+72. Għall - finijiet tal -Artikolu 21 (8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur għandu jiġi …

72. Għall - finijiet tal -Artikolu 21 (8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur għandu jiġi …

Għall - finijiet tal -Artikolu 21 (8) tar-Regolament (UE) 2017/2402, il- ġestur għandu jiġi kkunsidrat li għandu politiki, proċeduri u kontrolli tal - ġestjoni tar -riskju relatati mal- ġestjoni ta’ skoperturi ddokumentati sew u adegwati fejn kwalunkwe waħda mill - kundizzjonijiet li ġejjin tintlaħaq:

  • (a) Il- ġestur huwa entità li hija soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u tal - kapital u superviżjoni fl -Unjoni u tali awtorizzazzjoni jiet jew permessi regolatorji huma meqjusa rilevanti għall - ġestjoni;
  • (b) Il- ġestur huwa entità li mhix soġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u tal - kapital u superviżjoni fl - Unjoni, u prova ta’ eżistenza ta' politiki u kontrolli tal - ġestjoni tar -riskju dd okumentati sew u adegwati hija pprovduta li tinkludi wkoll prova ta’ konformità ma’ prattiki tajba tas - suq u kapaċitajiet ta’ rappurtar. Il - prova għandha tkun issostanzjata minn rieżami ta’ parti terza xieraq, bħal aġenzija ta' klassifikazzjoni tal -kreditu jew awditur estern.

5.7 Rimedji u azzjonijiet marbutin mad - delinkwenza u l - inadempjenza tad - debitur (Artikolu 21(9))

Termini ċari u konsistenti

Għall - finijiet tal -Artikolu 21(9) tar- Regolament (UE) 2017/2402, biex “tistabbilixxi f’termini ċari u konsisten ti” u biex “tispeċifika b’mod ċar” għandha tinftiehmu bħala li jeħtieġu li jintużaw l -istess termini preċiżi fid -dokumentazzjoni tat- tranżazzjoni kollha sabiex jiġi ffaċilitat ix - xogħol tal - investituri.

5.8 Riżoluzzjoni tal - kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri (Artikolu 21(10))

Dispożizzjonijiet ċari li jiffaċilitaw ir - riżoluzzjoni f'waqtha tal - kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/