+8.2 Valutazzjoni tar - riskju ta’ likwidità
---+331. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw l - impatt fuq l - assi likwidi f’kundizzjonijiet …
---+332. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - ammont ta’ assi likwidi meħtieġa biex …
---+333. Fl- evalwazzjoni tal - impatt ta’ kundizzjonijiet severi iżda plawżibbli fuq il - ħtiġijiet …
---+334. Għal ditti tal - investiment li jinnegozjaw akkont propju, l - awtoritajiet kompetenti …
---+335. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il - valutazzjoni tagħhom fuq l - analiżi tad - …
---+336. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ likwidità fl - istess ġurnata, l - …
---+337. Għall - valutazzjoni tal - ħtiġijiet ta’ likwidità f’kundizzjonijiet normali u l - …
---+338. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - iskopertura tad - ditta t al- investiment …
---+339. Għal ditti tal - investiment li huma ġeneraturi tas - suq kif iddefiniti fl - Artikolu 2(1) …
---+340. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tar - riżorsi ta’ likwidità tad …
---+341. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li …
---+342. Meta jivvalutaw ir - riskju għal - likwidità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …
---+343. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - profil ta’ finanzjament …
---+344. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id - diversità tas - sorsi ta’ finanzjament. …
---+345. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk in - nuqqasijiet potenzjali li jirriżultaw …
---+346. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l - istabbiltà tal …
---+347. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji għas - sostenibbiltà tal - profil …

8.2 Valutazzjoni tar - riskju ta’ likwidità

8.2 Valutazzjoni tar - riskju ta’ likwidità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
331. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw l - impatt fuq l - assi likwidi f’kundizzjonijiet …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw l - impatt fuq l - assi likwidi f’kundizzjonijiet severi, iżda plawżibbli u kif id - ditta tal - investiment hija lesta li timmitiga l - ħruġ taħt stress f’konformità mal - qafas tal - ġestjoni tar - riskju tal - likwidità msemmi fit - Taqsima 8.4 ta’ dawn il -linji gwida.

332. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - ammont ta’ assi likwidi meħtieġa biex …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - ammont ta’ assi likwidi meħtieġa biex jiżguraw li d - ditta tal - investiment iżżomm livelli adegwati ta’ riżorsi likwidi li jindirizzaw sorsi materjali għar - riskju tad - ditta tal - investiment, inkluż ir - riskju għall - klijenti, ir - riskju għas - suq, u r - riskju għad - ditta tal - investiment kemm taħt kundizzjonijiet normali kif ukoll severi, iżda plawżibbli biex ikopru xokkijiet idjosinkratiċi, mifruxa mas - suq u kkombinati.

333. Fl- evalwazzjoni tal - impatt ta’ kundizzjonijiet severi iżda plawżibbli fuq il - ħtiġijiet …

Fl- evalwazzjoni tal - impatt ta’ kundizzjonijiet severi iżda plawżibbli fuq il - ħtiġijiet ta’ likwidità tad - ditta tal - investiment, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw is - sors i materjali kollha ta’ riskju ta’ likwidità, inkluż ir - riskju għall - klijenti, ir - riskju għas - suq, u r -

94 riskju għad - ditta tal - investiment kif ukoll ir - riżorsi likwidi meħtieġa għall - istralċ ordnat ta’ ditta tal - investiment potenzjali. B’mod partikolari, l -aw toritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw dawn kollha li ġejjin:

  • a. jekk id - ditta tal - investiment iżżommx l - assi jew il - flus tal - klijenti u l - kapaċità tagħha li tirritorna dawn l - assi fil - ħin f’xenarji severi iżda plawżibbli;
  • b. jekk id - ditta tal - investiment tivvalutax l - ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha għall - attivitajiet l - oħrajn tagħha li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ filwaqt li tqis li n - natura kontinġenti tal - istrumenti li ma jidhrux fuq il - karta tal - bilanċ żżid il - kumplessità għall - ġestjoni tal - flussi ta’ flus relatati;
  • c. sorsi potenzjali oħrajn ta’ ħruġ ta’ flus inklużi swaps, opzjonijiet bil - miktub jew mibjugħa barra l - borża (OTC), kuntratti tar - rata tal - kambju forward, appelli għall - marġni, u ftehimiet ta’ terminazzjoni bikrija;
  • d. jekk ikunx hemm diffikultajiet fl - aċċess għal ċerti swieq;
  • e. jekk is - swieq tal - munita barranija jistgħux ma jkollhomx likwidità;
  • f. jekk ir - rata tal - kambju barranija tistax tiddeprezza drastikament meta d - ditta tal - investiment twettaq tranżazzjonijiet f’munita barranija fuq skala sinifikanti; u
  • g. jekk id - ditta tal - investiment li tingrana l - pożizzjonijiet tagħha tkunx esposta għal riskju ta’ likwidità minħabba r - riskju ta’ tnaqqis fil - valur ta’ suq ta’ pożizzjoni li tiskatta l - ħtieġa ta’ kollateral jew marġni addizzjonali li jkunu jeħtieġu li jillikwidaw malajr il- pożizzjonijiet tagħha.

Evalwazzjoni tar - riskju tal - likwidità fl - istess ġurnata

334. Għal ditti tal - investiment li jinnegozjaw akkont propju, l - awtoritajiet kompetenti …

Għal ditti tal - investiment li jinnegozjaw akkont propju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment għandhiex livell suffiċjenti ta’ assi likwidi ta’ kwalità għolja u flussi ta’ dħul oħra tal - likwidità biex tkopri l - flussi ta’ ħruġ tal - likwidità ta’ kuljum, inkluż perjodu tal - istess ġurnata. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id - ditti tal - investiment li jinvolvu ruħhom fil - ġenerazzjoni tas - suq b’mod aktar komprensiv. Madankollu, huma għandhom iqisu kwalunkwe mitigazzjoni tar - riskju tal - likwidità pprovduta minn tranżazzjonijiet ta’ kklerjar permezz ta’ membru tal - ikklerjar.

335. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il - valutazzjoni tagħhom fuq l - analiżi tad - …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il - valutazzjoni tagħhom fuq l - analiżi tad - ditta tal - investiment tar - riskju ta’ likwidità fl - istess ġurnata f’konformità mal - Artikolu 29(1), il- punt (d) tad - Direttiva (UE) 2019/2034. Il- likwidità fl - istess ġurnata għandha tiġi vvalutata f’kundizzjonijiet normali u severi iżda plawżibbli.

336. Għall - finijiet tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ likwidità fl - istess ġurnata, l - …

Għall - finijiet tal - valutazzjoni tar - riskju ta’ likwidità fl - istess ġurnata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk id - ditta tal - investiment tikklerjax il - pożizzjonijiet

95 tagħha permezz ta’ membri tal - ikklerjar jew topera f’suq over - the - counter. Jekk id - ditta tal - investiment tkun iggarantita minn membru tal - ikklerjar jew minn kwalunkwe parti oħra, l - awtorità kompetenti għandha tivvaluta l - effettività tal - garanziji fil - mitigazzjoni tar - riskju t al- likwidità.

337. Għall - valutazzjoni tal - ħtiġijiet ta’ likwidità f’kundizzjonijiet normali u l - …

Għall - valutazzjoni tal - ħtiġijiet ta’ likwidità f’kundizzjonijiet normali u l - evalwazzjoni tar - riskju tal - likwidità fl - istess ġurnata, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jappoġġaw l - analiżi b’evidenza mir - rapporti interni u l - informazzjoni tad - ditta tal - investiment, u minn data ta’ rapportar superviżorju kif speċifikat fir - regolament ta’ implimentazzjoni adottat f’konformità mal - Artikolu 54(3) tar - Regolament (UE) 2019/2033.

338. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - iskopertura tad - ditta t al- investiment …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - iskopertura tad - ditta t al- investiment għar - riskju tal - likwidità fl - istess ġurnata, inkluża d - disponibbiltà fl - istess ġurnata ta’ assi likwidi. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk ir - rekwiżiti ta’ saldu ta’ kuljum humiex se jiġu ssodisfati, inkluża evalwazzjoni tal - likwidità disponibbli fl - istess ġurnata jew ta’ likwidità aċċessibbli f’kundizzjonijiet normali kif ukoll matul avvenimenti finanzjarji jew operazzjonali li jistgħu jaffettwaw l - aċċess għal - likwidità bħal fallimenti tal -IT, restrizzjonijiet legali fuq it - trasferiment ta’ fondi jew l - inadempjenza tal - kontropartijiet tan - negozjar.

Evalwazzjoni tar - riżorsi likwidi disponibbli

339. Għal ditti tal - investiment li huma ġeneraturi tas - suq kif iddefiniti fl - Artikolu 2(1) …

Għal ditti tal - investiment li huma ġeneraturi tas - suq kif iddefiniti fl - Artikolu 2(1), il-punt (k) tar - Regolament (UE) Nru 236/2012, l- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riżorsi likwidi disponibbli. L - awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu valutazzjonijiet simili fuq ditti tal - investiment li ma jikkwalifikawx bħala ġeneraturi tas - suq sal - punt li l - awtoritajiet kompetenti jqisu li jkun xieraq.

340. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tar - riżorsi ta’ likwidità tad …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tar - riżorsi ta’ likwidità tad - ditti tal - investiment li huma ġeneraturi tas - suq meħtieġa biex jissodisfaw il - ħtiġijiet ta’ likwidità tagħhom fuq perjodi ta’ żmien differenti, inkluż fl - istess ġurnata. Din il - valutazzjoni għandha tqis il - kriterji kollha li ġejjin:

  • a. l- assi likwidi disponibbli fil - ħin għall - vijabbiltà tad - ditta tal - investiment f’kundizzjonijiet normali u severi iżda plawżibbli;
  • b. l- assi likwidi ġenerali disponibbli għad - ditta tal - investiment matul il - perjodu sħiħ tal - kundizzjonijiet severi, iżda plawżibbli rilevanti;
  • c. il- karatteristiċi ta’ kundizzjonijiet severi, iżda plawżibbli differenti, bħas - severità u d- durata, u l - perjodi kkunsidrati fl - evalwazzjoni t al- ħtiġijiet ta’ likwidità tad - ditta tal - investiment;

96

  • d. l- ammont ta’ assi li jkun hemm bżonn li jiġu likwidati matul l - perjodi ta’ żmien rilevanti; u
  • e. jekk ir - riżorsi reali ta’ likwidità, inkluża l - kwalità tal - assi likwidi, humiex konformi mar- riskju tal - likwidità tad - ditta tal - investiment;
  • f. id- disponibbiltà u l - kobor tar - riżorsi tal - likwidità pprovduti minn membru tal - ikklerjar.
341. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - kapaċità tad - ditti tal - investiment li huma ġeneraturi tas - suq biex jimmonetizzaw l - assi likwidi tagħha fil - ħin sabiex jissodisfaw il- ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha matul perjodu ta’ stress. L - awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l - kriterji kollha li ġejjin:

  • a. jekk id - ditta tal - investiment tittestjax l - aċċess għas - suq tagħha billi tbiegħ jew tirriakkwista fuq bażi perjodika;
  • b. jekk hemmx konċentrazzjonijiet għoljin li jistgħu jirrappreżentaw riskju ta’ riżorsi likwidi antiċipati ħażin;
  • c. jekk ir - riżorsi ta’ likwidità humiex faċilment disponibbli u taħt il - kontroll tal - persunal rilevanti;
  • d. jekk id - denominazzjoni tal - assi likwidi tkunx konsistenti mad - distribuzzjoni tal - ħtiġijiet ta’ likwidità skont il - munita;
  • e. meta d - ditta tal - investiment tkun issellfet assi likwidi, jekk din ma jkunx għad ikollha dawn l - assi likwidi disponibbli biex tissodisfa l - flussi ta’ ħruġ tagħha f’kundizzjonijiet severi iżda plawżibbli b’kunsiderazzjoni tal - effett nett tat - tranżazzjoni; u
  • f. l- affidabbiltà tal - faċilitajiet ta’ likwidità impenjati jekk jintużaw mid - ditta tal - investiment.

Evalwazzjoni tal - finanzjament

342. Meta jivvalutaw ir - riskju għal - likwidità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw …

Meta jivvalutaw ir - riskju għal - likwidità, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l- arranġamenti ta’ finanzjament tad - ditta tal - investiment u l - istabbiltà tas - sorsi ta’ finanzjament kemm f’kundizzjonijiet normali kif ukoll severi, iżda plawżibbl i.

343. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - profil ta’ finanzjament …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l - adegwatezza tal - profil ta’ finanzjament tad - ditta tal - investiment filwaqt li jqisu l - kriterji kollha li ġejjin:

  • a. jekk l - obbligi tad - ditta tal - investiment humiex issodisfati b’mod adegwat b’finanzjament stabbli;

97

  • b. jekk – fil - każ li d - ditta tal - investiment tappartjeni għal gruppi – hemmx flussi intragruppi regolari ta’ likwidità u jekk humiex obbligatorji b’kuntratti u għadhomx fis - seħħ; u
  • c. jekk id - ditta tal - investiment għandhiex aċċess għal faċilitajiet ta’ kreditu minn istituzzjoni ta’ kreditu jew entità oħra fi grupp jew sorsi alternattivi ta’ finanzjament oħra.
344. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id - diversità tas - sorsi ta’ finanzjament. …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw id - diversità tas - sorsi ta’ finanzjament. Il- valutazzjoni għandha tikkunsidra jekk il- finanzjament huwiex iggarantit jew mhux iggarantit, bħall - użu ta’ ftehimiet ta’ riakkwist, swieq ta’ self ta’ titoli, ħruġ ta’ dejn fit - tul fis - swieq pubbliċi u privati, varjetà ta’ strumenti ta’ finanzjament għal terminu qasir bħal krediti bankarji, u, meta rilevanti, id - diversità tas - swieq reġjonali.

345. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk in - nuqqasijiet potenzjali li jirriżultaw …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk in - nuqqasijiet potenzjali li jirriżultaw mill - profil ta’ finanzjament tad - ditta tal - investiment, bħad - diskrepanzi fid - dħul u fil - ħruġ f’attivitajiet tas - suq li jiksru limiti aċċettabbli, jew konċentrazzjonijiet eċċessivi ta’ sorsi ta’ finanzjament, jistgħux iwasslu għal riskju ta’ likwidità. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il - livell ta’ dipendenza tad - ditta tal - investiment minn sorsi ta’ finanzjament partikolari bbażati fuq servizzi ta’ investiment, in - natura u l - fornitur tal - fondi.

346. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l - istabbiltà tal …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw fatturi li jistgħu jnaqqsu l - istabbiltà tal - finanzjament fir - rigward tat - tip u l - karatteristiċi kemm tal - assi kif ukoll tal - obbligazzjonijiet.

347. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji għas - sostenibbiltà tal - profil …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir - riskji għas - sostenibbiltà tal - profil ta’ finanzjament tad - ditta tal - investiment li jirriżultaw minn konċentrazzjonijiet fis - sorsi ta’ finanzjament. Huma għandhom iqisu jekk il - kontrapartijiet tad - ditta tal - investiment humiex waħedhom jew konnessi u riskju ta’ konċentrazzjoni ieħor li jista’ jaffettwa l - aċċess tad - ditta tal - investiment għall - finanzjament fil - futur. Il - valutazzjoni għandha tinkludi l - affidabbiltà tal - istrateġiji alternattivi ta’ finanzjament tad - ditta tal - investiment, u l - adegwatezza tagħhom biex jipproteġu lid - ditta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/