi fil - pula ta’ …
---+56. Għall - f inijiet tal-Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, standards komuni fil - …
---+57. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li …
---+58. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(3) tar- Regolament (UE) 2017/2402, formula għandha titqies …
---+59. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar- Regolament (UE) 2017/2402, lista ta’ “ċirkostanzi …
---+60. Minħabba n - natura ta’ “ċirkostanzi eċċezzjonali” u sabiex tippermetti xi flessibilità fir …
---+61. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- ammont ta’ flus …
---+62. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar- Regolament (UE) 2017/2402, għandu jkun permissibli …
---+63. Ir- rekwiżiti fl -Artikolu 21(4)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402 għandhom jinftiehmu li …
---+64. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402, pagamenti mhux …
---+65. Għall - fin ijiet tal-Artikolu 21(4)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id- deċiżjoni tal - …
---+66. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskattaturi relatati …
---+67. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(6)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402, avveniment marbut mal …
---+68. Għall - finijiet tad - determinar ta’ jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ …
---+69. Ġestur għandu jitqies li għandu l - għarfien espert meħtieġ meta japplika wieħed minn dawn li …
---+70. Bil- għan li jintwera n - numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien espert …
---+71. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- interpretazzjoni tat …
---+72. Għall - finijiet tal -Artikolu 21 (8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur għandu jiġi …
---+73. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, dispożizzjonijiet tad - …
---+74. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn jeżistu …

5. Kriterji relatati mal-istandardizzazzjoni

5.1 Mitigazzjoni xierqa tar - riskji taċ - ċaqliq fir - rata tal - imgħax u tal - kambju (Artikolu 21(2))

Mitigazzjoni xierqa tar - riskji taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax u tal - kambju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
51. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402 sabiex ir - riskji taċ - …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402 sabiex ir - riskji taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax u tal - kambju li jirriżultaw mit- titolizzazzjoni jiġu kkunsidrati “mitigati b’mod xieraq”, għandu jkun biżżejjed li ħeġġ jew mitigazzjoni jkunu fis - seħħ, bil -kundizzjoni li ma jkunux limitati b’mod mhux tas - soltu bl - effett li jkopru sehem ewlieni tar - riskji taċ - ċaqliq fir -rata tal-img ħax jew tal- kambju skont xenarji rilevanti, mifhuma minn perspettiva ekonomika. Tali mitigazzjoni tista’ wkoll tkun fil - forma ta’ derivattivi jew miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni inkluż fondi ta’ riserva, sovrakollateralizzazzjoni, firxa eċċessiva jew miżuri oħra.

52. Fejn il- mitigazzjoni xierqa tar - riskji taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax u tal - kambju …

Fejn il- mitigazzjoni xierqa tar - riskji taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax u tal - kambju titwettaq permezz ta’ derivattivi, ir - rekwiżiti kollha li ġejjin għandhom japplikaw:

  • (a) id- derivati għandhom jintużaw biss għal hedging ġenwin ta’ diskrepanzi ta’ assi u obbligazzjonijiet ta’ rati tal - mgħax u tal - kambju, u m’għandhomx jintużaw għal skopijiet spekulattivi;
  • (b) id- derivattivi għandhom ikunu bbażati fuq dokumentazzjoni aċċettata b’mod komuni, inkluż l - Assoċjazzjoni Internazzjonali għal Skambji u Derivattivi (ISDA) jew standards simili ta’ dokumentazzjoni nazzjonali stabbiliti;
  • (c) id- dokumentazzjoni derivattiva għandha tipprovdi, fil - każ ta’ telf ta’ affidabbiltà kreditizja suffiċjenti tal - kontroparti ’l isfel minn ċertu livell, imkejla jew abbażi tal - klassifikazzjo ni tal- kreditu jew mod ieħor, li l - kontroparti hija soġġetta għal rekwiżiti ta’ kollateralizzazzjoni jew tagħmel sforz raġonevoli għas - sostituzzjoni tagħha jew garanzija minn kontroparti oħra.
53. Fejn il-mitigazzjoni tar- riskji taċ - ċaqliq tar -rata tal- imgħax u tal- kambju msemmija fl - …

Fejn il-mitigazzjoni tar- riskji taċ - ċaqliq tar -rata tal- imgħax u tal- kambju msemmija fl - Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402 titwettaq mhux permezz ta’ derivattivi iżda b’miżuri oħra li jtaffu r -riskju, dawk il- miżuri għandhom jitfasslu biex ikunu robusti biżżejjed. Meta tali miżuri li jtaffu r - riskju jintużaw biex riskji multipli jkunu mitigati fl - istess ħin, l - iżvelar meħtieġ skont Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402 għandu jinkludi spjegazzjoni ta’ kif il - miżuri jagħmlu hedging tar -riskji tar-rata tal- imgħax u tal - kambju fuq naħa waħda, u riskji oħra fuq in - naħa l - oħra.

54. Il- miżuri msemmija fil - paragrafi 52 u 53 , kif ukoll ir - raġunament li jsostni l …

Il- miżuri msemmija fil - paragrafi 52 u 53 , kif ukoll ir - raġunament li jsostni l -adegwatezza tal-mitigazzjoni tar-rata tal- imgħax u tal - kambju matul il - ħa jja tat- tranżazzjoni, għandhom jiġu żvelati. Derivattivi

55. Għall - fini tal -Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi fil - pula ta’ …

Għall - fini tal -Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, skoperturi fil - pula ta’ skoperturi sottostanti li sempliċement fihom komponent derivattiv li jservi esklussivament għall - iskop ta' hedging dirett tar- riskju taċ - ċaqliq fir -rata tal- imgħax jewtal - kambju tal - iskopertura sottostanti rispettiva fiha innifisha, li mhumiex huma stess derivattivi, m’għandux jingħata x’jinftiehem li huma projbiti.

Standards komuni fil - finanzi internazzjonali

56. Għall - f inijiet tal-Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, standards komuni fil - …

Għall - f inijiet tal-Artikolu 21(2) tar- Regolament (UE) 2017/2402, standards komuni fil - finanzi internazzjonali għandhom jinkludu l -ISDA jew standards ta’ dokumentazzjoni nazzjonali stabbiliti simili.

5.2 Pagamenti tal - imgħax imsemmija (Artikolu 21(3))

Rati msemmija

57. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2017/2402, ir-rati tal- imgħax li għandhom jiġu kkunsidrati bħala bażi ta’ referenza adegwata għall - pagamenti ta' mgħax imsemmija għandhom jinkludu dan kollu li ġej:

  • (a) rati interbankarji inkluż il - Libor, l- Euribor u punti ta’ riferiment oħra rikonoxxuti;
  • (b) rati stabbiliti mill -awtoritajiet tal- politika monetarja, inkluż ir -rati tal- fondi FED u r -rati ta’ skont tal- banek ċentrali;
  • (c) rati settorjali li jirriflettu l -kost tal- fondi ta’ mutwant, inklużi rati varjabbli standard u rati ta’ mgħax interni li jirriflettu b’mod dirett l - ispejjeż tas - suq tal - finanzjament ta’ bank jew subsett ta’ istituzzjonijiet, sal - punt li tkun ipprovduta biżżejjed data lill - investituri biex ikunu jistgħu jevalwaw ir -relazzjoni tar-rat i settorjali ma’ rati oħra tas - suq.

Formuli jew derivattivi kumplessi

58. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(3) tar- Regolament (UE) 2017/2402, formula għandha titqies …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(3) tar- Regolament (UE) 2017/2402, formula għandha titqies bħala kumplessa meta tissodisfa d - definizzjoni ta’ strument eżotiku mill - Assoċjazzjoni Globali ta l-Professjonisti fir - Riskju (GARP), li hija ass finanzjarju jew strument finanzjarju b’karatteristiċi li jagħmluha aktar kumplessa minn prodotti sempliċi. Formula kumplessa jew derivat m’għandhomx jitqiesu li jeżistu fil - każ tas - sempliċi użu ta’ limiti jew livelli massimi ta’ rata ta’ mgħax. 5.3 Rekwiżiti f’każ ta’ eżekuzzjoni jew kunsinna ta’ avviż ta’ aċċelerazzjoni (Artikolu 21(4))

Ċirkustanzi eċċezzjonali

59. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar- Regolament (UE) 2017/2402, lista ta’ “ċirkostanzi …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar- Regolament (UE) 2017/2402, lista ta’ “ċirkostanzi eċċezzjonali” għandha, sa fejn ikun possibbli, tkun inkluża fid -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni.

60. Minħabba n - natura ta’ “ċirkostanzi eċċezzjonali” u sabiex tippermetti xi flessibilità fir …

Minħabba n - natura ta’ “ċirkostanzi eċċezzjonali” u sabiex tippermetti xi flessibilità fir -rigward ta' ċirkostanzi potenzjali mhux tas - soltu li jesiġu li flus kontanti jinqabdu fl - SSPE fl - aħjar interessi tal- investituri, fejn lista ta’ “ċirkostanzi eċċezzjonali” hija inkluża fid -dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni skont il - paragrafu 59 , lista bħal din għandha tkun mhux eżawrjenti.

Ammont maqbud fl - SSPE fl - aħjar interessi tal - investituri

61. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- ammont ta’ flus …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- ammont ta’ flus kontanti li għandu jitqies bħala maqbud fl - SSPE għandu jkun dak maqbul mill - fiduċarju jew rappreżentant ieħor tal - investituri li huwa legalment meħtieġ li jaġixxi fl - aħjar interessi tal - investituri, jew mill - investituri skont id - dispożizzjonijiet tal - votazzjoni stabbiliti fid -dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni.

62. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar- Regolament (UE) 2017/2402, għandu jkun permissibli …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(a) tar- Regolament (UE) 2017/2402, għandu jkun permissibli li jinqabdu l - flus kontanti fl - SSPE fil - forma ta’ fond ta’ riserva għal użu futur, sakemm l - użu tal - fond ta’ riserva jkun esklussivament limitat għ all- għanijiet stabbiliti fl -Artikolu 21(4)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 jew ir- ripagament ordnat lill - investituri.

Ripagament

63. Ir- rekwiżiti fl -Artikolu 21(4)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402 għandhom jinftiehmu li …

Ir- rekwiżiti fl -Artikolu 21(4)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402 għandhom jinftiehmu li jkopru biss ir - ripagament tal - kapital, mingħajr ma jkopru ir - ripagament tal - imgħax.

64. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402, pagamenti mhux …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(4)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402, pagamenti mhux sekwenzjali tal- kapital f’sitwazzjoni fejn ikun inħareġ avviż ta’ eżekuzzjoni jew aċċellerazzjoni għandhom ikunu pprojbiti. Fejn ma hemm l - ebda avveniment ta’ eżekuzzjoni jew aċċellerazzjoni, rikavati prinċipali jistgħu jkunu permessi għal skopijiet ta’ riforniment skont l - Artikolu 20 (12) ta’ dak ir-Regolament.

Likwidazzjoni tal- iskoperturi sottostanti bil - valur tas - suq.

65. Għall - fin ijiet tal-Artikolu 21(4)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id- deċiżjoni tal - …

Għall - fin ijiet tal-Artikolu 21(4)(d) tar-Regolament (UE) 2017/2402, id- deċiżjoni tal - investituri li jillikwidaw l- iskoperturi sottostanti bil - valur tas - suq ma għandhiex titqies li tikkostitwixxi likwidazzjoni awtomatika tal- iskoperturi sottostanti bil - valur tas - suq . 5.4 Prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti (Artikolu 21(5))

Skattaturi relatati mal- prestazzjoni

66. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskattaturi relatati …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l-iskattaturi relatati mad-deterjorament fil - kwalità tal -kreditu tal- iskoperturi sottostanti jistgħu jinkludu dan li ġej:

  • (a) fir - rigward ta’ skoperturi sottostanti li għalihom telf mistenni regolatorju(EL) jista’ jiġi ddeterminat skont ir- Regolament (UE) 575/2013 jew regolament rilevanti ieħor tal -UE, telf kumulattiv li huwa ogħla minn ċertu perċe ntwal tal- EL regolatorju ta’ sena fuq l - iskoperturi sottostanti u l - ħajja medja peżata tat - tranżazzjoni;
  • (b) nuqqasijiet kumulattivi mhux immaturati li huma ogħla minn ċertu perċentwal tas - somma tal- ammont nominali pendenti tas - segment miżmum mill - investituri u s-segmenti li huma subordinati għalihom;
  • (c) il- kwalità tal - kreditu medja peżata fil - portafoll li tonqos taħt livell partikulari speċifikat minn qabel jew il - konċentrazzjoni ta’ skoperturi fi grupp ta' riskju għoli (probabbiltà ta’ inadempjenza) li jiżdiedu 'l fuq minn livell speċifikat minn qabel.

5.5 Dispożizzjonijiet ta’ ammortizzament antiċipat/xkattaturi għat - terminazzjoni tal - perijodu rotanti (Artikolu 21(6))

Avveniment relatat ma’ insolvenza fir -rigward tal- ġestur

67. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(6)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402, avveniment marbut mal …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(6)(b) tar - Regolament (UE) 2017/2402, avveniment marbut mal - insolvenza fir -rigward tal- ġestur għandu jwassal għaż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

  • (a) għandu jippermetti s -sostituzzjoni tal- ġestur sabiex jiżgura t - tkomplija tal - ġestjoni;
  • (b) għandu jiskatta t -terminazzjoni tal- perjodu rotanti.

5.6 Għarfien espert tal - ġestur (Artikolu 21(8))

Kriterji biex ikun determinat l - ġħarfien espert tal - ġestur

68. Għall - finijiet tad - determinar ta’ jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ …

Għall - finijiet tad - determinar ta’ jekk ġestur għandux għarfien espert fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati skont l -Artikolu 21(8) tar- Regolament (UE) 2017/2402, iż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

  • (a) il- membri tal - korp maniġerjali tal - ġestur u l - persunal ta’ livell għoli, għajr membri tal - korp maniġerjali, responsabbli mill - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati għandu jkollhom għarfien u ħiliet adegwati fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati;
  • (b) kwalunkwe wieħed mill - prinċipji li ġejjin dwar il -kwalit à tal - għarfien espert għandu jitqies fid -determinar tal- għarfien espert:
  • (i) ir-rwol u d-dmirijiet tal- membri tal - korp maniġerjali u tal - persunal ta’ livell għoli u l- kapaċitajiet meħtieġa għandhom ikunu adegwati;
  • (ii) l- esperjenza tal - membri tal - korp maniġerjali u l- persunal ta’ livell għoli miksuba f'pożizzjonijiet preċedenti, l -edukazzjoni u t- taħriġ għandhom ikunu biżżejjed;
  • (iii) l- involviment tal - membri tal - korp maniġerjali u l - persunal ta’ livell għoli fi ħdan l- istruttura ta’ governanza tal - funzjoni ta’ ġestjoni t al- iskoperturi għandu jkun xieraq;
  • (iv) fil - każ ta’ entità regolata b’mod prudenti, l -awtorizzazzjonijiet regolatorji jew il-permessi miżmuma mill - entità għandhom jitqiesu rilevanti għall - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ simili għal dawk titolizzati.
69. Ġestur għandu jitqies li għandu l - għarfien espert meħtieġ meta japplika wieħed minn dawn li …

Ġestur għandu jitqies li għandu l - għarfien espert meħtieġ meta japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

  • (a) in-negozju tal- entità, jew tal - grupp konsolidat li għalih tappartjeni l - entità għal finijiet ta’ kontabilità jew prudenzjali, ikun inkluda l - oriġinazzjoni ta’ skoperturi t a’ xorta simili għal dawk titolizzati, għal mill - inqas ħames snin;
  • (b) fejn ir - rekwiżit imsemmi fil - punt (a) ma jiġix sodisfat, il - ġestur għandu jitqies li għandu l- għarfien espert meħtieġ fejn ikunu konformi maż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
  • (i) tal- inqas tnejn mill- membri tal - korp maniġerjali għandhom esperjenza professjonali rilevanti fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati, fuq livell personali, ta’ mill - inqas ħames snin;
  • (ii) persunal ta’ livell għoli, għajr membri tal - korp maniġerjali, li huma responsabbli mill- immaniġġar tal - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati tal- entità, għandhom esperjenza professjonali relevanti fil - ġestjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk titolizzati, fuq livell personali, ta’ m ill- inqas ħames snin.
  • (iii) il- funzjoni ta’ ġestjoni tal - entità hija sostnuta minn ġestur ta’ riserva, konformi mal- punt (a).
70. Bil- għan li jintwera n - numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien espert …

Bil- għan li jintwera n - numru ta’ snin ta’ esperjenza professjonali, l - għarfien espert rilevanti għandu jiġi żvelat f’biżżejjed dettall u f’konformità mar - rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità applikabbli biex l - investituri jkunu jistgħu jwettqu l - obbligi tagħhom skont l -Artikolu 5(3)(c) tar-Regolament (UE) 2017/2402. Skoperturi ta’ xorta simili

71. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- interpretazzjoni tat …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, l- interpretazzjoni tat -terminu “skoperturi ta’ natura simili” għandha ssegwi l - interpretazzjoni pprovduta fil - paragrafu 23 hawn fuq.

P olitiki, proċeduri u kontrolli tal - ġestjoni tar -riskju ddokumentati sew u adegwati

72. Għall - finijiet tal -Artikolu 21 (8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur għandu jiġi …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21 (8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur għandu jiġi kkunsidrat li għandu politiki, proċeduri u kontrolli tal - ġestjoni tar -riskju relatati mal- ġestjoni ta’ skoperturi ddokumentati sew u adegwati fejn kwalunkwe waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin tintlaħaq:

  • (a) Il- ġestur huwa entità li hija soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u tal - kapital u superviżjoni fl -Unjoni u tali awtorizzazzjoni jiet jew permessi regolatorji huma meqjusa rilevanti għall - ġestjoni;
  • (b) Il- ġestur huwa entità li mhix soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u tal - kapital u superviżjoni fl - Unjoni, u prova ta’ eżistenza ta' politiki u kontrolli tal - ġestjoni tar -riskju dd okumentati sew u adegwati hija pprovduta li tinkludi wkoll prova ta’ konformità ma’ prattiki tajba tas - suq u kapaċitajiet ta’ rappurtar. Il - prova għandha tkun issostanzjata minn rieżami ta’ parti terza xieraq, bħal aġenzija ta' klassifikazzjoni tal -kreditu jew awditur estern.

5.7 Rimedji u azzjonijiet marbutin mad - delinkwenza u l - inadempjenza tad - debitur (Artikolu 21(9))

Termini ċari u konsistenti

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(9) tar- Regolament (UE) 2017/2402, biex “tistabbilixxi f’termini ċari u konsisten ti” u biex “tispeċifika b’mod ċar” għandha tinftiehmu bħala li jeħtieġu li jintużaw l -istess termini preċiżi fid -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni kollha sabiex jiġi ffaċilitat ix - xogħol tal - investituri.

5.8 Riżoluzzjoni tal - kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri (Artikolu 21(10))

Dispożizzjonijiet ċari li jiffaċilitaw ir - riżoluzzjoni f'waqtha tal - kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri

73. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, dispożizzjonijiet tad - …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, dispożizzjonijiet tad - dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni li “jiffaċilitaw ir - riżoluzzjoni f'waqtha tal - kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri”, għandhom jinkludu dispożizzjonijiet fir -rigward ta’ dawn kollha li ġejjin:

  • (a) il- metodu biex jissejħu laqgħat jew jiġu organizzati sejħiet għall - konferenzi;
  • (b) il- perjodu ta’ żmien massimu biex tkun organizzata laqgħa jew biex tkun imsejħa konferenza;
  • (c) il- kworum meħtieġ;
  • (d) il- limitu minimu ta’ voti biex tiġi vvalidata deċiżjoni bħal din, b’differenzjar ċar bejn il - limiti minimi għal kull tip ta’ deċiżjoni;
  • (e) fejn applikabbli, post għal - laqgħat li għandhom ikunu fl -Unjoni.
74. Għall - finijiet tal -Artikolu 21(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn jeżistu …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(10) tar- Regolament (UE) 2017/2402, fejn jeżistu dispożizzjonijiet statutorji obbligatorji fil - ġurisdizzjoni applikabbli li jistabbilixxu kif il - kunflitti bejn l - investituri għandhom jiġu riżolti, id -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni tista’ tirreferi għal dawn id - dispożizzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/