+9.3 Membri indipendenti ta’ korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni rilevanti fil- funzjoni superviżorja tiegħu
---+87. Il- fatt li jkun hemm membri indipendenti, kif imsemmi fil -paragrafu 80, u membri mhux …
---+88. Fid-determinazzjoni tal- għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti, għandu jitqies il - …
---+89. Mingħajr preġudizzju għall -paragrafu 91, fis - sitwazzjonijiet li ġejjin huwa preżunt li …
---+90. Is - sempliċi fatt li tiġi ssodisfata sitwazzjoni waħda jew aktar skont il -paragrafu 89 ma …
---+91. Għall -fini tal-paragrafu 90, l - istituzzjonijiet rilevanti għandhom iqisu l -fatt li jekk wie …

9.3 Membri indipendenti ta’ korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni rilevanti fil- funzjoni superviżorja tiegħu

9.3 Membri indipendenti ta’ korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni rilevanti fil- funzjoni superviżorja tiegħu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
87. Il- fatt li jkun hemm membri indipendenti, kif imsemmi fil -paragrafu 80, u membri mhux …

Il- fatt li jkun hemm membri indipendenti, kif imsemmi fil -paragrafu 80, u membri mhux indipendenti fil- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu jitqies bħala prattika tajba għall - istituzzjonijiet rilevanti kollha.

88. Fid-determinazzjoni tal- għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti, għandu jitqies il - …

Fid-determinazzjoni tal- għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti, għandu jitqies il - prinċipju tal-proporzjonalità. Il- membri li jirrappreżentaw lill -impjegati fil- korp ta’ ġestjoni ma għandhomx jitqiesu fid -determinazzjoni tal- għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti fil -korp ta’ ġest joni fil- funzjoni superviżorja tiegħu. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit addizzjonali impost mil - liġi nazzjonali, għandu japplika dan li ġej:

  • a. l- istituzzjonijiet rilevanti li ġejjin għandu jkollhom korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni superviżorja tiegħu li jinkludi għadd suffiċjenti ta’ membri indipendenti:
  • i. istituzzjonijiet sinifikanti tas - CRD;
  • ii. istituzzjonijiet rilevanti elenkati;
  • b. bħala prinċipju ġenerali, l - istituzzjonijiet rilevanti li la huma sinifikanti u lanqas elenkati għandu jkollhom mill - inqas membru indipendenti wieħed fi ħdan il -korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu. Madankollu, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu ma jkunux jeħtieġu direttur indipendenti fi ħdan:
  • i. istituzzjonijiet rilevanti li jkunu proprjetà sħiħa ta’ istituzzjoni rilevanti, b’mod partikolari meta s - sussidjarja tkun tinsab fl - istess Stat Membru bħall - istituzzjoni prinċipali rilevanti;
  • ii. ditti tal- investiment li jissodisfaw il - kriterji stabbiliti fil - punt (a) tal - Artikolu 32(4) tad -Direttiva 2019/2034/UE jew il -kriterji l- oħra stabbiliti minn Stat Membru rilevanti skont il - paragrafi (5) u (6) tal -Artikolu 32 tad - Direttiva 2019/2034/UE.
  • c. Fir- responsabbiltà ġenerali tal - korp ta’ ġestjoni, il - membri indipendenti għandu jkollhom rwol ewlieni fit -titjib tal- effikaċja ta’ kontrokontrolli fi ħdan l - istituzzjonijiet rilevanti billi jtejbu l- monitoraġġ tat - teħid tad - deċiżjonijiet maniġerjali u jiżguraw li:
  • d. l- interessi tal - partijiet ikkonċernati kollha, inklużi azzjonisti ta’ minoranza, jitqiesu kif xieraq fid - diskussjonijiet u t -t eħid tad - deċiżjonijiet tal - korp ta’ ġestjoni. Il -membri indipendenti jistgħu jgħinu wkoll biex inaqqsu jew jikkumpensaw għad -dominanza mhux xierqa tal -membri individwali tal- korp ta’ ġestjoni li jirrappreżentaw grupp partikolari jew kategorija ta’ partijie t ikkonċernati;
  • e. l- ebda individwu jew grupp żgħir ta’ membri ma jiddomina t - teħid tad - deċiżjonijiet; u
  • f. kunflitti ta’ interess bejn l - istituzzjoni, l - unitajiet ta’ negozju tagħha, entitajiet oħrajn fil- kamp ta’ applikazzjoni kontabilistiku ta’ konsolidament u partijiet ikkonċernati esterni, inklużi l - klijenti jiġu, ġestiti kif xieraq.
89. Mingħajr preġudizzju għall -paragrafu 91, fis - sitwazzjonijiet li ġejjin huwa preżunt li …

Mingħajr preġudizzju għall -paragrafu 91, fis - sitwazzjonijiet li ġejjin huwa preżunt li membru tal- korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni rilevanti fil - funzjoni superviżorja tiegħu jitqies li “ma jkunx indipendenti”:

  • a. il- membru jkollu jew kellu mandat bħala membru tal - korp ta’ ġestjoni fil -funzjoni maniġerjali tiegħu f’istituzzjoni fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali, sakemm huwa ma kellux tali pożizzjoni fil - ħames snin preċedenti;
  • b. il- membru jkun azzjonist kontrollanti tal - istituzzjoni rilevanti, li jiġi ddeterminat b’referenza għall - każijiet imsemmija fl -Artikolu 22(1) tad -Direttiva 2013/34/UE, jew jirrappreżenta l - interess ta’ azzjonist kontrollanti, inkluż meta s - sid ikun Stat Membru jew korp pubbliku ieħor;
  • c. il-membru jkollu relazzjoni materjali finanzjarja jew ta’ negozju mal- istituzzjoni rilevanti,
  • d. il- membru jkun impjegat ta’ jew inkella jkun assoċjat ma’ azzjonist kontrollanti tal - istituzzjoni rilevanti;
  • e. il-membru jkun impjegat minn kwalunkwe entità fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament, ħlief meta jiġu ssodisfati ż - żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
  • i. il- membru ma jappartjenix għall - ogħla livell ġerarkiku tal - istituzzjoni, li jirrispondi direttament lill - korp ta’ ġestjoni;
  • ii. il- membru jkun inħatar għall - funzjoni superviżorja fil - kuntest ta’ sistema ta’ rappreżentazzjoni tal -impjegati u l- liġi nazzjonali tipprovdi protezzjoni adegwata kontra t- tkeċċija abbużiva jew forom oħrajn ta’ trattament inġust;
  • f. preċedentement il - membru kien impjegat f’pożizzjoni fl - ogħla livell ġerarkiku fl - istituzzjoni rilevanti jew f’entità oħra fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konso lidament prudenzjali tagħha, filwaqt li kien jirrispondi direttament biss lill - korp ta’ ġestjoni u ma kienx hemm perjodu ta’ mill - inqas tliet snin, bejn il - waqfien ta’ tali impjieg u l - ħidma fil - korp ta’ ġestjoni;
  • g. il- membru kien, f’perjodu ta’ tliet snin, prinċipal ta’ konsulent professjonali materjali, awditur estern jew konsulent materjali għall - istituzzjoni rilevanti jew għal entità oħra fil- kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali, jew inkella impjegat materjalment assoċjat mas - servizz ipprovdut;
  • h. il- membru huwa jew kien, fl - aħħar sena, fornitur materjali jew klijent materjali tal - istituzzjoni rilevanti jew entità oħra fil -kamp ta’ applikazzjoni tal- konsolidazzjoni prudenzjali jew kellu relazzjoni ta’ negozju materjali oħra, jew huwa uffiċjal anzjan ta’ jew huwa assoċjat direttament jew indirettament ma’ fornitur, klijent jew entità kummerċjali materjali li għandhom relazzjoni materjali ta’ negozju;
  • i. il- membru jirċievi flimkien mar - rimunerazzjoni għar - rwol tiegħu jew tagħha u r - rimunerazzjoni g ħall -impjieg f’konformità mal-punt (c) ħlasijiet sinifikanti jew benefiċċji oħrajn mill - istituzzjoni rilevanti jew minn entità oħra fil -kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali;
  • j. il- membru serva bħala membru tal - korp ta’ ġestjoni fi ħdan l -entit à għal 12 -il sena konsekuttiva jew aktar;
  • k. il- membru huwa qarib ta’ membru tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tal - istituzzjoni rilevanti jew ta’ entità oħra fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidament prudenzjali jew persuna f’sitwazzjoni msemm ija fil-punti (a) sa (h).
90. Is - sempliċi fatt li tiġi ssodisfata sitwazzjoni waħda jew aktar skont il -paragrafu 89 ma …

Is - sempliċi fatt li tiġi ssodisfata sitwazzjoni waħda jew aktar skont il -paragrafu 89 ma jikkwalifikax awtomatikament membru bħala mhux indipendenti. Fejn membru jaqa’ f’waħda jew aktar mis - sitwazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 89, l - istituzzjoni rilevanti tista’ turi lill - awtorità kompetenti li l- membru għandu xorta waħda jitqies li “huwa indipendenti”. Għal dan il- għan, l - istituzzjonijiet rilevanti għandhom ikunu jistgħu jiġġustifikaw lill -awtorità kompetenti r-ra ġunament għaliex il - kapaċità tal - membri li jeżerċitaw ġudizzju oġġettiv u bilanċjat u li jieħdu deċiżjonijiet b’mod indipendenti mhijiex affettwata mis - sitwazzjoni.

91. Għall -fini tal-paragrafu 90, l - istituzzjonijiet rilevanti għandhom iqisu l -fatt li jekk wie …

Għall -fini tal-paragrafu 90, l - istituzzjonijiet rilevanti għandhom iqisu l -fatt li jekk wie ħed ikun azzjonist ta’ istituzzjoni rilevanti, ikollu kontijiet privati jew self jew juża servizzi oħrajn, għajr fil- każijiet elenkati b’mod espliċitu f’din it - taqsima, ma għandux jirriżulta f’sitwazzjoni fejn il - membru jitqies li mhuwiex indipendenti jekk dan jibqa’ f’livell limitu de minimis adegwat. Tali relazzjonijiet għandhom jitqiesu fil - ġestjoni tal - kunflitti ta’ interess skont il -Linji Gwida rilevanti tal-EBA dwar il-Governanza Interna.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/