+89. Mingħajr preġudizzju għall -paragrafu 91, fis - sitwazzjonijiet li ġejjin huwa preżunt li …
|
89. Mingħajr preġudizzju għall -paragrafu 91, fis - sitwazzjonijiet li ġejjin huwa preżunt li …
Mingħajr preġudizzju għall -paragrafu 91, fis - sitwazzjonijiet li ġejjin huwa preżunt li membru tal- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni rilevanti fil - funzjoni superviżorja tiegħu jitqies li “ma jkunx indipendenti”: - a. il- membru jkollu jew kellu mandat bħala membru tal - korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni maniġerjali tiegħu f’istituzzjoni fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali, sakemm huwa ma kellux tali pożizzjoni fil - ħames snin preċedenti;
- b. il- membru jkun azzjonist kontrollanti tal - istituzzjoni rilevanti, li jiġi ddeterminat b’referenza għall - każijiet imsemmija fl -Artikolu 22(1) tad -Direttiva 2013/34/UE, jew jirrappreżenta l - interess ta’ azzjonist kontrollanti, inkluż meta s - sid ikun Stat Membru jew korp pubbliku ieħor;
- c. il-membru jkollu relazzjoni materjali finanzjarja jew ta’ negozju mal- istituzzjoni rilevanti,
- d. il- membru jkun impjegat ta’ jew inkella jkun assoċjat ma’ azzjonist kontrollanti tal - istituzzjoni rilevanti;
- e. il-membru jkun impjegat minn kwalunkwe entità fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament, ħlief meta jiġu ssodisfati ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
- i. il- membru ma jappartjenix għall - ogħla livell ġerarkiku tal - istituzzjoni, li jirrispondi direttament lill - korp ta’ ġestjoni;
- ii. il- membru jkun inħatar għall - funzjoni superviżorja fil - kuntest ta’ sistema ta’ rappreżentazzjoni tal -impjegati u l- liġi nazzjonali tipprovdi protezzjoni adegwata kontra t- tkeċċija abbużiva jew forom oħrajn ta’ trattament inġust;
- f. preċedentement il - membru kien impjegat f’pożizzjoni fl - ogħla livell ġerarkiku fl - istituzzjoni rilevanti jew f’entità oħra fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konso lidament prudenzjali tagħha, filwaqt li kien jirrispondi direttament biss lill - korp ta’ ġestjoni u ma kienx hemm perjodu ta’ mill - inqas tliet snin, bejn il - waqfien ta’ tali impjieg u l - ħidma fil - korp ta’ ġestjoni;
- g. il- membru kien, f’perjodu ta’ tliet snin, prinċipal ta’ konsulent professjonali materjali, awditur estern jew konsulent materjali għall - istituzzjoni rilevanti jew għal entità oħra fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali, jew inkella impjegat materjalment assoċjat mas - servizz ipprovdut;
- h. il- membru huwa jew kien, fl - aħħar sena, fornitur materjali jew klijent materjali tal - istituzzjoni rilevanti jew entità oħra fil -kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidazzjoni prudenzjali jew kellu relazzjoni ta’ negozju materjali oħra, jew huwa uffiċjal anzjan ta’ jew huwa assoċjat direttament jew indirettament ma’ fornitur, klijent jew entità kummerċjali materjali li għandhom relazzjoni materjali ta’ negozju;
- i. il- membru jirċievi flimkien mar - rimunerazzjoni għar - rwol tiegħu jew tagħha u r - rimunerazzjoni g ħall -impjieg f’konformità mal-punt (c) ħlasijiet sinifikanti jew benefiċċji oħrajn mill - istituzzjoni rilevanti jew minn entità oħra fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali;
- j. il- membru serva bħala membru tal - korp ta’ ġestjoni fi ħdan l -entit à għal 12 -il sena konsekuttiva jew aktar;
- k. il- membru huwa qarib ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tal - istituzzjoni rilevanti jew ta’ entità oħra fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali jew persuna f’sitwazzjoni msemm ija fil-punti (a) sa (h).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|