+63. Il-valutazzjoni tar- riżolvibbiltà kif imsemmija fit - Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva …
|
63. Il-valutazzjoni tar- riżolvibbiltà kif imsemmija fit - Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva …
Il-valutazzjoni tar- riżolvibbiltà kif imsemmija fit - Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE għandha tkun mibnija fuq il -valutazzjoni tal-istrutturi legali u korporattivi tal-istituzzjoni (punt (2) tat- Taqsima C msemmija fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE), il-kumplessità ta’ din l-istruttura u d-diffikultà fl-allinjament ta’ linji ta’ negozju ma’ entitajiet tal-grupp (punt (16) tat-Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE), u l-kompatibbiltà ta’ din l-istruttura mal-għodda/għodod ta’ riżoluzzjoni magħżula (punt (21) tat- Taqsima C fl -Anness tad-Direttiva 2014/59/UE). Għalhekk, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li jqisu kif jippreparaw bl- aħjar mod għall - għodda tas -separazzjoni tal- assi peress li ħafna mill -komponenti tal-perimetru tat- trasferiment jistgħu ma jkunux f’entità legali waħda jew linja ta’ negozju waħda u meta m eħtieġ u mingħajr preġudizzju għas - setgħat skont l -Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/59/UE, jippromwovu s-separazzjoni tal- portafolli billi: - a. Jitolbu lill-istituzzjonijiet biex ikollhom playbooks (ara l-paragrafu 75) li jistabbilixxu kif jistgħu jissegregaw l -assi f’diffikultà17 f’linja ta’ negozju waħda jew entità legali waħda m eta l- għodda tas -separazzjoni tal- assi titqies fl - istrateġija ta’ riżoluzzjoni u meta l -portafolli eliġibbli għall - għodda tas -separazzjoni tal-assi jkunu mxerrda madwar il-grupp;
- b. Il-valutazzjoni dwar kif l- għażliet ta’ rkupru taħt il -punt (14) tat- Taqsima A fl-Anness tad-Direttiva 2014/59/UE jistgħu jappoġġjaw is -separazzjoni tal-assi f’diffikultà mill- bqija tal - grupp.
17 Għal dawn il-linji gwida l- assi f’diffikultà għandhom jinftiehmu bħala assi danneġġati jew bi prestazzjoni baxxa kif imsemmi fil-premessa 59 tad-Direttiva 2014/59/UE.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|