+4.6 L- ICT u l - ġestjoni tar - riskju għas - sigurtà
---+50. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jidentifikaw u jimmaniġġjaw ir - riskji …
---+51. Minbarra li jikkonformaw mar - rekwiżiti stabbiliti fil - Linji Gwida tal - EBA dwar il - …
---+52. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jipprovdu punt ta’ aċċess sigur għall …
---+53. Meta jintuża apparat b’diversi użi biex jitwettaq il - proċess tal - onboarding remot tal - …

4.6 L- ICT u l - ġestjoni tar - riskju għas - sigurtà

4.6 L- ICT u l - ġestjoni tar - riskju għas - sigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
50. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jidentifikaw u jimmaniġġjaw ir - riskji …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jidentifikaw u jimmaniġġjaw ir - riskji tal - ICT u għas - sigurtà tagħhom relatati mal - użu tal - proċess tal - onboarding remot tal - klijenti, inkluż meta l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji jibbażaw fuq partijiet terzi jew meta s - servizz jiġi esternalizzat, inkluż lill - entitajiet fi grupp.

51. Minbarra li jikkonformaw mar - rekwiżiti stabbiliti fil - Linji Gwida tal - EBA dwar il - …

Minbarra li jikkonformaw mar - rekwiżiti stabbiliti fil - Linji Gwida tal - EBA dwar il - ġestjoni tar - riskju tal - ICT u għas - sigurtà10 meta applikabbli, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni siguri biex jinteraġixxu mal - klijent matul il - proċess tal - onboarding remot tal - klijenti. Is - soluzzjoni għall - onboarding remot t al- klijenti, meta applikabbli, għandha tuża protokolli siguri u algoritmi kriptografiċi skont l - aħjar prattiki tal - industrija biex tissalvagwardja l - kunfidenzjalità, l - awtentiċità u l - integrità tad - data skambjata.


10 EBA/GL/2019/04

52. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jipprovdu punt ta’ aċċess sigur għall …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jipprovdu punt ta’ aċċess sigur għall -bidu tal - proċess tal - onboarding remot tal - klijenti bbażat fuq ċertifikati kwalifikati għas - siġilli elettroniċi kif imsemmi fl - Artikolu 3(30) tar - Regolament (UE) Nru 910/2014 jew għall - awtentikazzjoni tas - sit web kif imsemmi fl - Artikolu 3(39) ta’ dak ir - Regolament. Il - klijent għandu jiġi infurmat ukoll dwar il - miżuri ta’ sigurtà applikabbli li għandhom jittieħdu biex jiġi żgurat użu sigur tas - sistema.

53. Meta jintuża apparat b’diversi użi biex jitwettaq il - proċess tal - onboarding remot tal - …

Meta jintuża apparat b’diversi użi biex jitwettaq il - proċess tal - onboarding remot tal - klijenti, meta applikabbli, għandu jintuża ambjent sigur għall - eżekuzzjoni tal - kodiċi tas - software min - naħa tal - klijent. Għandhom jiġu implimentati miżuri ta’ sigurtà addizzjonali biex jiġu żgurati s - sigurtà u d - dipendenza tal - kodiċi tas - software u d - data miġbura, skont il - valutazzjoni tar - riskju għas - sigurtà kif stabbilit fil - Linji Gwida tal - EBA dwar l - ICT u l - ġestjoni tar - riskju għas - sigurtà.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/