+4.4 Kompletezza tal-inputs tad- data
---+38. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri stabbiliti biex jiksbu data storika biex …
---+39. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki u proċessi ċari għas - sostituzzjoni ta’ valuri …
---+40. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - data ma tkunx iffiltr ata u li l- valuri li …
---+41. Fejn jintużaw valuri interpolati jew estrapolati bħala sostituzzjonijiet għal valuri nieqsa jew …
---+42. Fejn valuri interpolati jew estrapolati, ibbażati fuq inputs tad - data li j ikkorrispondu għal …
---+43. Fejn valuri estrapolati, ibbażati fuq inputs tad - data li jikkorrispondu għal fatturi tar - …

4.4 Kompletezza tal-inputs tad- data

4.4 Kompletezza tal-inputs tad- data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
38. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri stabbiliti biex jiksbu data storika biex …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom proċeduri stabbiliti biex jiksbu data storika biex jikkalibraw l - inputs tad- data kif imsemmi fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 minn sorsi ta’ data alternattivi fil- ħin, f’każ li d - data storika pprovduta mis-sorsi tad- data użati normalment ma tkunx disponibbli.

39. L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki u proċessi ċari għas - sostituzzjoni ta’ valuri …

L- istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki u proċessi ċari għas - sostituzzjoni ta’ valuri nieqsa jew inkonsistenti fis- serje kronoloġika tad - data storika u l-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi politiki biex jivverifikaw li tali DATA FIL-MUDELL TAL-KEJL TAR-RISKJU

sostituzzjoni ta’ valuri nieqsa jew inkonsistenti tkun kompatibbli mar - rekwiżiti fil -paragrafi 13 sa 16, 21 u 22.

40. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - data ma tkunx iffiltr ata u li l- valuri li …

L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d - data ma tkunx iffiltr ata u li l- valuri li jikkorrispondu għal bidliet kbar ma jiġux esklużi mis - serje kronoloġika tad - data storika u l-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, sakemm id- data ffiltrata jew il- valuri esklużi ma jikkorrispondux għal data jew valuri żbaljati jew inkonsistenti.

41. Fejn jintużaw valuri interpolati jew estrapolati bħala sostituzzjonijiet għal valuri nieqsa jew …

Fejn jintużaw valuri interpolati jew estrapolati bħala sostituzzjonijiet għal valuri nieqsa jew inkonsistenti fl-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal fattur tar -riskju, il- valuri interpolati jew estrapolati għandhom jirrappreżentaw b’mod xieraq il - valuri nieqsa irrispettivament mill - metodoloġija ta’ interpolazzjoni jew estrapolazzjoni użata.

42. Fejn valuri interpolati jew estrapolati, ibbażati fuq inputs tad - data li j ikkorrispondu għal …

Fejn valuri interpolati jew estrapolati, ibbażati fuq inputs tad - data li j ikkorrispondu għal fatturi tar- riskju oħra li jistgħu jew ma jistgħux jiġu inkorporati fil -mudell intern tal-istituzzjoni, jintużaw bħala sostituti għal valuri nieqsa jew inkonsistenti fl -inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 5 75/2013 għal fattur tar -riskju, dawk il-valuri interpolati jew estrapolati għandhom ikunu bbażati fuq inputs tad - data li jikkorrispondu għal fatturi tar- riskju li għaddew jew li jgħaddu l -valutazzjoni tal-mudellabbiltà msemmija fl-Artikolu 325be ta’ dak ir-Regolament.

43. Fejn valuri estrapolati, ibbażati fuq inputs tad - data li jikkorrispondu għal fatturi tar - …

Fejn valuri estrapolati, ibbażati fuq inputs tad - data li jikkorrispondu għal fatturi tar - riskju oħra li jistgħu jew ma jistgħux jiġu inkorporati fil -mudell intern tal- istituzzjoni, jintużaw bħala sostituti għal valuri nieqsa jew inkonsistenti fl-inputs tad- data msemmija fl-Artikolu 325bc tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal fattur tar -riskju, dawk il- valuri estrapolati għandhom ikunu bbażati fuq inputs tad - data li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 28.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/