+90. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw il - livell tar - redditi skont il - kriterji li …
|
90. L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw il - livell tar - redditi skont il - kriterji li …
L- awtoritajiet kompetenti jistgħu jivvalutaw il - livell tar - redditi skont il - kriterji li ġejjin: - a. redditu fuq l - ekwità (ROE) fir - rigward tal - kost tal - ekwità (COE) jew miżura ekwivalenti: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jekk il - mudell tan - negozju jiġġenerax redditu akbar mill - ispiża (esklużi l - miżuri ta’ darba) fuq il - bażi ta’ ROE fil - konfront tas - COE; metriċi oħrajn, bħal redditu fuq l - assi jew redditu aġġustat għar - riskju fuq il - kapital, kif ukoll b’kunsiderazzjoni tal - bidliet f’dawn il - miżuri permezz taċ - ċiklu, jistgħu wkoll jappoġġaw din il - valutazzjoni;
- b. struttura tal - flussi tal - flus: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jekk it - taħlita tal - flussi tal - flus hijiex xierqa għall - mudell tan - negozju u għall - istrateġija; il - volatilità jew in - nuqqas ta’ qbil fil - ġenerazzjoni tal - flussi tal - flus jistgħu jfissru li l - mudell tan - negozju jew l - istrateġija, anke wieħed li jiġġenera redditi akbar mill - ispejjeż, jista’ ma jkunx vijabbli jew sostenibbli fl - ambjent tan - negozju attwali jew futur; u
- c. aptit għar - riskju: l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkunsidraw jekk il - mudell tan - negozju jew l - istrateġija tad - ditta tal - investiment jibbażax fuq aptit għar - riskju, għal riskji individwali jew b’mod aktar ġenerali, li jitqies aktar għoli jew huwiex iżolat fost il - grupp bejn il - pari, meta disponibbli.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|