+341. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li …
|
341. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li …
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li huma ġeneraturi tas - suq biex jimmonetizzaw l - assi likwidi tagħha fil - ħin sabiex jissodisfaw il- ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha matul perjodu ta’ stress. L - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji kollha li ġejjin: - a. jekk id - ditta tal - investiment tittestjax l - aċċess għas - suq tagħha billi tbiegħ jew tirriakkwista fuq bażi perjodika;
- b. jekk hemmx konċentrazzjonijiet għoljin li jistgħu jirrappreżentaw riskju ta’ riżorsi likwidi antiċipati ħażin;
- c. jekk ir - riżorsi ta’ likwidità humiex faċilment disponibbli u taħt il - kontroll tal - persunal rilevanti;
- d. jekk id - denominazzjoni tal - assi likwidi tkunx konsistenti mad - distribuzzjoni tal - ħtiġijiet ta’ likwidità skont il - munita;
- e. meta d - ditta tal - investiment tkun issellfet assi likwidi, jekk din ma jkunx għad ikollha dawn l - assi likwidi disponibbli biex tissodisfa l - flussi ta’ ħruġ tagħha f’kundizzjonijiet severi iżda plawżibbli b’kunsiderazzjoni tal - effett nett tat - tranżazzjoni; u
- f. l- affidabbiltà tal - faċilitajiet ta’ likwidità impenjati jekk jintużaw mid - ditta tal - investiment.
Evalwazzjoni tal - finanzjament
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|