+58. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ …
|
58. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ …
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet li joriġinaw jew jippjanaw li joriġinaw faċilitajiet ta’ kreditu ambjentalment sostenibbli jiżviluppaw, bħala parti mill - politiki u mill - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom, dettalji speċifiċi tal - politiki u tal -p roċeduri ta’ self ambjentalment sostenibbli tagħhom, li jkopru l - għoti u l - monitoraġġ ta’ tali faċilitajiet ta’ kreditu. Jenħtieġ li dawn il -politiki u l - proċeduri, b’mod partikolari: - a. Jipprovdu lista tal - proġetti u tal - attivitajiet, kif ukoll tal - kriterji, li l- istituzzjoni tikkunsidra eliġibbli għal self ambjentalment sostenibbli jew referenza għall - istandards eżistenti rilevanti dwar self ambjentalment sostenibbli li jiddefinixxu x’tip ta’ self huwa kkunsidrat bħala ambjentalment sostenibbli;
- b. Jispeċifikaw il- proċess li permezz tiegħu l - istituzzjonijiet li jevalwaw li r - rikavat mill - faċilitajiet ta’ kreditu ambjentalment sostenibbli huma jkunu oriġinaw jintużaw għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli. F’każijiet ta’ self lill - intrapriżi, jenħtieġ li l - p roċess jinkludi:
- i. il- ġbir ta’ informazzjoni dwar l - objettivi relatati mal - klima u dawk ambjentalment jew kummerċjalment sostenibbli tal - mutwatarji;
- ii. il- valutazzjoni tal - konformità tal - proġetti ta’ finanzjament tal - mutwatarji mal - proġetti jew mal - attivitajiet ambjentalment sostenibbli li jikkwalifikaw u l - kriterji relatati;
- iii. l- iżgurar li l - mutwatarji jkollhom ir - rieda u l - kapaċità li jimmonitorjaw u jirrapportaw kif xieraq l - allokazzjoni tar - rikavati lejn proġetti jew attivitajiet ambjentalment sostenibbli;
- iv. il- monitoraġġ, fuq bażi regolari, li r - rikavati jiġu allokati kif suppost (li jista’ jikkonsisti fir - rekwiżit li l - mutwatarji jipprovdu informazzjoni aġġornata dwar l - użu tar - rikavati sakemm titħallas lura l - faċilità ta’ kreditu rilevanti).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|